EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0046

Kawża C-46/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat- 13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 141 KE — Politika soċjali — Remunerazzjoni ugwali bejn ħaddiema rġiel u nisa — Kunċett ta' remunerazzjoni — Skema ta' rtirar tal-uffiċjali)

ĠU C 6, 10.1.2009, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-46/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 141 KE - Politika soċjali - Remunerazzjoni ugwali bejn ħaddiema rġiel u nisa - Kunċett ta' “remunerazzjoni’ - Skema ta' rtirar tal-uffiċjali)

(2009/C 6/05)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L.Pignataro-Nolin u M. van Beek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, G. Fiengo u W. Ferrante, avukati)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 141 KE — Ksur tal-prinċipju ta' remunerazzjoni ugwali bejn ħaddiema rġiel u nisa — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, għall-uffiċjali pubbliċi, età ta' rtirar varjabbli skond is-sess.

Dispożittiv

1)

Billi adottat dispożizzjonijiet li bis-saħħa tagħhom l-uffiċjali għandhom id-dritt li jirċievu l-pensjoni tal-anzjanità f'età differenti skont jekk humiex irġiel jew nisa, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha previsti fl-Artikolu 141 KE.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


Top