Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0187

Modifika tal-possibiltajiet ta' sajd u tal-kumpens finanzjarju stipulat fil-ftehim KE/Seychelles
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri dwar emendi għall-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati bil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, għall-perjodu bejn it- 18 ta' Jannar 2005 u s- 17 ta' Jannar 2011 (COM(2007)0664 — C6-0430/2007 — 2007/0232(CNS))

ĠU C 271E, 12.11.2009, p. 78–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 271/78


Il-Ħamis, 8 ta' Mejju 2008
Modifika tal-possibiltajiet ta' sajd u tal-kumpens finanzjarju stipulat fil-ftehim KE/Seychelles *

P6_TA(2008)0187

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri dwar emendi għall-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati bil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, għall-perjodu bejn it-18 ta' Jannar 2005 u s-17 ta' Jannar 2011 (COM(2007)0664 — C6-0430/2007 — 2007/0232(CNS))

2009/C 271 E/11

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2007)0664),

wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 300(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0430/2007),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0085/2008),

1.

Japprova l-proposta għal regolament tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Seychelles.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDI MILL-PARLAMENT

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1 a (ġdida)

 

(1a)

Il-Protokoll jipprevedi, fil-Kapitolu VIII dwar it-tagħmir tal-port, li “l-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jistabbilixxu, bi ftehim mas-sidien tal-bastimenti, il-kondizzjonijiet għall-użu tat-tagħmir tal-portijiet”, iżda għadha ma ttieħdet ebda miżura sabiex jintlaqgħu it-talbiet tal-industrija għal titjib tal-infrastruttura tal-portijiet.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1 b (ġdida)

 

(1b)

Sabiex il-politika fil-qasam tas-sajd fis-Seychelles issir realtà, iridu jitqiesu l-bżonn ta' titjib u modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-portijiet, li bħalissa jinsabu ikkonġestjonati, u l-possibilità tat-tneħħija tat-taxxa speċjali għall-ħatt tat-tonn, li ma teżisti fl-ebda port ieħor fid-dinja.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena jekk l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom joperaw skond dan il-Protokoll għall-Ftehima jkunux ikkonformaw mar-rekwiżiti tar-rappurtaġġ; fejn dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tiċħad it-talbiet tagħhom għal liċenzji tas-sajd għas-sena ta' wara.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

 

Artikolu 3a

Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-programm settorjali plurijennali previst fl-Artikolu 7 tal-Protokoll, kif ukoll dwar il-konformità min-naħa tal-Istati Membri mar-rekwiżiti tar-rappurtaġġ.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Artikolu 3 b (ġdid)

 

Artikolu 3b

Qabel jiskadi l-Protokoll jew qabel jibdew negozjati għas-sostituzzjoni possibbli tiegħu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni ex post tal-Protokoll li tkun tinkludi l-analiżi tan-nefqa mqabbla mal-benefiċċji.


Top