EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0158

Kawża C-158/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 18 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep — L-Olanda) — Jacqueline Förster vs Hoofddirectie van de Informatie Beheer Groep (Moviment liberu tal-persuni — Student ċittadin ta' Stat Membru li mar fi Stat Membru ieħor biex isegwi taħriġ — Għotjiet ta' manteniment lill-istudenti — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 12 KE — Ċertezza legali)

ĠU C 6, 10.1.2009, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep — L-Olanda) — Jacqueline Förster vs Hoofddirectie van de Informatie Beheer Groep

(Kawża C-158/07) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Student ċittadin ta' Stat Membru li mar fi Stat Membru ieħor biex isegwi taħriġ - Għotjiet ta' manteniment lill-istudenti - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 12 KE - Ċertezza legali)

(2009/C 6/06)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jacqueline Förster

Konvenut: Hoofddirectie van de Informatie Beheer Groep

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Centrale Raad van Beroep — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 12 KE u ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1251/70, tad-29 ta' Ġunju 1970, dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li kienu impjegati f'dak l-Istat (ĠU L 142, p. 24) u ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/96/KEE, tad-29 ta' Ottubru 1993, dwar id-dritt ta' residenza għall-istudenti (ĠU L 31, p. 59) — Student residenti fi Stat membru li ġej minn Stat membru ieħor sabiex isegwi taħriġ u li fl-istess ħin iwettaq attività bi ħlas f'dan l-Istat membru iżda li sadanittant temm l-attivitajiet ta' xogħol tiegħu.

Dispożittiv

1)

Student li jinsab fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma jistax jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1251/70, tad-29 ta' Ġunju 1970, dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li kienu impjegati f'dak l-Istat sabiex jikseb għoti ta' manteniment.

2)

Student ċittadin ta' Stat Membru li mar fi Stat Membru ieħor sabiex ilesti l-istudji tiegħu hemmhekk jista' jinvoka l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE sabiex jikseb għoti ta' manteniment meta huwa jkun irrisjeda għal ċertu perijodu fl-Istat Membru. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE ma jipprekludix l-applikazzjoni ta' kundizzjoni ta' residenza minn qabel ta' ħames snin fir-rigward taċ-ċittadini ta' Stati Membri oħrajn.

3)

F'ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari l-prinċipju ta' ċertezza legali, ma jipprekludix l-applikazzjoni ta' kundizzjoni ta' residenza li tissuġġetta d-dritt tal-istudenti li ġejjin minn Stati Membri oħrajn għal għoti ta' manteniment għall-ikkompletar ta' perijodi ta' residenza li huma qabel l-introduzzjoni ta' din il-kundizzjoni.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


Top