Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments C2009/130/05

    Sejħa għall-offerti – EACEA Nru 09/09 – Media – Promozzjoni/Aċċess għas–Suq

    ĠU C 130, 9.6.2009., 6./7. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 130/6


    1.   Għanijiet u deskrizzjoni

    Dan l-avviż ta’ seħja għall-offerti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

    Fost l-għanijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq, hemm:

    li tiffaċilita u tħeġġeġ il-promozzjoni u ċ-ċirkulazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi u ċinematografiċi Ewropej fil-qafas ta’ avvenimenti kummerċjali, ta’ swieq professjonali u ta’ festivals awdjoviżivi fl-Ewropa u fid-dinja, peress li dawn l-avvenimenti jista’ jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej u n-netwerking tal-professjonisti,

    li tħeġġeġ in-netwerking tal-operaturi Ewropej, billi jiġu appoġġati azzjonijiet komuni, impriżi fis-suq Ewropew u internazzjonali, minn organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ promozzjoni, pubbliċi jew privati.

    2.   Kandidati eliġibbli

    Din is-sejħa għall-offerti hija indirizzata lill-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm MEDIA skont id-deskrizzjoni mogħtija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.

    Il-kandidati għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

    Is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea;

    il-pajjiżi tal-EFTA u ż-ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja;

    l-Iżvizzera u l-Kroazja.

    3.   Azzjonijiet eliġibbli

    L-obbjettiv ta’ din is-sejħa għall-offerti huwa li tappoġġa l-azzjonijiet u l-attivitajiet li jsiru fil-pajjiżi membri tal-Programm MEDIA.

    L-għanijiet huma li jiġu appoġġati l-azzjonijiet li għandhom l-iskopijiet li ġejjin:

    Titjieb iċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej billi jiġi żgurat li s-settur awdjoviżiv Ewropew ikollu aċċess għas-swieq professjonali Ewropej u internazzjonali;

    Jiġu mħeġġa azzjonijiet komuni bejn organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ promozzjoni ta’ films u ta’ programmi awdjoviżivi.

    It-tul massimu għall-proġetti huwa 12-il xahar.

    L-attivitajiet għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 Mejju 2010. L-attivitajiet għandhom jintemmu qabel il-31 Diċembru 2010.

    4.   Kriterji għall-għoti

    Il-kandidati/proġetti eliġibbli ser ikunu evalwati fuq 100 punt skont il-kriterji li ġejjin:

    Dimensjoni Ewropea tal-azzjoni

    30 punt

    Impatt fuq il-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej

    30 punt

    Kwalità u nfiq/effikaċja tal-pjan tal-azzjoni ppreżentat

    25 punt

    Aspetti innovattivi tal-azzjoni

    5 punti

    Promozzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi li ġejjin minn pajjiżi Ewropej li għandhom kapaċità żgħira ta’ produzzjoni awdjoviżiva

    10 punti

    5.   Baġit

    Il-baġit totali stmat allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti huwa ta’ 1 500 000 EUR.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Kummissjoni ma tistax tkun aktar minn 50 % tal-ispejjeż totali tal-azzjoni.

    L-Aġenzija żżomm il-possibbiltà li ma tattribwix il-fondi kollha disponibbli.

    6.   Data ta’ għeluq għall-preżentazzjoni

    Id-data ta’ għeluq biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet hija s-7 ta’ Awwissu 2009. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

    Agence Exécutive «Education, Audiovisuel et Culture»

    Appel à propositions EACEA/09/09

    Att. M. Costas DASKALAKIS

    BOUR 03/30

    Avenue du Bourget 1

    1040 Brusselles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola adegwata, mimlijin kif xieraq, ddatati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa li tirrappreżenta legalment il-korp li qiegħed jagħmel it-talba biss jistgħu jiġu aċċettati.

    L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-feks jew bil-posta elettronika ma jiġux aċċettati.

    7.   Tagħrif sħiħ

    Il-linji gwida ddettaljati għall-kandidati, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jinkisbu mill-indirizz li ġej http://eacea.ec.europa.eu Huwa obbligatorju li l-applikazzjonijiet jintbagħtu fuq il-formola pprovduta u jkollhom l-Annessi u l-informazzjoni kollha mitluba.


    Augša