Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0011

Kawża T-11/08: Rikors ippreżentat fis- 7 ta' Jannar 2008 — Kwang Yang Motor vs L-UASI — Honda Giken Kogyo (Rappreżentazzjoni ta' magna ta' kombustjoni interna)

ĠU C 64, 8.3.2008, pp. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/58


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2008 — Kwang Yang Motor vs L-UASI — Honda Giken Kogyo (Rappreżentazzjoni ta' magna ta' kombustjoni interna)

(Kawża T-11/08)

(2008/C 64/94)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kwang Yang Motor Co. Ltd (Kaoshiung City, it-Tajwan) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' Ottubru 2007 innotifikata lir-rappreżentanti tar-rikorrenti fit-30 ta' Ottubru 2007, fil-Każ R 1380/2006-3;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Bord ta' l-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Id-disinn Komunitarju rreġistrat għal “Magna ta' kombustjoni interna” — Disinn Komunitarju Nru 000 163 290 - 0002

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha Co. Ltd

Disinn tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Id-disinn irreġistrat fl-Istati Uniti għal “magna ta' kombustjoni interna” — Privattiva Nru D 282 071

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità: Ċaħda tar-rikors għal invalidità kollu kemm hu

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità u ddikjarat id-disinn invalidu

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji.

Ir-rikorrenti ssostni li l-libertà tad-disinjaturi ta' magni ta' kombustjoni huwa mnaqqas għal disinni li jissodisfaw ir-rekwiżit ta' funzjonalità. Barra minn dan, billi s-settur f'termini ta' żvilupp teknoloġiku huwa kważi eżawrit, huwa iktar diffiċli għal disinjaturi f'dan il-qasam li jipprovdu alternattiva li toffri impressjoni ġenerali totalment differenti mingħajr ma tiġi mnaqqsa l-funzjonalità tad-disinn. Għaldaqstant, skond ir-rikorrenti, anki l-iċken dettallji għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jiġi evalwat il-karattru individuali tad-disinn.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li madankollu rnexxilha żżomm il-funzjonalità kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tad-disinn ikkontestat, filwaqt illi tat lill-komponenti essenzjali tiegħu karattru individwali.


Top