Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0045

    Kawża T-45/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 14 ta' Novembru 2008 — Transportes Evaristo Molina vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta' rikors — Punt ta' tluq — Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali — L-allegat nuqqas ta' locus standi fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni — Inammissibbiltà )

    ĠU C 6, 10.1.2009, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/31


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 — Transportes Evaristo Molina vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-45/08) (1)

    (“Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Punt ta' tluq - Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali - L-allegat nuqqas ta' locus standi fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni - Inammissibbiltà’)

    (2009/C 6/63)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Transportes Evaristo Molina, SA (El Ejido, Spanja) (rappreżentanti: A. Hernández Pardo, L. Ruiz Ezquerra u C. Flores Hernández, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: É. Gippini, aġent)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/446/KE, tat-12 ta' April 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/B-1/38.348 — Repsol CPP) (sommarju ppubblikat fil-ĠU L 176, p. 104), li tirrendi vinkolanti l-impenji assunti minn Repsol CPP, adottata skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU 2003, L 1, p. 1)

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent magħmula minn Repsol Comercial de Productos Petrolíferos, SA.

    3)

    Transportes Evaristo Molina, SA, għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


    Top