Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 62007TA0427

Kawża T-427/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Marzu 2010 — Mirto Corporación Empresarial vs UASI Maglificio Barbara (Mirtillino) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurativa Mirtillino — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MIRTO — Raġuni relativa għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

ĠU C 134, 22.5.2010., 30–30. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Mirto Corporación Empresarial vs UASI Maglificio Barbara (Mirtillino)

(Kawża T-427/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurativa Mirtillino - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MIRTO - Raġuni relativa għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 134/50

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Mirto Corporación Empresarial, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Maglificio Barbara Srl (Busto Arsizio, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 875/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Creaciones Mirto SA u Maglificio Barbara Srl.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Mirto Corporación Empresarial, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


Az oldal tetejére