Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TB0403

Kawża T-403/03: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 7 ta' Jannar 2008 — Marmara Import-Export vs L-UASI — Marmara Zeytin Tarim Satis (marmara) ( Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar ta' l-oppożizzjoni — M'hemmx lok għal deċiżjoni )

ĠU C 64, 8.3.2008, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/37


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Jannar 2008 — Marmara Import-Export vs L-UASI — Marmara Zeytin Tarim Satis (marmara)

(Kawża T-403/03) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar ta' l-oppożizzjoni - M'hemmx lok għal deċiżjoni’)

(2008/C 64/60)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Marmara Import-Export GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. von Arnswaldt u G. Rother, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Weberndorfer, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Marmara Zeytin Tarim Satis Kooperatifleri Birligi (Bursa, it-Turkija) (rappreżentant: A. Andorfer-Erhard, avukat)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċizjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-1 ta' Ottubru 2003 (Każ R 515/2002-1) dwar proċecura ta' oppożizzjoni bejn Marmara Import-Export GmbH u Marmara Zeytin Tarim Satis Kooperatifleri Birligi.

Dispożittiv

1)

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-parti intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenuta.


(1)  ĠU C 71, 20.3.2004.


Top