EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0477

Kawża T-477/08: Rikors ippreżentat fit- 3 ta' Novembru 2008 — Mundipharma vs UASI — ALK-Abelló (AVANZALENE)

ĠU C 6, 10.1.2009, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/39


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Novembru 2008 — Mundipharma vs UASI — ALK-Abelló (AVANZALENE)

(Kawża T-477/08)

(2009/C 6/77)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mundipharma AG (Basel, l-Iżvizzera) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ALK-Abelló A/S (Hørsholm, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tħassar id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Awwissu 2008 fil-Każ R 1694/2007-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “AVANZALENE” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni Nru 4 632 501

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark verbali Komunitarja “AVANZ” irreġistrata bin-Nru 3 331 444 għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


Top