Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0025

Kawża T-25/08: Rikors ippreżentat fil- 11 ta' Jannar 2008 — Katjes Fassin vs L-UASI (Yoghurt-Gums)

ĠU C 64, 8.3.2008, pp. 62–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/62


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Jannar 2008 — Katjes Fassin vs L-UASI (Yoghurt-Gums)

(Kawża T-25/08)

(2008/C 64/101)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Uecker, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tal-25 ta' Ottubru 2007 (Każ R 1322/2006-4);

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri ta' l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Yoghurt-Gums” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 (Applikazzjoni Nru 4 929 808).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Jiċħad l-appell.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) f'dak li jirrigwarda l-prodotti fil-klassi 30 li għadhom in kwistjoni fil-proċeduri.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


Top