Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62022CJ0395
Judgment of the Court (Third Chamber) of 30 April 2024.#'Trade Express-L' OOD and 'DEVNIA TSIMENT' AD v Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia 'Darzhaven rezerv i voennovremenni zapasi'.#Requests for a preliminary ruling from the Administrativen sad - Varna.#References for a preliminary ruling – Energy – Directive 2009/119/EC – Supply of stocks of crude oil and/or petroleum products – Article 3 – Obligation for Member States to maintain emergency stocks – Article 8 – Economic operators – Regulation (EC) No 1099/2008 – Energy statistics – National legislation making it possible to impose an obligation on an economic operator to build up and maintain emergency stocks of a petroleum product, including where that product is unrelated to the economic activity of that operator – Charter of Fundamental Rights of the European Union – Article 16 – Freedom to conduct a business – Article 17 – Right to property.#Joined Cases C-395/22 and C-428/22.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ April 2024.
"Trade Express-L" OOD u "DEVNIA TSIMENT" AD vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia "Darzhaven rezerv i voennovremenni zapasi".
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Administrativen sad - Varna.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Enerġija – Direttiva 2009/119/KE – Provvista ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti taż-żejt – Artikolu 3 – Obbligu, għall-Istati Membri, li jżommu ħażniet ta’ emerġenza – Artikolu 8 – Operaturi ekonomiċi – Regolament (KE) Nru 1099/2008 – Statistika dwar l-enerġija – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġi impost fuq operatur ekonomiku l-obbligu li jikkostitwixxi u li jżomm stokk ta’ emerġenza ta’ prodott taż-żejt, inkluż meta dan il-prodott ma jaqax taħt l-attività ekonomika ta’ dan l-operatur – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 16 – Libertà ta’ intrapriża – Artikolu 17 – Dritt għall-proprjetà.
Kawżi magħquda C-395/22 u C-428/22.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ April 2024.
"Trade Express-L" OOD u "DEVNIA TSIMENT" AD vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia "Darzhaven rezerv i voennovremenni zapasi".
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Administrativen sad - Varna.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Enerġija – Direttiva 2009/119/KE – Provvista ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti taż-żejt – Artikolu 3 – Obbligu, għall-Istati Membri, li jżommu ħażniet ta’ emerġenza – Artikolu 8 – Operaturi ekonomiċi – Regolament (KE) Nru 1099/2008 – Statistika dwar l-enerġija – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġi impost fuq operatur ekonomiku l-obbligu li jikkostitwixxi u li jżomm stokk ta’ emerġenza ta’ prodott taż-żejt, inkluż meta dan il-prodott ma jaqax taħt l-attività ekonomika ta’ dan l-operatur – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 16 – Libertà ta’ intrapriża – Artikolu 17 – Dritt għall-proprjetà.
Kawżi magħquda C-395/22 u C-428/22.
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2024:374
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
30 ta’ April 2024 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Enerġija – Direttiva 2009/119/KE – Provvista ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti taż-żejt – Artikolu 3 – Obbligu, għall-Istati Membri, li jżommu ħażniet ta’ emerġenza – Artikolu 8 – Operaturi ekonomiċi – Regolament (KE) Nru 1099/2008 – Statistika dwar l-enerġija – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġi impost fuq operatur ekonomiku l-obbligu li jikkostitwixxi u li jżomm stokk ta’ emerġenza ta’ prodott taż-żejt, inkluż meta dan il-prodott ma jaqax taħt l-attività ekonomika ta’ dan l-operatur – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 16 – Libertà ta’ intrapriża – Artikolu 17 – Dritt għall-proprjetà”
Fil-Kawżi magħquda C‑395/22 u C‑428/22,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjonijiet tat‑2 u tal‑14 ta’ Ġunju 2022, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑14 u fit‑28 ta’ Ġunju 2022, rispettivament, fil-proċeduri
“Trade Express-L” OOD (C‑395/22),
“DEVNIA TSIMENT” AD (C‑428/22)
vs
Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia “Darzhaven rezerv i voennovremenni zapasi”,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn K. Jürimäe (Relatriċi), Presidenta tal-Awla, N. Piçarra u N. Jääskinen, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: A. Rantos,
