This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CN0567
Case C-567/07: Reference for a preliminary ruling from the Raad van State (Netherlands), lodged on 27 December 2007 — Minister voor Wonen, Wijken en Integratie v Woningstichting Sint Servatius
Kawża C-567/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fis- 27 ta' Diċembru 2007 — Minister voor Wonen, Wijken en Integratie vs Woningstichting Sint Servatius
Kawża C-567/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fis- 27 ta' Diċembru 2007 — Minister voor Wonen, Wijken en Integratie vs Woningstichting Sint Servatius
ĠU C 64, 8.3.2008, pp. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fis-27 ta' Diċembru 2007 — Minister voor Wonen, Wijken en Integratie vs Woningstichting Sint Servatius
(Kawża C-567/07)
(2008/C 64/36)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State (l-Olanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Minister van Vroom, Wijken en Integratie
Konvenuta: Woningstichting Sint Servatius
Domandi preliminari
|
1. |
Jista' jitqies bħala restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapitali, skond l-Artikolu 56 KE, il-fatt li fin-nuqqas ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-Ministru, l-ebda attività transfruntiera ma tista ssir minn impriża li, b'mod konformi mal-liġi, ġiet approvata bil-għan li jiġi protett l-interess ta' l-akkomodazzjoni soċjali fl-Olanda, li tista titlob fondi pubbliċi għal dan l-iskop, li, b'mod konformi mal-liġi, tista' biss tmexxi l-attività tagħha favur dan l-interess, u li, bħala prinċipju, il-kamp ta' l-attività tagħha jinsab fl-Olanda (“entità approvata”)? |
|
2.a |
L-interess ta' l-akkomodazzjoni soċjali ta' Stat Membru jista' jitqies bħala interess ta' ordni pubbliku fis-sens ta' l-Artikolu 58 KE? |
|
2.b |
L-interess ta' l-akkomodazzjoni soċjali ta' Stat Membru jista' jitqies bħala raġuni imperattiva ta' interess pubbliku aċċettata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja? |
|
2.ċ |
B'mod iktar preċiż, l-interess li jirrappreżenta l-effettività tal-politika ta' akkomodazzjoni soċjali ta' Stat Membru, kif ukoll il-finanzjament tagħha, jista' jitqies bħala interess ta' ordni pubbliku, fis-sens ta' l-Artikolu 58 KE, jew bħala raġuni imperattiva ta' interess pubbliku aċċettata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja? |
|
3.a |
Jekk jiġi meqjus li l-ħtiġa ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem imposta fuq entità approvata, skond id-domanda Nru 1, tirrappreżenta restrizzjoni li għaliha teżisti ġustifikazzjoni bħal dawk ikkunsidrati fid-domandi Nri 2.a, 2.b, u 2.ċ, din il-ħtieġa hija neċessarja u proporzjonata? |
|
3.b |
Stat Membru jkollu kompetenza diskrezzjonali wiesgħa, meta jagħmel użu minn din il-ġustifikazzjoni, sabiex jiddetermina l-portata ta' l-interess pubbliku in kwistjoni u l-mod ta' kif dan għandu jiġi protett? Barra minn hekk, f'dan ir-rigward, huwa determinanti l-fatt li l-Komunità għandha ftit jew l-ebda kompetenza f'dak li jirrigwarda l-akkomodazzjoni soċjali? |
|
4.a |
Jista' Stat Membru, sabiex jiġġustifika restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapitali, jinvoka, minbarra r-raġunijiet imperattivi ta' interess pubbliku ċċitati fl-Artikolu 58 KE u aċċettati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew b'mod konġunt ma' dawn ir-raġunijiet imperattivi, l-Artikolu 86(2) KE, jekk xi drittijiet speċjali jingħataw lill-impriżi kkonċernati u jekk dawn huma inkarigati bit-tmexxija ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali? |
|
4.b |
