This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0419
Case C-419/08 P: Appeal brought on 23 September2008 by Trubowest Handel GmbH, Viktor Makarov against the judgment of the Court of First Instance (Third Chamber) delivered on 9 July 2008 in Case T-429/04 Trubowest Handel GmbH, Viktor Makarov v Council, Commission
Kawża C-419/08 P: Appell ippreżentat fit- 23 ta' Settembru 2008 minn Trubowest Handel GmbH, Viktor Makarov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fid- 9 ta' Lulju 2008 fil-kawża T-429/04, Trubowest Handel GmbH, Viktor Makarov vs Il-Kunsill, Il-Kummissjoni
Kawża C-419/08 P: Appell ippreżentat fit- 23 ta' Settembru 2008 minn Trubowest Handel GmbH, Viktor Makarov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fid- 9 ta' Lulju 2008 fil-kawża T-429/04, Trubowest Handel GmbH, Viktor Makarov vs Il-Kunsill, Il-Kummissjoni
ĠU C 285, 8.11.2008, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 285/30 |
Appell ippreżentat fit-23 ta' Settembru 2008 minn Trubowest Handel GmbH, Viktor Makarov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fid-9 ta' Lulju 2008 fil-kawża T-429/04, Trubowest Handel GmbH, Viktor Makarov vs Il-Kunsill, Il-Kummissjoni
(Kawża C-419/08 P)
(2008/C 285/50)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Trubowest Handel GmbH, Viktor Makarov (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, E. Petritsi, dikigoroi)
Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:
— |
tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza |
— |
tilqa', billi tagħti hija nfisha s-sentenza finali, ir-rikors għal kumpens skont l-Artikolu 288 KE imressaq quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, jew sussidjarjament tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza |
— |
tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll għall-ispejjeż kollha tal-appellanti, f'dawn il-proċeduri u fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jsotnu li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għall-aggravji segwenti:
1) |
Il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta interpretat u applikat id-dritt Komunitarju fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom il-Komunità tista' tkun responsabbli fuq bażi mhux kuntrattwali skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE. L-ewwel nett, l-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta' liġi sa fejn il-Qorti tal-Prim'Istanza ma kkunsidratx l-allegat aġir illegali li sar ilment dwaru fil-kuntest tal-istabbiliment tar-rabta kawżali u ma eżaminatx dan fil-kuntest legali tiegħu, minkejja li kellha tagħmel dan sabiex tistabbilixxi r-responsabbiltà legali tal-Komunità. Il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta naqset li tevalwa korrettament, skont id-dritt Komunitarju, l-eżistenza ta' rabta diretta ta' kawżalità bejn l-aġir tal-istituzzjonijiet Komunitarji u d-dannu li rriżulta sostnut mill-appellanti u meta ddeċidiet li ma kienx hemm rabta kawżali diretta bejn l-aġir tal-istituzzjonijiet Komunitarji u d-dannu li rriżulta, peress li jew l-appellanti ma wrewx diliġenza raġjonevoli u/jew li r-responsabbiltà kienet attribwibbli biss lill-awtoritajiet Ġermaniżi. |
2) |
Il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta ddikjarat li m'għandhiex ġurisdizzjoni fir-rigward tat-talbiet għas-somom ta' EUR 118 058,46, EUR 277 939,37 u tal-ispejjeż legali, li r-rimedji nazzjonali għalihom ġew eżawriti wara li l-partijiet eżerċitaw id-dritt legali għal ftehim [right to settlement]. Għalhekk l-appellanti ma għandhom l-ebda rimedju effettiv u huma penalizzati għall-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għal ħlas skont il-Kodiċi Civili Ġermaniż, minkejja li din il-kawża tinvolvi r-responsabbiltà tal-Komunità. F'dan il-kuntest, huwa sostnut li l-Qorti tal-Prim'Istanza żnaturat il-fatti u l-provi meta ddeċidiet li l-appellanti ma ressqu l-ebda prova in sostenn, minn naħa, tar-rwol tal-Komunità u tal-awtoritajiet Russi, u min-naħa l-oħra, tar-rwol tal-proċeduri kriminali, fil-konklużjoni ta' ftehim [right to settlement]. |