Reġistratur: R. Stefanova-Kamisheva, Amministratriċi,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑5 ta’ Lulju 2023,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal “DEVNIA TSIMENT” AD, minn E. Evtimov, Y. Mateeva, S. Vasilev, V. Vidolov, advokati, u M. B. Lazarov, |
– |
għall-Gvern Bulgaru, minn T. Mitova u L. Zaharieva, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, minn E. M. M. Besselink, K. Bulterman u C. S. Schillemans, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Slovakk, minn S. Ondrášiková, bħala aġent, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Bozhilova, B. De Meester u C. Georgieva, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad‑19 ta’ Ottubru 2023,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1, tal-punti (i) u (j) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2, kif ukoll tal-Artikoli 3 u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal‑14 ta’ Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi (ĠU 2009, L 265, p. 9), kif emendata bid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1581 tad‑19 ta’ Ottubru 2018 (ĠU 2018, L 263, p. 57) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2009/119”), tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU 2008, L 304, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kumissjoni (UE) 2019/2146, tas‑26 ta’ Novembru 2019 (ĠU 2019, L 325, p. 43) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1099/2008”) kif ukoll tal-Artikolu 17 u tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittjiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). |
2 |
Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ kawżi bejn, minn naħa, “Trade Express-L” OOD (iktar ’il quddiem “Trade Express”) (C‑395/22) u “DEVNIA TSIMENT” AD (iktar ’il quddiem “Devnia Tsiment”) (C‑428/22) u, min-naħa l-oħra, iż-Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia “Darzhaven rezerv i voennovremenni zapasi” (il-Viċi President tal-Aġenzija Nazzjonali “Riżervi tal-Istat u Ħażniet Militari”, dwar il-legalità ta’ digrieti maħruġa minn dan tal-aħħar u li jimponu l-obbligu fuq dawn il-kumpanniji li jikkostitwixxu u li jżommu ħażniet ta’ emerġenza ta’ żejt tqil għal sena. |
Il‑kuntest ġuridiku
Il‑Ftehim AIE
3 |
Il-Ftehim dwar Programm Internazzjonali tal-Enerġija, iffirmat f’Pariġi fit‑18 ta’ Novembru 1974 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim AIE”), stabbilixxa, fil-kuntest tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u għall-Iżvilupp Ekonomiċi, l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE). |
Id‑dritt tal‑Unjoni
Id‑Direttivi 68/414/KEE u 2006/67/KE
4 |
L-ewwel regoli li jirregolaw il-ħażniet ta’ emerġenza taż-żejt jew ta’ prodotti taż-żejt ġew stabbiliti permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 68/414/KEE tal‑20 ta’ Diċembru 1968 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta’ prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 1, p. 29). |
5 |
Id-Direttiva 68/414, kif emendata l-aħħar, bid-Direttiva tal-Kunsill 98/93/KE tal‑14 ta’ Diċembru 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12 Vol. 2, p. 68) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 68/414”), tħassret bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/67/KE tal‑24 ta’ Lulju 2006 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri li jżommu ħażniet minimi ta’ prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi (ĠU 2007, L 76M, p. 209). Min-naħa tagħha, id-Direttiva 2006/67 tħassret bid-Direttiva 2009/119. Hija din id-direttiva tal-aħħar li hija applikabbli ratione temporis għall-kawżi prinċipali. |
6 |
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 68/414 li essenzjalment jikkorrispondi għall-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/67, kien jipprovdi: “L-Istati Membri għandhom jadottaw dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu xierqa sabiex iżommu ġewwa l-Komunità Ewropea f’kull żmien, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7, il-ħażniet tagħhom ta’ prodotti ta’ żejt, mhux raffinat f’livell li jikkorrispondi, għal kull waħda mill-kategoriji ta’ prodotti petroliferi imniżżla fl-Artikolu 2, għal ta’ l-anqas 90 ġurnata konsum intern medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja li tiġi qabel imsemmija fl-Artikolu 4.” |
7 |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 68/414, li essenzjalment jikkorrispondi għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/67, kien ifformulat kif ġej: “Il-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-konsum intern:
