This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008FN0077
Case F-77/08: Action brought on 15 September 2008 — Vicente Carbajosa and Others v Commission
Kawża F-77/08: Rikors ippreżentat fil- 15 ta' Settembru 2008 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni
Kawża F-77/08: Rikors ippreżentat fil- 15 ta' Settembru 2008 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 285, 8.11.2008, p. 57–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 285/57 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-77/08)
(2008/C 285/104)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Isabel Vicente Carbajosa (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-illegalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita l-pubblikazzjoni tal-avviżi tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 għal tliet lingwi u l-illegalità ta' dawn l-avviżi ta' kompetizzjoni u, bħala konsegwenza ta' dan, l-annullament tad-deċiżjonijiet individwali ta' EPSO li r-rikorrenti ma jiġux permessi jagħmlu l-eżamijiet ta' din il-kompetizzjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkonstata l-illegalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita l-pubblikazzjoni tal-avviżi tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 għal tliet lingwi u l-illegalità ta' dawn l-avviżi ta' kompetizzjoni; |
— |
tannulla d-deċiżjonijiet individwali tal-EPSO li r-rikorrenti ma jiġux permessi jagħmlu l-eżamijiet tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 rispettivament; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż. |