Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0393

    Kawża C-393/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fil- 21 ta' Mejju 2008 — Emanuela Sbarigia vs Azienda USL RM/A, Comune di Roma, Assiprofar — Associazione Sindacale Proprietari Farmacia, u Ordine dei Farmacisti della Provincia di Roma

    ĠU C 285, 8.11.2008, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 285/28


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fil-21 ta' Mejju 2008 — Emanuela Sbarigia vs Azienda USL RM/A, Comune di Roma, Assiprofar — Associazione Sindacale Proprietari Farmacia, u Ordine dei Farmacisti della Provincia di Roma

    (Kawża C-393/08)

    (2008/C 285/46)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Emanuela Sbarigia

    Konvenuti: Azienda USL RM/A, Comune di Roma, Assiprofar — Associazione Sindacale Proprietari Farmacia u Ordine dei Farmacisti della Provincia di Roma

    Domandi preliminari

    1)

    Il-fatt li jiġu imposti fuq l-ispiżeriji r-restrizzjonijiet [imsemmija iktar 'il fuq…] li jipprovdu li la huma awtorizzati jieħdu vaganza annwali meta jridu u lanqas li jibqgħu miftuħin barra l-limiti ta' ftuħ massimi awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq tal-liġi reġjonali ta' Lazio Nru 26/2002, u li, skont l-Artikoli 10(2) ta' dik il-liġi reġjonali, jipprovdu rekwiżit addizzjonali neċessarju ta' evalwazzjoni diskrezzjonarja tal-Amministrazzjoni (li ssir skont il-ftehim mal-korpi u l-organizzazzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu) fir-rigward tan-natura speċjali taż-żona muniċipali fejn jinsabu l-ispiżeriji, sabiex tista' tinkiseb deroga mill-projbizzjonijiet tal-Komun ta' Ruma, huwa kompatibbli mal-prinċipji Komunitarji dwar il-libertà tal-kompetizzjoni u l-libertà tas-servizzi, stabbiliti, b'mod partikolari, fl-Artikoli 49 KE, 81 KE, 82 KE, 83 KE, 84 KE, 85 KE and 86 KE?

    2)

    Ir-restrizzjonijiet imposti fuq l-eżerċizzju tas-servizz farmaċewtiku pubbliku, minkejja li għandhom l-għan li jipproteġu s-saħħa tal-konsumaturi, bħal dawk stabbiliti fil-liġi reġjonali Nru 26/2002 li jillimitaw jew jipprekludu l-possibbiltà li jiġu estiżi l-ħinijiet ta' ftuħ awtorizzati f'jum, f'ġimgħa u f'sena għal spiżjari individwali, huma kompatibbli mal-Artikoli 152 u 153 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea?


    Top