Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0466

    Kawża T-466/08: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Ottubru 2008 — Lancôme vs UASI — Focus Magazin Verlag (ACNO FOCUS)

    ĠU C 6, 10.1.2009, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/36


    Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — Lancôme vs UASI — Focus Magazin Verlag (ACNO FOCUS)

    (Kawża T-466/08)

    (2009/C 6/72)

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lancôme parfums et beauté & Cie SNC (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u J. Pagenberg, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Focus Magazin Verlag GmbH (Munich, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1796/2007-1;

    tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni, inkwantu din l-oppożizzjoni hija bbażata fuq it-trade mark invokata fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni u, barra minn hekk, fuq probabbiltà ta' konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell; u

    tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell, f' każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell issir intervenjenti f'din il-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “ACNO FOCUS” għal prodotti fil-klassi 3 — Applikazzjoni Nru 3 272 705

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Ġermaniża “FOCUS” irreġistrata bin-Nru 394 07 564 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 6, 7, 8, 9, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 29, 30, 33, 34, 36, 38, 39, 41, 42; applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 453 720 b'mod partikolari għal prodotti fil-klassi 3

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 42(3) flimkien mal-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell setgħet tinvoka prodotti fil-klassi 3 sabiex topponi għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni bjen it-trade marks ikkonċernati.


    Top