This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009XC0710(06)
Publication of an application pursuant to Article 6(2) of Council Regulation (EC) No 510/2006 on the protection of geographical indications and designations of origin for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
ĠU C 157, 10.7.2009, pp. 14–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
10.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/14 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2009/C 157/08
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“FARINE DE BLÉ NOIR DE BRETAGNE” JEW “FARINE DE BLÉ NOIR DE BRETAGNE – GWINIZH DU BREIZH”
Nru tal-KE: FR-PGI-005-0555-26.09.2006
IĠP ( X ) DOP ( )
1. Isem:
“Farine de blé noir de Bretagne” jew “Farine de blé noir de Bretagne – Gwinizh du Breizh”
2. Stat membru jew pajjiż terz:
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
|
Prodotti tal-klassi 1.6: |
“frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati” |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):
Il-prodott huwa dqiq li jinkiseb bit-tifrik taż-żrieragħ tal-qamħ saraċin (Fagopyrum esculentum), pjanta mkabbra tradizzjonalment fil-Brittanja.
Il-varjetà li tintuża hija l-Harpe u/jew it-Tetra Harpe sewda tat-tip fiddien.
Il-lewn tad-dqiq għandu jkun superjuri jew ekwivalenti għal 75. Dan jirrigwarda l-kejl tal-lewn tad-dqiq fuq skala minn 0 sa 100 (iktar ma jkun baxx il-valur L (1) iktar ikun imlewwen id-dqiq). Id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja għandu lewn qawwi.
L-aċidità tad-dqiq għandu jkollha pH superjuri għal 6.
L-umdità tal-prodott maħżun għandha tinżamm f'livell inferjuri jew ekwivalenti għal 14,5 %.
Id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja għandu riħa iktar karatteristika u tfuħ u għandu togħma b'saħħitha.
3.3. Materja prima:
—
3.4. Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. L-istadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita:
Il-kultivazzjoni tal-qamħ saraċin, it-tnixxif, l-għażla, il-ħżin u l-ipproċessar fi dqiq għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika tal-IĠP.
3.6. Regoli speċifiċi li japplikaw għat-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:
Id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja jista' jinbiegħ bl-ingrossa jew ippakkjat fi xkejjer ta' 0,5 sa 25 kg
3.7. Regoli speċifiċi li jirrigwardaw it-tikkettar:
Prodott mibjugħ bl-isem “farine de blé noir de Bretagne” jew “farine de blé noir de Bretagne – Gwinizh du Breizh”.
It-tikketta “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” u/jew il-logo Komunitarju għandhom jidhru fuq l-imballaġġ.
4. Definizzjoni konċiża dwar iż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika definita għad-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja tikkorrispondi għall-Brittanja Storika, jiġifieri, id-dipartimenti Côtes d’Armor (372 muniċipalità) Finistère (283 muniċipalità), Ille u Vilaine (352 muniċipalità), Morbihan (261 muniċipalità) u Loire Atlantique (221 muniċipalità), kif ukoll id-distretti ta' Pouancé u ta' Candé (Maine u Loire) u ta' Saint-Aignan sur Roe (Mayenne).
5. Ir-rabta maż-żona ġeografika:
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:
Fil-Brittanja il-klima hija ideali għall-kultivazzjoni tal-qamħ saraċin li jeħtieġ ħafna l-ilma. Fil-perjodu tal-kultivazzjoni it-temperaturi karatteristiċi tal-klima oċeanika huma perfetti: fix-xahar ta' Mejju jkun hemm varjazzjoni żgħira fit-temperatura u ftit riskju ta' silġ.
In-nuqqas ta' ilma fil-bidu tas-sajf jiġi kkumpensat minn ammont kunsiderevoli ta' xita regolari matul is-sena. Dan jiffavorixxi bidu tajjeb għall-pjanta tal-qamħ saraċin meta tinżera′.
Din hija pjanta annwali li għandha ċiklu veġetattiv qasir ħafna (iż-żrigħ isir f'Mejju u f'Ġunju, il-ħsad isir f'Settembru u f'Ottubru) adattata għall-klima moderata.
Il-karatteristiċi ġeoloġiċi u idrografiċi jiffavorixxu t-tkabbir tal-qamħ saraċin. Il-pjanta tal-qamħ saraċin tikber partikularment f'ħamrija kemm kemm aċiduża taż-żona definita, fil-ħamrija karatteristika taż-żona ġeografika kkonċernata. Taħt l-art magħmul minn blat aċiduż (granit, shale (blat jitfarrak malajr), ġebel ramli) mhumiex fondi ħafna u m'għandux ħafna ilma. Matul il-veġetazzjoni kollha jrid ikun hemm livell għoli ta' umdità sabiex il-pjanta tikber malajr u jkollha fertilizzazzjoni tajba (f'Lulju u f'Awwissu).
