EUR-Lex Acces la dreptul Uniunii Europene

Înapoi la prima pagină EUR-Lex

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 52007XC1003(02)

Emendi għan-Nota ta' Spjegazzjoni għall-Artikolu 17 tal-protokolli Pan-Ewro-Mediterranji dwar ir-regoli ta' l-oriġini

ĠU C 231, 3.10.2007, p. 3-3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 231/3


Emendi għan-Nota ta' Spjegazzjoni għall-Artikolu 17 tal-protokolli Pan-Ewro-Mediterranji dwar ir-regoli ta' l-oriġini

(2007/C 231/04)

In-Nota għall-Artikolu 17 — “Ċertifikazzjoni ta' l-oriġini għall-għan ta' l-akkumulazzjoni Pan-Ewro-Mediterranja”, il-paragrafu “użu mandatorju taċ-ċertifikat tal-moviment EUR-MED”, għandu jiġi kkompletat skond l-eżempju li ġej:

3.

Eżempju ta' l-akkumulazzjoni applikata f'wieħed mill-pajjiżi msemmija fl-Artikoli 3(1) u 4(1) meta prodott ta' l-oriġini jiġi esportat lejn pajjiż Mediterran.

Iċ-ċikkulata bajda Żvizzera fi kwantitajiet kbar (HS 1704) tiġi importata fil-Komunità fejn tissawar fi blokki taċ-ċikkulata u jiġu ppakkjati għall-bejgħ. L-istatus ta' oriġini Komunitarja għaċ-ċikkulata (HS 1704) jinkiseb abbażi ta' l-akkumulazzjoni ma' l-Iżvizzera u għalhekk meta ċ-ċikkulata tiġi esportata lejn it-Tuneżija, l-amministrazzjoni doganali Komunitarja għandha toħroġ ċertifikat għall-moviment EUR-MED li jkun fih dikjarazzjoni “L-akkumulazzjoni applikata ma' l-Iżvizzera”.


Sus