Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/117/42

    Kawża T-86/07: Rikors ipprezentat fil- 21 ta' Marzu 2007 — Deichmann-Schuhe vs L-UASI — Design for Woman (DEITECH)

    ĠU C 117, 26.5.2007, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 117, 26.5.2007, p. 26–26 (MT)

    26.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 117/26


    Rikors ipprezentat fil-21 ta' Marzu 2007 — Deichmann-Schuhe vs L-UASI — Design for Woman (DEITECH)

    (Kawża T-86/07)

    (2007/C 117/41)

    Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH & Co. KG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Rauscher, avocat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Design for Woman SA

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' Jannar 2007 (kawża R 791/2006-2);

    tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark nru 3378643 li tirrigwarda l-prodotti kollha fil-klassi 25 (ħwejjeġ, żraben, kpiepel);

    tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Design for Woman SA

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “DEITECH ”għall-prodotti fil-klassijiet 18 u 25 (applikazzjoni nru 3 378 643).

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

    Trade marks jew sinjali invokati in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Ġermaniża “DEITEX ”u t-trade mark figurattiva internazzjonali “DEI-tex ”għall-prodotti fil-klassi 25, billi l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tressqet kontra r-reġistrazzjoni għal din il-klassi.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħdet l-oppożizzjoni.

    Deċiżjoni ta l-Bord ta' l-Appell: ċaħad ir-rikors.

    Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), għaliex il-provi ppreżentati mir-rikorrenti sabiex turi l-użu ġenwin ma ttieħdux in kunsiderazzjoni suffiċjentement, kif ukoll ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, għaliex teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewg trade marks in kwistjoni.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


    Top