Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments C2009/130/04

    Sejħa għall-Espressjonijiet tal-Interess: Esperti Indipendenti għall-Programm għal Internet Aktar Sikur (mill-2009 sal-2013) li ssegwi l-Artikolu 179a tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 265a tar-Regoli tal-Implimentazzjoni

    ĠU C 130, 9.6.2009., 5./5. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 130/5


    Sejħa għall-Espressjonijiet tal-Interess: Esperti Indipendenti għall-Programm għal Internet Aktar Sikur (mill-2009 sal-2013)

    li ssegwi l-Artikolu 179a tar-Regolament Finanzjarju  (1) u l-Artikolu 265a tar-Regoli tal-Implimentazzjoni  (2)

    2009/C 130/04

    Deskrizzjoni

    Il-Kummissjoni b'din qed tistieden applikazzjonijiet minn persuni li jixtiequ jipprovdu għajnuna esperta marbuta mal-programm għal Internet Aktar Sikur (“Safer Internet programme”) (3). Il-Kummissjoni se tiġbor lista ta' esperti li jilħqu l-kriterji stipulati hawn taħt.

    L-għan tal-programm għal Internet Aktar Sikur huwa li jippromwovi użu iktar sikur tal-internet u tat-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari mit-tfal, u li jkunu miġġielda l-kontenut illegali u l-imġiba dannuża fuq l-internet.

    Aktar tagħrif dwar il-programm jinsab fuq is-sit elettroniku tal-programm li ġej: http://ec.europa.eu/saferinternet

    Ħidmiet

    Il-ħidmiet jinkludu l-għoti ta’ għajnuna lill-Kummissjoni hija u tevalwa l-proposti mressqin bi tweġiba għas-sejħiet għall-proposti, u hija u tirrevedi l-proġetti individwali għal Internet Aktar Sikur, kif ukoll il-proġetti patrimonjali ffinanazjati skont il-programm għal Internet Aktar Sikur u Iktar (“Safer Internet Plus programme”) (4)

    Kriterji għall-inklużjoni fil-lista u s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

    L-applikazzjonijiet kollha jridu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet iddettaljati li jinsabu, bl-Ingliż, fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq.

    Dawn jinkludu l-ħtiġijiet marbuta man-nazzjonalità, il-kwalifiki, l-esperjenza u l-għarfien tal-lingwi.

    Sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

    L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi permezz tal-għodda għar-reġistrazzjoni esperta fuq l-internet disponibbli fuq is-sit elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/saferinternet

    Data tal-iskadenza tal-lista li tirriżulta mis-sejħa għall-espressjonijiet tal-interess

    Il-lista tal-esperti se tibqa' valida sal-31 ta’ Diċembru 2013. Kwalunkwe persuna interessata tista' tissottometti applikazzjoni fi kwalunkwe mument matul iż-żmien ta' validità tal-lista, ħlief għall-aħħar tliet xhur.


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).

    (3)  Id-Deċiżjoni Nru 1351/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 118).

    (4)  Id-Deċiżjoni Nru 854/2005/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 1).


    Augša