This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CN0569
Case C-569/07: Reference for a preliminary ruling from the Special Commissioners, London (United Kingdom) made on 24 December 2007 — HSBC Holdings plc, Vidacos Nominees Ltd v The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs
Kawża C-569/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Ispecial Commissioners, London (Ir-Renju Unit) fl- 24 ta' Diċembru 2007 — HSBC Holdings plc, Vidacos Nominees Ltd vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs
Kawża C-569/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Ispecial Commissioners, London (Ir-Renju Unit) fl- 24 ta' Diċembru 2007 — HSBC Holdings plc, Vidacos Nominees Ltd vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs
ĠU C 64, 8.3.2008, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Ispecial Commissioners, London (Ir-Renju Unit) fl-24 ta' Diċembru 2007 — HSBC Holdings plc, Vidacos Nominees Ltd vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs
(Kawża C-569/07)
(2008/C 64/38)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Special Commissioners, London
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HSBC Holdings plc, Vidacos Nominees Ltd
Konvenuta: The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs
Domandi preliminari
L-Artikolu 10 jew l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335 (1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE ta' l-10 ta' Ġunju 1985 (2), jew l-Artikolu 43, l-Artikolu 49 jew l-Artikolu 56 tat-Trattat KE jew xi dispożizzjoni oħra tal-liġi Komunitarja jipprojbixxu l-intaxxar minn Stat Membru (l-“ewwel Stat Membru”) ta' dazju fuq it-trasferiment jew il-ħruġ ta' ishma għal servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”) ta' 1,5 % meta:
|
(i) |
kumpannija (“Kumpannija A”) stabbilita fl-Ewwel Stat Membru toffri li takkwista l-ishma rreġistrati u nnegozjati f'kumpannija (“Kumpannija B”) stabbilita fi Stat Membru ieħor (it-“tieni Stat Membru”) bi skambju ta' ishma f'Kumpannija A, li għandhom jinħarġu fuq il-Borża fit-tieni Stat Membru; |
|
(ii) |
azzjonisti fil-Kumpannija B għandhom l-għażla li jiriċeivu l-ishma l-ġodda f'Kumpannija A jew:
|
|
(iii) |
il-liġi ta' l-ewwel Stat Membru tipprovdi, fil-qosor, illi:
|
|
(iv) |
l-arranġamenti fis-seħħ fit-tieni Stat Membru jirrikjedu illi l-ishma kollha li nħarġu f'dan l-Istat iridu jinżammu f'forma mhux ta' ċertifikat permezz ta' servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”) wieħed fit-tieni Stat Membru, li l-operatur tagħha ma għamilx l-għażla msemmija aktar 'il fuq? |
(1) Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 1969 li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital ĠU L 249, p. 25.
(2) ĠU L 156, p. 23.