Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0279

    Kawża C-279/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 11 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Audiencia Provincial de Madrid — Spanja) — CEPSA, Estaciones de Servicio SA vs LV Tobar e Hijos SL (Kompetizzjoni — Akkordji — Ftehim bejn impriżi — Artikolu 81 KE — Regolament (KEE) Nru 1984/83 — Artikoli 10 sa 13 — Regolament Nru 2790/1999 — Artikolu 4(a) — Kuntratt ta' provvista esklużiva ta' prodotti petroliferi bejn operatur ta' stazzjon tal-petrol u impriża petrolifera — Eżenzjoni)

    ĠU C 285, 8.11.2008, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 285/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Audiencia Provincial de Madrid — Spanja) — CEPSA, Estaciones de Servicio SA vs LV Tobar e Hijos SL

    (Kawża C-279/06) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Ftehim bejn impriżi - Artikolu 81 KE - Regolament (KEE) Nru 1984/83 - Artikoli 10 sa 13 - Regolament Nru 2790/1999 - Artikolu 4(a) - Kuntratt ta' provvista esklużiva ta' prodotti petroliferi bejn operatur ta' stazzjon tal-petrol u impriża petrolifera - Eżenzjoni)

    (2008/C 285/05)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Provincial de Madrid

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: CEPSA, Estaciones de Servicio SA

    Konvenuta: LV Tobar e Hijos SL

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincial de Madrid — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 81(1) KE u tal-Artikoli 10 sa 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1984/83 (KEE), tat-22 ta' Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim ta' xiri esklużiv (ĠU L 173, p.5) — Kuntratti ta' distribuzzjoni esklużiva ta' fjuwils u kombustibbli definiti bħala kuntratti ta' aġenzija jew ta' kummissjoni iżda li fihom ċerti elementi speċifiċi

    Dispożittiv

    1)

    Kuntratt ta' provvista esklużiva ta' karburanti u ta' kombustibbli kif ukoll ta' lubrifikanti u ta' prodotti konnessi magħhom jista' jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) KE meta l-operatur tal-istazzjon tal-petrol jassumi, fi proporzjon mhux negliġibbli, riskju jew riskji finanzjarji u kummerċjali marbutin mal-bejgħ ta' dawn il-prodotti lil terzi u meta huwa jinkludi klawżoli li jistgħu jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni, bħalma hija dik rigward l-iffissar tal-prezz tal-bejgħ lill-pubbliku. Fil-każ li l-operatur ta' l-istazzjon tal-petrol ma jassumix tali riskji jew jassumi biss parti negliġibbli minnhom, jaqgħu biss taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-imsemmiija dispożizzjoni l-obbligi imposti fuq l-operatur fil-kuntest tas-servizzi ta' intermedjarju offruti minnu lill-prinċipal, bħalma huma l-klawżoli ta' esklużività u ta' non-kompetizzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, barra minn hekk, jekk il-kuntratt konkluż fis-7 ta' Frar 1996 bejn CEPSA Estaciones de Servicio SA u LV Tobar e Hijos SL għandux bħala effett il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 81 KE.

    2)

    Kuntratt ta' provvista esklużiva, bħal dak imsemmi fil-punt preċedenti ta' dan id-dispożittiv, jista' jibbenefika minn eżenzjoni skond il-kategorija prevista mir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1984/83 (KEE), tat-22 ta' Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu [81](3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim ta' xiri esklużiv jekk huwa josserva t-terminu massimu ta' għaxar snin, imsemmi fl-Artikolu 12(1)(ċ) ta' l-istess Regolament u jekk il-fornitur jagħti lill-operatur tal-istazzjon tal-petrol, bħala korrispettiv għall-esklużività, vantaġġi ekonomiċi importanti li jikkontribwixxu għal titjib fid-distribuzzjoni, jiffaċilitaw l-istallazzjoni jew l-immodernizzar tal-istazzjon tal-petrol u jnaqqsu l-ispejjeż ta' distribuzzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfati fil-kawża prinċipali.

    3)

    L-Artikoli 10 sa 13 tar-Regolament Nru 1984/83, kif emendat mir-Regolament Nru 1582/97, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jeskludu l-applikazzjoni tal-eżenzjoni skond il-kategorija għal kuntratt ta' provvista esklużiva li jipprovdi għall-iffissar tal-prezz tal-bejgħ lill-pubbliku mil-fornitur. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, taħt id-dritt nazzjonali, il-klawżola kuntrattwali rigward dan il-prezz tal-bejgħ tistax tiġi mibdula permezz ta' awtorizzazzjoni unilaterali tal-fornitur, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, u jekk kuntratt null ipso jure jistax isir validu wara tibdil ta' din il-klawżola kuntrattwali li għandha bħala effett li trendi l-imsemmija klawżola konformi mal-Artikolu 81(1) KE.

    4)

    In-nullità ipso jure prevista fl-Artikolu 81(2) KE taffettwa l-intier tal-kuntratt biss fil-każ li l-klawżoli li huma inkompatibbli mal-ewwel paragrafu ta' l-istess Artikolu ma jistgħux jiġu mifrudin mill-kuntratt innifsu. Fil-każ kuntrarju, il-konsegwenzi tan-nullità fir-rigward ta' l-elementi l-oħrajn kollha tal-kuntratt ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt nazzjonali.


    (1)   ĠU C 212, 2.9.2006.


    Top