|
Id‑Direttiva 2009/119
8 |
Il-premessi 3, 5, 8, 11, 21 u 33 tad-Direttiva 2009/119 huma fformulati kif ġej:
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
|
9 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/119, intitolat “Objettiv” jipprovdi: “Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li għandhom l-għan li jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà tal-provvista taż-żejt fil-Komunità permezz ta’ mekkaniżmi affidabbli u trasparenti bbażati fuq is-solidarjetà fost l-Istati Membri, li jżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi kif ukoll li jistabbilixxu l-mezzi ta’ proċedura meħtieġa biex jiġi ttrattat nuqqas serju.” |
10 |
Il-punti (f), (i), (j) u (l) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jinkludu d-definizzjonijiet li ġejjin: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva: […]
[…]
[…]
|
11 |
L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Ħażniet ta’ emerġenza – Kalkolu tal-obbligi tal-ħżin”, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-Istati Membri għandhom jadottaw kwalunkwe liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva li tista’ tkun meħtieġa sabiex jiġi żgurat, sal‑31 ta’ Diċembru 2012, li l-ħażniet totali ta’ żejt li jinżammu f’kull ħin fil-Komunità għall-benefiċċju tagħhom, jikkorrispondu, ta’ mill-inqas, għal 90 jum tal-importazzjoni netta medja ta’ kuljum jew 61 jum tal-konsum intern medju ta’ kuljum, skont liema miż-żewġ kwantitajiet ikun l-ikbar.” |
12 |
L-Artikolu 4 tal-istess direttiva, dwar il-“[k]alkolu tal-livell tal-ħażniet”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Il-livelli tal-ħażniet miżuma għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-metodi mniżżla fl-Anness III. […]” |
13 |
Għal dak li jirrigwarda ċ-CSEs, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2009/119 jipprovdi: “L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu CSEs. L-ebda Stat Membru ma jista’ jistabbilixxi aktar minn CSE waħda jew kwalunkwe korp simili ieħor. Stat Membru jista’ jistabbilixxi s-CSE tiegħu fi kwalunkwe post ġewwa l-Komunità. Fejn Stat Membru jistabbilixxi CSE, din għandha tieħu l-forma ta’ korp jew servizz mingħajr l-objettiv ta’ profitt u taġixxi fl-interess ġenerali u m’għandhiex tkun ikkunsidrata bħala operatur ekonomiku fit-tifsira ta’ din id-Direttiva.” |
14 |
L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, intitolat, “Operaturi ekonomiċi”, huwa fformulat kif ġej: “1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe operatur ekonomiku li fuqu jimponi obbligi tal-ħżin sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3 jingħata d-dritt li jiddelega dawk l-obbligi mill-inqas parzjament u fuq l-għażla tal-operatur ekonomiku, imma unikament:
[…] 2. Kull Stat Membru jista’ jirrestrinġi d-drittijiet ta’ delega tal-operaturi ekonomiċi li fuqhom jimponi jew ikun impona obbligi ta’ ħżin. Madankollu, fejn tali restrizzjonijiet jillimitaw id-drittijiet ta’ delega tal-operatur ekonomiku għal ammonti li jikkorrispondu għal inqas minn 10 % tal-obbligu ta’ ħżin impost fuqu, l-Istat Membru għandu jiżgura li jkun stabbilixxa CSE li tkun meħtieġa li taċċetta d-delegi fir-rigward tal-ammont meħtieġ biex jiġi salvagwardjat id-dritt ta’ operatur ekonomiku li jiddelega mill-inqas 10 % tal-obbligu ta’ ħżin impost fuqu. Il-persentaġġ minimu msemmi f’dan il-paragrafu għandu jiżdied minn 10 % għal 30 % sal‑31 ta’ Diċembru 2017. […]” |
15 |
Skont l-Artikolu 9 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Ħażniet speċifiċi”: “(1) Kull Stat Membru jista’ jimpenja ruħu li jżomm livell minimu ta’ ħażniet taż-żejt, ikkalkolat f’numru ta’ jiem ta’ konsum, skont il-kondizzjonijiet imniżżlin f’dan l-Artikolu. Ħażniet speċifiċi għandhom jappartjenu għall-Istat Membru jew is-CSE stabbilita minnu u għandhom jiżammu fit-territorju tal-Komunità. 2. Il-ħażniet speċifiċi jistgħu jkunu magħmulin biss minn wieħed jew aktar mill-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin, kif definiti fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008[, kif emendat bir-Regolament 2017/2010]:
[…] 5. Kull Stat Membru li ma jkunx għamel impenn għat-tul kollu ta’ sena kalendarja partikolari li jżomm ħażniet speċifiċi ta’ mill-inqas 30 jum għandu jiżgura li mill-inqas terz tal-obbligu tal-ħżin tiegħu jinżamm fil-forma ta’ prodotti magħmula skont il-paragrafi 2 u 3.” […]” |