L-interessi pubbliċi msemmija mill-Artikolu 58 KE u r-raġunijiet imperattivi ta' interess pubbliku aċċettati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom l-istess kontenut bħall-interess ekonomiku ġenerali msemmi mill-Artikolu 86(2) KE? |
|
4.ċ |
Il-fatt li l-Istat Membru kkonċernat jinvoka l-Artikolu 86(2) KE, u jgħid li l-impriżi kkonċernati li ġew mogħtija xi drittijiet speċjali jagħmlu xogħol ta' interess ekonomiku ġenerali, jirrappreżenta valur addizzjonali meta mqabbel mal-fatt li jiġu invokati l-interessi pubbliċi fis-sens ta' l-Artikolu 58 KE u r-raġunijiet imperattivi ta' interess pubbliku aċċettati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja? |
|
5.a |
Impriżi bħall-entitajiet approvati msemmija fid-domanda Nru 1, li, minn naħa, għandhom jiddedikaw il-kapital kollu tagħhom għall-interess ta' l-akkomodazzjoni soċjali, iżda li, min-naħa l-oħra, jagħmlu wkoll attivitajiet kummerċjali favur l-akkomodazzjoni soċjali, jistgħu, għal parti jew għat-totalità ta' xogħolhom, jitqiesu bħala impriżi inkarigati bit-tmexxija ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fis-sens ta' l-Artikolu 86(2) KE? |
|
5.b |
Huwa neċessarju, sabiex tingħata risposta pożittiva għad-domanda Nru 5.a, li l-impriżi kkonċernati jkollhom kontabilità distinta li fuqha jkun possibbli li jiġi stabbilit b'mod ċert liema huma l-ispejjeż u d-dħul li huma relatati ma' l-attivitajiet soċjali tagħhom, minn naħa, u kummerċjali, min-naħa l-oħra, u li dan l-obbligu jkun stabbilit minn dispożizzjoni legali nazzjonali? F'dan ir-rigward, hemm bżonn li jiġi ggarantit il-fatt li l-mezzi finanzjarji provenjenti minn Stat Membru jintużaw b'mod esklussiv favur l-attivitajiet soċjali u l-kontinwità tagħhom? |
|
6.a |
Jekk entità approvata msemmija fid-domanda Nru 1, tista' titqies, għal parti jew għat-totalità ta' xogħolha, bħala impriża nkarigata bit-tmexxija ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, skond l-Artikolu 86(2) KE, il-fatt li hija tkun inkarigata bit-tmexxija ta' tali servizi jista' jiġġustifika li tiġi imposta restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapitali skond l-Artikolu 56 KE fuq l-entità approvata? |
|
6.b |
Meta jagħmel użu minn din il-ġustifikazzjoni, Stat Membru jkollu setgħa ta' diskrezzjoni wiesgħa biex jiddetermina l-portata ta' l-interess ekonomiku ġenerali u l-mod ta' kif għandu jiġi protett dan l-interess? B'mod partikolari, il-fatt li l-Komunità għandha ftit jew l-ebda kompetenza fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali huwa element determinanti f'dan ir-rigward? |
|
7.a |
Iċ-ċirkustanza li Stat Membru jipprovdi mezzi finanzjarji li xi impriżi msemmija fl-Artikolu 86(2) KE timplika l-ħtieġa li l-attività tagħhom tkun delimitata territorjalment, sabiex jiġi evitat li dawn il-mezzi finanzjarji jkunu jistgħu jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat u li l-impriżi jkunu jistgħu, billi jużaw dawn il-mezzi fi Stat Membru ieħor, jikkompetu ma' impriżi oħra, f'dan l-Istat Membru l-ieħor, f'kundizzjonijiet li ma jkunux konformi mas-suq? |
|
7.b |
Jista' Stat Membru, l-Olanda f'dan il-każ, jissuġġetta lil entitajiet approvati msemmija fid-domanda Nru 1, li jixtiequ jirrejalizzaw attivitajiet ta' kostruzzjoni ta' natura soċjali u kummerċjali fi Stat Membru ieħor, għall-ksib ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem, jekk, fl-ewwel Stat Membru, jkun għadu ma jeżistix l-obbligu legali li tiġi stabbilita distinzjoni bejn dawn iż-żewġ tipi ta' attivitajiet? Il-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem hija, f'dan il-każ, miżura neċessarja u proporzjonata bil-għan li jiġi assigurat ir-rispett ta' l-Artikoli 87 u 88 KE? |