Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument C2007/235/03
Case C-501/04: Judgment of the Court (Third Chamber) of 18 July 2007 — Commission of the European Communities v Kingdom of Spain (Failure of a Member State to fulfil obligations — Direct insurance other than life assurance and direct life assurance — Directives 92/49/EEC and 2002/83/EC — Portfolio transfer system — Right to cancel — Admissibility)
Kawża C-501/04: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Assigurazzjoni diretta oħra barra mill-assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja — Direttivi 92/49/KEE u 2002/83/KE — Trasferiment ta' portfolio — Fakultà ta' terminazzjoni — Ammissibbiltà)
Kawża C-501/04: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Assigurazzjoni diretta oħra barra mill-assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja — Direttivi 92/49/KEE u 2002/83/KE — Trasferiment ta' portfolio — Fakultà ta' terminazzjoni — Ammissibbiltà)
ĠU C 235, 6.10.2007, s. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
6.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 235/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-501/04) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Assigurazzjoni diretta oħra barra mill-assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja - Direttivi 92/49/KEE u 2002/83/KE - Trasferiment ta' portfolio - Fakultà ta' terminazzjoni - Ammissibbiltà)
(2007/C 235/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: E. Traversa u R. Vidal Puig, aġenti]
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja [rappreżentant: J.M Rodríguez Cárcamo, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Non eżekuzzjoni ta' l-obbligi li jirriżultaw mill-Art. 12(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) u ta' l-Art. 14(5) tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali diskriminatorja għall-assiguraturi ta' Stati Membri oħra
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors hu miċħud. |
|
2) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hi kkundannata tbati l-ispejjeż. |