16 |
L-Anness III tal-istess direttiva, intitolat “Metodi għall-Kalkolu tal-Livell ta’ Ħażniet Miżmuma”, jipprevedi, fil-paragrafu 6 tiegħu: “L-Istati Membri jistgħu:
|
Ir‑Regolament Nru 1099/2008
17 |
L-Artikolu 2(d) tar-Regolament Nru 1099/2008 jiddefinixxi, għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, il-kunċett ta’ “prodotti ta’ l-enerġija”, bħala “il-kombustibbli, is-sħana, l-enerġija rinnovabbli, l-elettriku, jew kwalunkwe forma oħra ta’ enerġija”. |
18 |
L-Anness A tal-imsemmi regolament huwa intitolat “Kjarifiki tat-Terminoloġija”. Il-Kapitolu 3.4 ta’ dan l-anness jikkonċerna l-kunċett ta’ “[ż]ejt (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt […])”, li taħtu jaqgħu, b’mod partikolari, iż-żejt tal-fjuwil (żejt tal-fjuwil tqil), il-lubrikanti u l-kokk taż-żejt […], fis-sens, rispettivament, tal-punti 3.4.18, 3.4.20 u 3.4.23 tal-imsemmi anness. |
Id‑dritt Bulgaru
19 |
Skont l-Artikolu 2(1) taż-Zakon za zapasite ot neft i neftoprodukti (il-Liġi dwar il-Ħażniet taż-Żejt u tal-Prodotti taż-Żejt, DV Nru 15, tal‑15 ta’ Frar 2013), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawżi prinċipali (iktar ’il quddiem iż-“ZZNN”): “Permezz ta’ din il-liġi, għandhom jiġu kkostitwiti, miżmuma, aġġornati, użati, kkostitwiti mill-ġdid u kkontrollati ħażniet ta’ emerġenza ta’ żejt u tal-kategoriji ta’ prodotti taż-żejt elenkati hawn taħt:
|
20 |
L-Artikolu 3(4) taż-ZZNN jipprovdi: “Il-persuni obbligati għandhom jorganizzaw u jiffinanzjaw huma stess, f’isimhom u bil-mezzi tagħhom stess, il-kostituzzjoni, iż-żamma, it-tiġdid u l-kostituzzjoni mill-ġdid tal-livelli ta’ ħażniet ta’ emerġenza ordnati mingħandhom.” |
21 |
L-Artikolu 12 taż-ZZNN jipprovdi li: “(1) […] Il-President tal-[Aġenzija Nazzjonali ‘Riżervi tal-Istat u Ħażniet Militari’] jistabbilixxi kull sena, sa mhux iktar tard mill‑20 ta’ April, il-ħażniet ta’ emerġenza li għandhom jiġu kkostitwiti u li għandhom jinżammu mill-persuni obbligati u mill-impriża tal-Istat ‘Darzhavna petrolna compania’ [(Kumpanija nazzjonali taż-Żejt)], permezz ta’ digrieti li jiffissaw il-livelli tal-ħażna globali u individwali […] […] (4) Il-livelli ta’ ħażniet ta’ emerġenza ta’ kull persuna obbligata għandhom jiġu ddeterminati proporzjonalment għas-sehem tagħha tal-importazzjonijiet netti totali u l-wasliet intra-Komunitarji jew il-konsum domestiku totali fis-sena kalendarja preċedenti meta mqabbel mas-sehem totali tal-entitajiet obbligati kollha. […] (11) Kull persuna fiżika jew ġuridika Bulgara jew barranija rreġistrata bħala negozjant, kif ukoll il-fergħat tagħha li, matul is-sena kalendarja preċedenti, importat u/jew ikkunsinnat, minn wasliet intra-Komunitarji, fit-territorju tal-pajjiż taż-żjut tal-lubrikazzjoni (inkluż iż-żjut bażiċi), tal-bitum, tax-xema’ tal-paraffin, tal-kokk taż-żejt, tal-qatran u tal-kubrit, tingħata livelli ta’ ħażniet ta’ emerġenza fil-forma ta’ żejt tqil.” |
22 |
L-Artikolu 21 taż-ZZNN huwa fformulat kif ġej: “(1) Ħażniet ta’ emerġenza jistgħu jinżammu fil-forma ta’ żejt u/jew ta’ prodotti taż-żejt previsti fl-Artikolu 2(1). […] (11) Il-livelli tal-ħażniet ta’ emerġenza ta’ żejt tqil, iddeterminati abbażi tal-importazzjonijiet netti u tal-wasliet intra-Komunitarji jew tal-konsum medju ta’ kuljum jistgħu jiġu kkostitwiti u miżmuma, sa 100 %, fil-forma ta’ żejt tal-gass, ta’ gażolina għal vetturi bil-mutur u/jew ta’ karburant għal magni diżil, u l-kwantità tagħhom għandha tkun ekwivalenti għall-kwantità ta’ ħażna ta’ żejt tqil li għaliha tintalab is-sostituzzjoni. […]” |
Il‑kawża prinċipali, id‑domandi preliminari u l‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja
23 |
Trade Express, ir-rikorrenti fit-tilwima prinċipali li wasslet għall-Kawża C‑395/22, iddikjarat fil-Bulgarija akkwisti intra-Komunitarji li jirrigwardaw 89.6 tunnellata żjut tal-lubrikazzjoni matul is-sena 2020. Dawn iż-żjut tal-lubrikazzjoni, li jikkorrispondu għall-punt 3.4.20 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008, kienu intiżi għall-bejgħ. |
24 |
Devnia Tsiment, ir-rikorrenti fil-tilwima prinċipali li wasslet għall-Kawża C‑428/22, importat fil-Bulgarija 34 657.39 tunnellata ta’ kokk taż-żejt matul is-sena 2020. Dan il-kokk taż-żejt, li jaqa’ taħt il-punt 3.4.23 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008, jintuża fi proċess mineraloġiku għall-produzzjoni ta’ siment mhux mitħun imsejjaħ “clinkers”. |
25 |
