Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0207

    Kawża C-207/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 11 ta' Lulju 2008 (talba għal deċizjoni preliminari ta' Panevėžio apygardos teismas — Ir-Repubblika ta' Litwanja) — Proċeduri kriminali kontra Edgar Babanov (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Agrikoltura — Moviment liberu ta' merkanzija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kultivazzjoni ta' kull tip ta' qanneb)

    ĠU C 285, 8.11.2008, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 285/15


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta' Lulju 2008 (talba għal deċizjoni preliminari ta' Panevėžio apygardos teismas — Ir-Repubblika ta' Litwanja) — Proċeduri kriminali kontra Edgar Babanov

    (Kawża C-207/08) (1)

    (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Agrikoltura - Moviment liberu ta' merkanzija - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kultivazzjoni ta' kull tip ta' qanneb)

    (2008/C 285/24)

    Lingwa tal-proċedura: Il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Panevėžio apygardos teismas

    Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

    Edgar Babanov

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Panevėžio Apygardos Teismas — Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal responsabbiltà kriminali għall-kultivazzjoni ta' kull tip ta' qanneb — Il-possibbiltà għal qorti li tapplika l-leġiżlazzjoni nazzjonali meta l-kontenut ta' sustanzi attivi tal-qanneb ma jaqbiżx ċertu limitu.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha bħala effett li tipprojbixxi l-kultivazzjoni u ż-żamma ta' qanneb destinat għall-produzzjoni tal-fibri skond l-imsemmi regolament.

    2)

    Id-dritt Komunitarju jipprojbixxi li qorti ta' Stat Membru tapplika leġiżlazzjoni nazzjonali li, bi ksur tar-Regolament Nru 1782/2003, għandha bħala effett li tipprojbixxi ż-żamma ta' qanneb destinat għall-produzzjoni tal-fibri skond l-imsemmi regolament.


    (1)  ĠU C 209, 15.8.2008.


    Top