Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0394

Kawża T-394/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 30 ta' Jannar 2008 — Strack vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta' promozzjoni għas-sena 2003 — Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità — Rifjut ta' promozzjoni )

ĠU C 64, 8.3.2008, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-394/04) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni għas-sena 2003 - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Rifjut ta' promozzjoni’)

(2008/C 64/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Wasserliesch, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Mosar, sussegwentement F. Gengler u P. Goergen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: G. Berscheid u H. Krämer, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tal-proċedura ta' promozzjoni li saret fir-rigward tar-rikorrent għas-sena 2003, ta' l-attribuzzjoni tal-punti magħmula fil-kuntest ta' din il-proċedura kif ukoll tad-deċiżjoni sussegwenti li r-rikorrent ma jiġix promoss.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni dwar l-attribuzzjoni tan-numru ta' punti ta' prijorità lil Guido Strack għall-proċedura ta' promozzjoni għas-sena 2003 kif ukoll dik li ma jiġix promoss matul din il-proċedura hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hi kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 300, 4.12.2004.


Top