Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/038/05

    MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ – Sejħa għall-proposta – EACEA/03/10 – Sostenn għad-distribuzzjoni transnazzjonali tal-films Ewropej – l-iskema awtomatika 2010

    ĠU C 38, 16.2.2010, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/4


    MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ

    Sejħa għall-proposta – EACEA/03/10

    Sostenn għad-distribuzzjoni transnazzjonali tal-films Ewropej – l-iskema “awtomatika” 2010

    2010/C 38/05

    1.   Għanijiet u deskrizzjoni

    Dan l-avviż ta’ Sejħa għall-Proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

    Wieħed mill-għanijiet tal-programm huwa li tiġi inkoraġġita u sostnuta d-distribuzzjoni transnazzjonali usa’ tal-films Ewropej riċenti permezz ta’ fondi lid-distributuri, abbażi ta’ kif imorru fis-suq, għal investiment ulterjuri f’films ġodda mhux Ewropej.

    L-iskema timmira wkoll li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ komunikazzjoni bejn l-oqsma ta’ produzzjoni u distribuzzjoni - bir-riżultat ikun it-titjib tas-sehem tas-swieq tal-films Ewropej, u l-kompetittività tal-Kumpaniji Ewropej.

    2.   Applikanti eliġibbli

    Dan l-avviż huwa immirat għall-kumpaniji Ewropej li jispeċjalizzaw fid-distribuzzjoni teatrali tax-xogħlijiet Ewropej u li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu mal-għanijiet imsemmija tal-programm MEDIA kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.

    L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

    is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

    il-pajjiżi EFTA

    l-Isvizzera

    il-Kroazja

    3.   Azzjonijiet eliġibbli

    L-iskema ta’ sostenn “awtomatika” taħdem f’żewġ fażijiet:

    Il-ġenerazzjoni ta’ Fond potenzjali, proporzjonat man-numru ta’ biljetti mibjugħa għad-dħul għal films Ewropej mhux domestiċi fi Stati li jkunu qed jieħdu sehem fil-programm, b’massimu għal kull film u aġġustat għal kull pajjiż,

    Investiment mill-ġdid tal-Fond potenzjali: għaldaqstant iġġenerat minn kull kumpanija, il-Fond irid jiġi investit fi 3 modi (3 tipi ta’ azzjoni) sal-1 ta’ Ottubru 2011:

    (1)

    il-koproduzzjoni ta’ films Ewropej nondomestiċi;

    (2)

    l-akkwist tad-drittijiet ta’ distribuzzjoni, per eżempju permezz ta’ garanziji minimi, ta’ films Ewropej nondomestiċi; u/jew fi

    (3)

    spejjeż ta’ editjar (stampar, doppjar, sottotitolaġġi), spejjeż ta’ reklamar u spejjeż ta’ pubbliċità għal films Ewropej nondomestiċi.

    Tip ta’ azzjoni 1 & 2:

    It-tul massimu tal-azzjonijiet huwa ta’ 30 xahar,

    L-azzjonijiet iridu jibdew fl-1 ta’ Awwissu 2010 u jintemmu fl-1 ta’ Frar 2013.

    Tip ta’ azzjoni 3:

    It-tul massimu tal-azzjonijiet huwa ta’ 42 xahar,

    L-azzjonijiet iridu jibdew fl-1 ta’ Frar 2010 u jintemmu fl-1 ta’ Awwissu 2013.

    4.   Kriterji ta’ Aġġudikazzjoni

    Fond potenzjali ser jiġi attribwit għall-kumpaniji Ewropej eliġibbli ta’ distribuzzjoni abbażi tal-ammissjonijiet miksuba mid-distribuzzjoni ta’ films Ewropej nonnazzjonali mill-applikat fis-sena ta’ referenza (2009). Konformi mal-limiti tar-riżorsi baġitarji disponibbli, il-Fond potenzjali ser jiġi kkalkulat skont ammont fiss għal kull daħla eliġibbli.

    Is-sostenn ser jieħu l-forma ta’ Fond potenzjali (il-“Fond”) li ser ikun disponibbli għad-distributuri għal iktar investimenti f’films Ewropej nonnazzjonali.

    Il-Fond jista’ jiġi investit mill-ġdid:

    (1)

    Fil-produzzjoni ta’ films Ewropej nonnazzjonali (jiġifieri films li għadhom ma tlestewx fil-jum tal-applikazzjoni għal investiment mill-ġdid);

    (2)

    Fil-laqgħa tal-Garanziji Minimi tad-Distribuzzjoni għal films Ewropej nonnazzjonali;

    (3)

    Fil-laqgħa tal-ispejjeż tad-distribuzzjoni jiġifieri l-P&R (promozzjoni u reklamar) għal films Ewropej nonnazzjonali.

    5.   Baġit

    Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 18 150 000.

    Mhemmx ammont massimu.

    Il-kontribut finanzjarju jingħata bħala sussidju. L-appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax jaqbeż l-40 %, il-50 % jew is-60 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.

    L-Aġenzija tirriserva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

    6.   Data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

    Il-proposti għall-“ġenerazzjoni” ta’ Fond potenzjali jridu jintbagħtu (bid-data tat-timbru) sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2010 f’dan l-indirizz:

    Education, Audiovisual and Culture Executive Agency (EACEA)

    Constantin Daskalakis

    BOUR 3/66

    Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

    1140 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Jiġu aċċettati biss applikazzjonijiet sottomessi fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali biss, iffirmati mill-persuna intitolata li tidħol fi ftehim legali għan-nom tal-organizzazzjoni li qed tapplika. L-inviloppi jridu juru biċ-ċar:

    MEDIA 2007 – DISTRIBUTION EACEA/03/10 – AUTOMATIC CINEMA

    Applikazzjonijiet mibgħuta b’feks jew emaejl mhux ser jiġu milqugħa.

    7.   Dettalji kollha

    It-test sħiħ tal-linji gwida flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jiġu kkonsultati fl-indirizz elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/information_society/media/distrib/schemes/auto/index_en.htm

    L-applikazzjonijiet iridu jkunu komformi mat-termini tal-linji gwida, sottomessi fuq formoli pprovduti u jkun fihom l-informazzjoni u l-annessi kollha msemmija fit-test sħiħ tas-sejħa.


    Top