Este documento es un extracto de la web EUR-Lex
Documento 62007CN0557
Case C-557/07: Reference for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof (Austria) lodged on 14 December 2007 — LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH v Tele2 Telecommunication GmbH
Kawża C-557/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fl- 14 ta' Diċembru 2007 — LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH vs Tele2 Telecommunication GmbH
Kawża C-557/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fl- 14 ta' Diċembru 2007 — LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH vs Tele2 Telecommunication GmbH
ĠU C 64, 8.3.2008, p. 20-20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fl-14 ta' Diċembru 2007 — LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH vs Tele2 Telecommunication GmbH
(Kawża C-557/07)
(2008/C 64/30)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof (l-Awstrija).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH
Konvenuta: Tele2 Telecommunication GmbH
Domandi preliminari
|
1) |
Għandu t-terminu “intermedjarju” użat fl-Artikolu 5(1)(a) u fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/29/KE, tat-22 ta' Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni (1), jiġi interpretat fis-sens li dan il-kunċett ikopri wkoll fornitur ta' aċċess li kull ma jagħmel huwa li jagħti lill-utent aċċess għan-network billi jattribbwilu indirizz IP dinamiku, iżda li ma jipprovdix huwa stess lill-utent servizzi bħalma huma s-servizzi ta' posta elettronika, ta' tniżżil jew skambju ta' fajls, u li ma jeżerċita l-ebda kontroll de jure jew de facto fuq is-servizz użat mill-utent? |
|
2) |
Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda: Fir-rigward ta' l-Artikolu 6 u l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/58/KE, tat-12 ta' Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), għandu l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2004/48/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (2), jiġi interpretat (b'mod restrittiv) fis-sens li ma jawtorrizax it-trażmissjoni, lil persuni privati terzi, ta' data personali dwar it-traffiku sabiex jinbdew proċedimenti quddiem il-qrati ċivili dwar ksur, stabbilit prima facie, ta' drittijiet ta' esklużività mogħtija mid-dritt ta' l-awtur (drittijiet ta' l-esplojtazzjoni u ta' l-użu tax-xogħol)? |
(1) ĠU L 167, p. 10.
(2) ĠU L 157, p. 45, Corrigendum fil-ĠU 2004, L 195, p. 16.