B’riżultat ta’ dawn l-attivitajiet, permezz ta’ żewġ digrieti, wieħed tat‑28 ta’ April 2021 u l-ieħor tad‑29 ta’ April 2021, il-Viċi President tal-Aġenzija Nazzjonali “Riżervi tal-Istat u Ħażniet Militari”, ordna lil Devnia Tsiment u lil Trade Express, rispettivament, jikkostitwixxu u jżommu, f’isimhom u bil-mezzi tagħhom stess, għall-perijodu bejn l‑1 ta’ Lulju 2021 u t‑30 ta’ Ġunju 2022, livelli ta’ ħażniet ta’ emerġenza ta’ żejt tqil. Devnia Tsiment kellha tikkostitwixxi tali ħażna ta’ emerġenza fi kwantità ta’ 7 806.058 tunnellata, u Trade Express fi kwantità ta’ 15.947 tunnellata. |
26 |
Kull waħda minn dawn il-kumpanniji ressqet kawża quddiem l-Administrativen sad – Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna, il-Bulgarija), li hija l-qorti tar-rinviju fil-kawżi preżenti, għall-annullament tad-digriet li hija kienet is-suġġett tiegħu. Essenzjalment, huma jikkontestaw l-obbligu li jikkostitwixxu, bil-mezzi tagħhom stess, ħażniet ta’ emerġenza taż-żejt tqil, filwaqt li dan il-prodott taż-żejt ma jagħmilx parti mill-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. |
27 |
Din il-qorti tikkonstata li, matul is-sena 2020, Trade Express u Devnia Tsiment ma kienu jeżerċitaw ebda attività ekonomika bit-tipi ta’ prodotti elenkati fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008 minbarra ż-żjut tal-lubrikazzjoni u l-kokk taż-żejt, rispettivament. Hija tenfasizza li dawn il-kumpanniji la għandhom kwantitajiet ta’ ħażniet ta’ emerġenza taż-żejt tqil mitluba permezz tad-digrieti msemmija fil-punt 25 tas-sentenza preżenti u lanqas maħżen sabiex iżommu tali ħażniet. Minħabba f’hekk, il-kostituzzjoni u l-ħażna tal-livelli ta’ ħażniet ta’ emerġenza stabbiliti minn dawn id-digrieti kienu jwasslu għal piż finanzjarju sinjifikattiv għalihom. |
28 |
F’dan il-kuntest, l-imsemmija qorti tesprimi dubji fir-rigward tal-kompatibbiltà taż-ZZNN mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/119, moqrija fid-dawl tal-Karta, sa fejn din il-liġi tippermetti li kumpanniji, bħal Trade Express u Devnia Tsiment, jiġu obbligati jikkostitwixxu u jżommu ħażniet ta’ emerġenza ta’ prodotti taż-żejt li ma jagħmlux parti mill-attivitajiet tagħhom. |
29 |
Fil-fatt, mill-premessa 33, mill-punti (i) u (j) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2, kif ukoll mill-Artikoli 3 u 8 tad-Direttiva 2009/119 jirriżulta, essenzjalment, li din hija intiża li tistabbilixxi ħażniet ta’ emerġenza tal-prodotti kollha msemmija fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008. |
30 |
Madankollu, iż-ZZNN tipprevedi l-kostituzzjoni ta’ tali ħażniet biss għaż-żejt u għal erba’ prodotti taż-żejt oħra, fosthom iż-żejt tqil. Din il-liġi tobbliga għaldaqstant lil kull operatur ekonomiku li importa prodotti msemmija f’dan il-kapitolu jikkostitwixxi u jżomm ħażniet ta’ emerġenza ta’ wieħed minn dawn il-prodotti tal-aħħar. |
31 |
Barra minn hekk, skont il-qorti tar-rinviju, l-obbligu għal operatur ekonomiku li jaħżen prodott taż-żejt li ma jużax fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu jġiegħel lil dan l-operatur jixtri jew jissellef, billi jiddelega parti minn dan l-obbligu tiegħu, il-kwantità neċessarja ta’ dan il-prodott u jaħżnu skont ir-rekwiżiti leġiżlattivi. Dan iwassal għal piż finanzjarju sinjifikattiv għalih u jista’ jaffettwa r-regoli tas-suq intern u tal-kompetizzjoni. L-istruttura ġenerali tad-Direttiva 2009/119 kif ukoll rekwiżit ta’ koerenza pjuttost jimmilitaw favur interpretazzjoni li tikkonsisti fl-impożizzjoni fuq tali operatur obbligi in natura, jiġifieri obbligu li jaħżen prodott tal-enerġija li jaqa’ taħt l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu, u dan sabiex jiġi żgurat bilanċ raġonevoli bejn l-interessi pubbliċi tal-Unjoni u l-interessi privati. |
32 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Administrativen sad – Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin fil-Kawża C‑395/22:
|
33 |
Fil-Kawża C‑428/22, il-qorti tar-rinviju għamlet ħames domandi preliminari li huma, essenzjalment, identiċi għal dawk iċċitati fil-punt preċedenti, ħlief li l-ewwel domanda tirrigwarda l-każ ta’ persuni li jkunu wettqu wasliet intra‑Komunitarji ta’ kokk ta’ żejt, fis-sens tal-punt 3.4.23 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008, għal finijiet ta’ produzzjoni. |
34 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑10 ta’ Awwissu 2022, il-Kawżi C‑395/22 u C‑428/22 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u dik orali kif ukoll għall-finijiet tas-sentenza. |
Fuq it‑talba għal ftuħ mill‑ġdid tal‑fażi orali tal‑proċedura
35 |
Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit‑22 ta’ Jannar 2024, Devnia Tsiment talbet li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
36 |
Insostenn tat-talba tagħha, Devnia Tsiment tinvoka l-eżistenza ta’ fatt ġdid, jiġifieri emenda leġiżlattiva li saret wara s-seduta għas-sottomissjonijiet orali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Skont Devnia Tsiment, din l-emenda leġiżlattiva għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fir-risposti għad-domandi preliminari, u dan anki jekk ma hijiex applikabbli ratione temporis għall-kawżi prinċipali. F’din it-talba, Devnia Tsiment tressaq, barra minn hekk, argumenti fuq il-mertu b’risposta għal dawn id-domandi. |
37 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull mument, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara għeluq din il-fażi, fatt ġdid tali li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-persuni kkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
38 |
Fil-każ ineżami, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kundizzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu 83 ma humiex issodisfatti. Fil-fatt, minbarra l-fatt li, meta tagħti deċiżjoni preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex mitluba tiddeċiedi dwar id-dritt nazzjonali, għandu jiġi rrilevat li l-emenda leġiżlattiva invokata minn Devnia Tsiment ma hijiex, skont l-istess kliem ta’ din tal-aħħar, applikabbli għall-kawżi prinċipali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, din l-emenda leġiżlattiva ma tistax titqies bħala “fatt ġdid tali li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 83. |
39 |
Fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li għandha l-elementi kollha neċessarji sabiex tiddeċiedi dwar it-talbiet għal deċiżjoni preliminari u li dawn il-kawżi magħquda ma għandhomx jiġu deċiżi fuq il-bażi ta’ argument li ma ġiex diskuss quddiemha. |
40 |
Għaldaqstant, ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. |
Fuq id‑domandi preliminari
Fuq it‑tieni domanda
41 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha f’kull waħda minn dawn il-kawżi magħquda, li għandha tiġi ttrattata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/119, moqri flimkien mal-Artikolu 1 kif ukoll mal-punti (i) u (j) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jżommu ħażniet ta’ emerġenza għall-kategoriji kollha ta’ prodotti tal-enerġija msemmija fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008, jew jekk l-Istati Membri jistgħux jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jżommu ħażniet ta’ emerġenza skont dan l-Artikolu 3 billi jżommu ħażniet ta’ emerġenza komposti biss minn uħud minn dawn il-kategoriji. |
42 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/119, moqri fid-dawl tal-premessi 3, 8 u 33 tagħha, l-għan ta’ din id-direttiva huwa li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà tal-provvista taż-żejt fl-Unjoni permezz ta’ mekkaniżmi trasparenti bbażati fuq is-solidarjetà fost l-Istati Membri, filwaqt li tosserva r-regoli tas-suq intern u tal-kompetizzjoni, li żżomm livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti taż-żejt, kif ukoll li tistabbilixxi l-mezzi ta’ proċedura meħtieġa biex jiġi rrimedjat nuqqas serju. B’dan il-mod, l-imsemmija direttiva hija intiża li tiżgura s-sigurtà pubblika tal-Istati Membri u tal-Unjoni, fejn id-disponibbiltà tal-ħażniet taż-żejt u s-salvagwardja tal-provvista tal-enerġija jikkostitwixxu elementi essenzjali. |
43 |
Il-punti (i) u (j) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/119 jiddefinixxu l-kunċetti ta’ “ħażniet taż-żejt” u ta’ “ħażniet ta’ emerġenza” għall-finijiet ta’ din id-direttiva. |
44 |
Il-“ħażniet taż-żejt”, fis-sens tal-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 huma l-ħażniet ta’ prodotti tal-enerġija elenkati fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008. Dan il-kapitolu jinkludi lista ta’ 24 kategorija ta’ prodotti miġbura taħt it-titolu “[ż]ejt (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux maħdum)”, li fosthom hemm iż-żejt tal-fjuwil tqil (żejt tqil), lubrikanti u kokk taż-żejt. |
45 |
Fir-rigward tal-“ħażniet ta’ emerġenza”, fis-sens tal-punt (j) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/119, dawn huma ddefiniti bħala l-ħażniet taż-żejt li l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jimponi ż-żamma tagħhom fuq kull Stat Membru. |
46 |
