EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0316

Kawża T-316/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad- 19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Premium SA ( Klawżola ta' arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni — Ħlas lura ta' parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità — Interessi għal dewmien )

ĠU C 6, 10.1.2009, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Premium SA

(Kawża T-316/06) (1)

(“Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni - Ħlas lura ta' parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità - Interessi għal dewmien’)

(2009/C 6/47)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Montaguti, aġent, assistit minn J.-L Fagnart u F. Longfils, avukati)

Konvenuta: Premium SA (Roeulx, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Bertouille u D. Joos de ter Beerst, avukati)

Suġġett

Appell skont l-Artikolu 238 KE bil-għan li tinkiseb il-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallas lura parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità, kif ukoll l-interessi għal dewmien, minħabba li ma ġewx rispettati ċerti obbligi kuntrattwali.

Dispożittiv

1)

Premium SA hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 57 605,74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi għad-dewmien:

bir-rata ta' 3.36 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998;

bir-rata ta' 3.47 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1999;

bir-rata ta' 2.74 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2000;

bir-rata ta' 4.26 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002;

bir-rata ta' 3.29 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2003;

bir-rata ta' 2.27 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2004;

bir-rata ta' 2.05% fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005;

bir-rata ta' 2.11 % fis-sena għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 u d-data ta' din is-sentenza;

bir-rata applikabbli skont il-liġi Franċiża għall-perijodu bejn id-data ta' din is-sentenza u dik tal-ħlas sħiħ tas-somma prinċipali.

2)

Premium hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 30 988,74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi għad-dewmien:

bir-rata ta' 3.95 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998;

bir-rata ta' 2.85 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1999;

bir-rata ta' 3.6 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2001;

bir-rata ta' 2.95 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2002;

bir-rata ta' 2.15 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2004;

bir-rata ta' 2.4 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005;

bir-rata ta' 2.5 % fis-sena għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 u d-data ta' din is-sentenza;

bir-rata applikabbli skont il-liġi Daniża għall-perijodu bejn id-data ta' din is-sentenza u dik tal-ħlas sħiħ tas-somma prinċipali.

3)

Premium hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


Top