EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0066

Kawża C-66/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Stima tal-effetti ta' proġetti fuq l-ambjent — Awtorizzazzjonijiet mogħtija mingħajr stima)

ĠU C 6, 10.1.2009, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-66/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta' proġetti fuq l-ambjent - Awtorizzazzjonijiet mogħtija mingħajr stima)

(2009/C 6/02)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Simonetti, X. Lewis, aġenti, F. Louis, avukat, C. O'Daly, solicitor)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O'Hagan, J. Connolly u G. Simons, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja, (rappreżentanti: E. Ośniecka-Tamecka, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2(1) u 4(2), (3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p.40), kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE tat-3 ta' Marzu 1997 (ĠU L 73, p.5) — Awtorizzazzjonijiet mogħtija mingħajr stima

Dispożittiv

1)

Meta ma adottatx, skont l-Artikoli 2(1) u 4(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE, tat-3 ta' Marzu 1997, id-dispożizzjonijiet neċessarjI kollha sabiex, qabel l-għoti ta' awtorizzazzjoni, il-proġetti li jista' jkollhom effetti konsiderevoli fuq l-ambjent u li jaqgħtu taħt il-kategoriji ta' proġetti msemmijin fil-punt 1(a) sa (ċ) u (f) tal-Anness II ta' din id-direttiva jiġu suġġetti għal proċedura ta' awtorizzazzjoni u għal evalwazzjoni tal-effetti tagħhom f'dan ir-rigward, b'mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10 tal-imsemmija direttiva, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din l-istess direttiva.

2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


Top