Għaldaqstant, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/119 jobbliga lill-Istati Membri jadottaw kwalunkwe liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva li tista’ tkun meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-ħażniet totali ta’ żejt li jinżammu f’kull ħin fl-Unjoni għall-benefiċċju tagħhom, jikkorrispondu, ta’ mill-inqas, għal 90 jum tal-importazzjoni netta medja ta’ kuljum jew 61 jum tal-konsum intern medju ta’ kuljum, skont liema miż-żewġ kwantitajiet tkun l-ikbar. L-Artikolu 3(2) u (3) ta’ din id-direttiva jiddetermina l-metodi u l-modalitajiet ta’ evalwazzjoni ta’ dan il-livell. |
47 |
Għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijet tad-dritt tal-Unjoni, skont ġurisprudenza stabbilita, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Bank Melli Iran,C‑124/20, EU:C:2021:1035, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
48 |
Fl-ewwel lok, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/119 jirriżulta li l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw iż-żamma ta’ “ħażniet totali ta’ żejt”, ikkalkolat skont il-metodi u l-modalitajiet iddefiniti f’dan l-artikolu. Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 61 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-imsemmi artikolu jiddetermina għalhekk il-volum meħtieġ ta’ dawn il-ħażniet. Min-naħa l-oħra, din il-formulazzjoni bl-ebda mod ma tiddefinixxi l-kompożizzjoni konkreta ta’ dawn tal-aħħar f’dak li jirrigwarda l-kategoriji ta’ prodotti li għandhom jiġu inklużi fl-imsemmija ħażniet. |
49 |
Fid-dawl tal-imsemmija formulazzjoni, ma jidhirx għalhekk li l-Istati Membri huma obbligati jżommu ħażniet ta’ emerġenza għall-prodotti tal-enerġija kollha elenkati fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008. Għall-kuntrarju, l-istess formulazzjoni tindika li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jagħti lill-Istati Membri ċertu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiddeterminaw, b’mod partikolari, il-kompożizzjoni konkreta tal-ħażniet ta’ emerġenza. |
50 |
Il-fatt li, fil-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/119, il-“ħażniet taż-żejt”, fis-sens ta’ din id-direttiva, huma ddefiniti b’riferiment għall-prodotti tal-enerġija elenkati fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008, ma jistax iwassal għal interpretazzjoni differenti. Fil-fatt, dan ir-regolament jikkostitwixxi, hekk kif jirriżulta mill-premessa 21 ta’ din id-direttiva, att legali ta’ riferiment fir-rigward tagħha. L-imsemmi regolament la jista’ għalhekk ibiddel il-portata tal-obbligu u lanqas il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri, kif jirriżultaw mill-Artikolu 3 tal-istess direttiva, moqri flimkien mad-definizzjoni tal-“ħażniet ta’ emerġenza” li tinsab fil-punt (j) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tagħha. |
51 |
Fit-tieni lok, l-interpretazzjoni letterali esposta fil-punt 49 tas-sentenza preżenti hija kkorroborata mill-kuntest u mill-oriġini tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/119 kif ukoll mill-għanijiet ta’ din tal-aħħar. |
52 |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-kuntest ta’ dan l-Artikolu 3, minn naħa, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 4(1) u l-Anness III tad-Direttiva 2009/119, il-livelli tal-ħażniet miżmuma, minbarra l-ħażniet ta’ żejt mhux maħdum, huma kkalkolati bħala ekwivalenti għal żejt mhux maħdum. F’dan ir-rigward, il-punti (a) u (b) tas-sitt paragrafu tal-Anness III ta’ din id-direttiva jipprevedu żewġ metodi alternattivi ta’ kalkolu. B’hekk, fil-kalkolu tal-livell tal-ħażniet miżmuma, l-Istati Membri jistgħu jinkludu, “l-ħażniet l-oħra kollha tal-prodotti petroliferi identifikati fl-ewwel paragrafu tal-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-[Regolament Nru 1099/2008]” jew sempliċement il-ħażniet ta’ xi wħud minn dawn il-prodotti (petrol għall-magni, petrol għall-avjazzjoni, fjuwil għall-ġettijiet tat-tip petrol (karburant għall-ġettijiet tat-tip nafta jew JP4), fjuwil għall-ġettijiet tat-tip pitrolju, pitrolju ieħor, żejt tal-gass/tad-diżil (żejt tal-fjuwil distillat) u żejt tal-fjuwil (b’kontenut għoli ta’ kubrit u b’kontenut baxx ta’ kubrit)). |
53 |
Issa, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-għoti ta’ tali għażla lill-Istati Membri jippreżupponi li dawn igawdu minn marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiddeterminaw il-kompożizzjoni konkreta tal-ħażniet ta’ emerġenza tagħhom. |
54 |
