This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009AP0172
Substances that deplete the ozone layer (recast) ***I European Parliament legislative resolution of 25 March 2009 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on substances that deplete the ozone layer (recast) (COM(2008)0505 – C6-0297/2008 – 2008/0165(COD))#P6_TC1-COD(2008)0165 Position of the European Parliament adopted at first reading on 25 March 2009 with a view to the adoption of Regulation (EC) No …/2009 of the European Parliament and of the Council on substances that deplete the ozone layer (recast)
Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0505 – C6-0297/2008 – 2008/0165(COD))
P6_TC1-COD(2008)0165 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil- 25 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid)
Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0505 – C6-0297/2008 – 2008/0165(COD))
P6_TC1-COD(2008)0165 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil- 25 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid)
ĠU C 117E, 6.5.2010, pp. 255–256
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
6.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 117/255 |
L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid) ***I
P6_TA(2009)0172
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0505 – C6-0297/2008 – 2008/0165(COD))
2010/C 117 E/47
(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0505),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 133 u 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0297/2008),
wara li kkunsidra l-ftehim interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),
wara li kkunsidra l-ittra tas-17 ta' Diċembru 2008 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel b'konformità mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
wara li kkunsidra l-Artikoli 80a, 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0045/2009),
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali, |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
P6_TC1-COD(2008)0165
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1005/2009.)