EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0436

Kawża C-436/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat- 13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Efrosnyi Alexiadou (Appell — Klawżola ta' arbitraġġ — Kuntratt li jikkonċerna proġett ta' żvilupp ta' teknoloġija għall-produzzjoni ta' ġilda impermeabbli — Rimbors ta' ammonti mħallsa bil-quddiem — Interessi)

ĠU C 6, 10.1.2009, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Efrosnyi Alexiadou

(Kawża C-436/07 P) (1)

(Appell - Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt li jikkonċerna proġett ta' żvilupp ta' teknoloġija għall-produzzjoni ta' ġilda impermeabbli - Rimbors ta' ammonti mħallsa bil-quddiem - Interessi)

(2009/C 6/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: D. Triantafyllou, aġent]

Appellat: Efrosnyi Alexiadou [rappreżentanti: Ch. Matellas u E. Alexiadou, dikigoros]

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Lulju 2007, Il-Kummissjoni vs Alexiadou (T-312/05) li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors ibbażat fuq klawżola ta' arbitraġġ intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lura s-somma mħallsa bil-quddiem mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' kuntratt li jikkonċerna proġett ta' żvilupp ta' teknoloġija maħsuba għall-produzzjoni ta' ġilda impermeabbli (kuntratt G1ST-CT-2002-50227)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Lulju 2007, Il-Kummissjoni vs Alexiadou (T-312/05), hija annullata.

2)

Il-kawża hija rrinvijata lill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


Top