This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008FN0003
Case F-3/08: Action brought on 3 January 2008 — Marcuccio v Commission
Kawża F-3/08: Rikors ippreżentat fit- 3 ta' Jannar 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
Kawża F-3/08: Rikors ippreżentat fit- 3 ta' Jannar 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
ĠU C 64, 8.3.2008, pp. 68–69
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/68 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta' Jannar 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-3/08)
(2008/C 64/112)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiż għall-kisba ta' traduzzjoni fit-Taljan ta' nota indirizzata lilu bl-Ingliż.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla n-nota tal-15 ta' Frar 2007, prot. RELEX.K7/PL/dg D(2007)502497; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni, li sadanittant ittieħdet, ta' ċaħda minn naħa tal-konvenuta tat-talba tas-27 ta' Jannar 2007, imressqa mir-rikorrent quddiem l-awtorità tal-ħatra; |
|
— |
tannulla, safejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni, kif ifformulata, ta' ċaħda ta' l-ilment tar-rikorrent quddiem l-awtorità tal-ħatra; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu li rriżulta mill-atti li ntalab l-annullament tagħhom, għas-somma ta' EUR 1 000 jew dik is-somma akbar jew anqas li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jidhirlu li hija ġusta u ekwa; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |