This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006CA0257
Case C-257/06: Judgment of the Court (Second Chamber) of 24 January 2008 (reference for a preliminary ruling from the Corte suprema di cassazione (Italy)) — Roby Profumi Srl v Comune di Parma (Article 28 EC — Directive 76/768/EEC — Protection of health — Cosmetic products — Importation — Communication of information on cosmetic products to the authorities of the State of importation)
Kawża C-257/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l- 24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione (l-Italja) — Roby Profumi Srl vs Comune di Parma (Artikolu 28 KE — Direttiva 76/768/KEE — Protezzjoni tas-saħħa — Prodotti kosmetiċi — Importazzjoni — Komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-prodotti kosmetiċi lill-awtoritajiet ta' l-Istat ta' importazzjoni)
Kawża C-257/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l- 24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione (l-Italja) — Roby Profumi Srl vs Comune di Parma (Artikolu 28 KE — Direttiva 76/768/KEE — Protezzjoni tas-saħħa — Prodotti kosmetiċi — Importazzjoni — Komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-prodotti kosmetiċi lill-awtoritajiet ta' l-Istat ta' importazzjoni)
ĠU C 64, 8.3.2008, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione (l-Italja) — Roby Profumi Srl vs Comune di Parma
(Kawża C-257/06) (1)
(Artikolu 28 KE - Direttiva 76/768/KEE - Protezzjoni tas-saħħa - Prodotti kosmetiċi - Importazzjoni - Komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-prodotti kosmetiċi lill-awtoritajiet ta' l-Istat ta' importazzjoni)
(2008/C 64/11)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Roby Profumi Srl
Konvenuta: Comune di Parma
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 28 KE u ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (ĠU L 262, p. 169), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 93/35/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 (ĠU L 151, p. 32) — Prodotti lesti għall-bejgħ li ġejjin minn Stati Membri oħra — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jobbligaw lill-importatur jikkomunika lista kompleta u dettaljata tas-sustanzi li jinstabu fil-prodott.
Dispożittiv
L-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 93/35/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993, ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li, fl-interess ta' kura medika pronta u xierqa fil-każ ta' diffikultajiet, tobbliga lill-importatur ta' prodotti kosmetiċi jikkomunika lill-Ministeru tas-Saħħa u lir-Reġjun l-isem jew l-isem ġuridiku ta' l-impriża, l-uffiċċju rreġistrat tagħha u dak ta' l-impjant ta' manifattura kif ukoll il-lista kompluta u ddettaljata tas-sustanzi użati u tas-sustanzi li jinstabu fl-imsemmija prodotti.