Il-pH tal-ħamrija għat-tkabbir tal-qamħ saraċin m'għandux ikun iktar minn 6,5.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott:
Dqiq imlewwen: Il-ħidma mwettqa fuq id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja turi li hemm lewn qawwi meta mqabbel mad-dqiq maħdum biż-żerriegħa tal-qamħ Franċiża jew importata. Dan jidher mid-differenza fil-ħxuna taż-żerriegħa tal-qamħ saraċin tal-Brittanja (bejn 0,10 u 0,15 mm) u tal-oħrajn (bejn 0,15 u 0,23 mm)
Barra minn hekk, ir-rendiment taż-żerriegħa tal-qamħ saraċin tal-Brittanja huwa inqas importanti mid-daqs żgħir taż-żerriegħa meta mqabbla ma' postijiet ta' produzzjoni oħra.
Dawn il-fatturi flimkien jagħmluha possibbli għall-prodotti magħmulin mid-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja li jkunu iktar imlewna u li jkollhom il-fwieħa tipika tal-qamħ saraċin.
Dan il-prodott huwa l-qofol tal-ikel tal-popolazzjoni taż-żona ladarba d-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja kien maħsub għall-crêpes u għall-galettes.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP):
It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-qamħ saraċin, kif ukoll il-prattika tal-kultivazzjoni ilhom magħrufa għal ħafna snin. Fiż-żona ġeografika l-qamħ saraċin kien jiġi prodott sa mis-seklu 14. Din il-produzzjoni żviluppat bħala l-ewwel kultivazzjoni fil-bwar imnixxfa mill-ġdid jew fl-artijiet maħruta.
It-teknika tal-kultivazzjoni taż-żrigħ falz kif ukoll in-nuqqas ta' mezzi agrikoli jagħmlu l-kultivazzjoni tal-qamħ saraċin maħsub għall-produzzjoni tad-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja prodott partikulari.
Il-pjanta ma teħtieġx ħafna xogħol ta' ħrit. Fil-fatt il-bdiewa tal-Brittanja żviluppaw it-teknoloġija taż-żrigħ falz billi jwettqu l-istess xogħol fil-ħamrija daqslikieku se jiżirgħu tassew. Din it-teknika fiha l-vantaġġ li tiffavorixxi it-tnibbit tal-ħaxix ħażin u mbagħad tħejji l-qiegħa għaż-żrieragħ u b'hekk tneħħi l-użu tal-prodotti fitosanitarji. Id-differenza tidher fiċ-ċereali tax-xitwa u tar-rebbiegħa li l-ħidma preparatorja tagħhom hija importanti.
Din hija kultivazzjoni xierqa għall-bosta artijiet fqar li jeżistu fiż-żona ġeografika. Il-pjanta ma teħtieġx ammont kbir ta' nitroġenu u tirrikjedi ftit fertilizzazzjoni. Din il-kultivazzjoni hija meqjusa bħala ewlenija fin-newba tal-għelejjel, b'rendiment ekonomiku tajjeb.
Qabel kollox, il-biedja tal-Brittanja kienet tipproduċi l-qamħ saraċin tal-Brittanja għall-konsum personali tagħha.
It-tradizzjoni tat-trasformazzjoni tal-qamħ saraċin fi dqiq ilha sa mis-seklu ħmistax. L-għadd ta' mtieħen li jittrasformaw il-qamħ saraċin fi dqiq dejjem kien importanti fil-Brittanja. Sa llum il-ġurnata għad hemm xi tletin minnhom.
Il-kisba tad-dqiq terġa′ lura għall-metodu tradizzjonali. Wara t-tindif, it-tifrik taż-żrieragħ isir b'metodu ta' tħin biċ-ċilindru jew bil-ħaġra tal-mitħna.
Il-poplarità tal-prodott hija riflessa fit-tradizzjoni kulinarja tal-Brittanja. Għal ħafna sekli, it-tradizzjoni dejjem riedet li jintuża d-dqiq għall-crêpes u għall-galettes. Fil-Brittanja hemm kompetenza mill-aqwa dwar kif isiru l-crêpes u l-galettes bil-qamħ saraċin li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra. Id-drawwiet ta' kif jittieklu huma antiki ħafna (darba fil-ġimgħa kienu jmorru jieklu l-crêpes tal-qamħ saraċin u jieħdu l-butir, il-bajd u l-ġamm tagħhom magħhom u regolarment kienu jieklu l-galette biz-zalzett). Il-bdiewa kollha kien ikollhom galetière jew billig li kienu jpoġġu fuq in-nar tal-faħam u jsajru l-għaġina. Din it-tradizzjoni saret settur ekonomiku importanti u xterdet mad-dinja.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.inao.gouv.fr/repository/editeur/pdf/IGP2008/cdchFarinedeBleNoirdeBretagnesept2008.pdf