Min-naħa l-oħra, minn qari sħiħ tad-Direttiva 2009/119 jirriżulta li huwa biss l-Artikolu 9(5) tagħha li jinkludi elementi ta’ definizzjoni tal-kompożizzjoni tal-ħażniet ta’ emerġenza tal-Istati Membri. Skont din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri li ma jkunx għamel impenn għat-tul kollu ta’ sena kalendarja partikolari li jżomm ħażniet speċifiċi għal mill-inqas 30 jum, fis-sens tal-punt (l) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, għandu jiżgura li mill-inqas terz tal-obbligu tal-ħażna tiegħu jinżamm fil-forma ta’ prodotti li l-kompożizzjoni tagħhom hija konformi mal-Artikolu 9(2) u (3) tal-imsemmija direttiva. L-Artikolu 9(2) jinkludi lista ta’ erbatax-il kategorija ta’ prodotti taż-żejt, kif iddefiniti fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008. |
55 |
Minn paragun tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 9(5) tad-Direttiva 2009/119 jista’ jiġi dedott li, meta l-leġiżlatur tal-Unjoni jkollu l-intenzjoni li jillimita l-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ħażniet ta’ emerġenza, huwa jipprevedi dan b’mod espliċitu. |
56 |
It-tieni nett, din il-konklużjoni hija sostnuta wkoll mill-oriġini tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/119. |
57 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li, fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 2 tagħhom, id-Direttivi 68/414 u 2006/67 kienu jimponu fuq l-Istati Membri obbligu li jżommu ħażniet ta’ emerġenza għal tliet kategoriji ta’ prodotti taż-żejt speċifiċi msemmija b’mod espliċitu f’dan l-Artikolu 2, jiġifieri, l-ewwel nett, il-gażolina għall-vetturi u l-karburanti għall-ajruplani (gażolina għall-ajruplan (karburant tat-tip gażolina, it-tieni nett, id-diżil, iż-żejt tad-dijżil, il-pitrolju u l-karburant tat-tip pitrolju kif ukoll, it-tielet nett, żjut karburanti. |
58 |
Min-naħa l-oħra, hekk kif ġie espost fil-punt 48 tas-sentenza preżenti, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/119 ma jidentifikax iktar il-kategoriji ta’ prodotti li għandhom jiġu inklużi fil-ħażniet ta’ emerġenza. Billi ma ddefinixxiex dawn il-kategoriji, il-leġiżlatur tal-Unjoni esprima r-rieda tiegħu li issa jagħti lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, hekk kif jirriżulta mill-premessa 5 ta’ din id-direttiva, din il-bidla fl-approċċ hija spjegata min-neċessità li jiġi adattat il-metodu ta’ kalkolu tal-obbligi ta’ ħażna, sabiex jiġu approssimati metodi użati fil-kuntest tal-Ftehim AIE. |
59 |
It-tielet nett, fir-rigward tal-għanijiet tad-Direttiva 2009/119, imfakkra fil-punt 42 tas-sentenza preżenti, għandu jitqies, bħalma għamel l-Avukat Ġenerali fil-punt 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà tal-provvisti taż-żejt fl-Unjoni jiġġustifika li l-Istati Membri jingħataw tali marġni ta’ diskrezzjoni. Fil-fatt, meta dawn jeżerċitaw dan il-marġni ta’ diskrezzjoni, huma jistgħu fost oħrajn jiddeċiedu li jżommu l-ħażniet ta’ emerġenza tal-prodotti l-iktar indispensabbli u strateġiċi b’teħid inkunsiderazzjoni tal-metodi ta’ konsum nazzjonali kif ukoll tal-produzzjoni jew tal-importazzjonijiet nazzjonali ta’ dawn il-prodotti. |
60 |
Fid-dawl tal-motivi kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda f’kull waħda minn dawn il-kawżi magħquda għandha tkun li l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/119, moqri flimkien mal-Artikolu 1 kif ukoll mal-punti (i) u (j) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri ma humiex obbligati jżommu ħażniet ta’ emerġenza għall-kategoriji kollha ta’ prodotti tal-enerġija msemmija fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008. Għall-kuntrarju, huma jistgħu jissodisfaw l-obbligu ta’ żamma ta’ ħażniet ta’ emerġenza impost fuqhom skont dan l-Artikolu 3 billi jżommu ħażniet ta’ emerġenza komposti biss minn uħud minn dawn il-kategoriji. |
Fuq l‑ewwel domanda
61 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha f’kull waħda minn dawn il-kawżi magħquda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 3 u 8 tad-Direttiva 2009/119 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li obbligu ta’ kostituzzjoni u ta’ żamma ta’ ħażniet ta’ emerġenza jista’ jiġi impost fuq operatur ekonomiku li jkun wettaq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-enerġija li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008. |
62 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/119, l-Istati Membri għandhom iżommu ċertu livell ta’ ħażniet taż-żejt ta’ emerġenza. |
63 |
L-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi b’mod partikolari li kull Stat Membru għandu jiżgura li jagħti lil kull operatur ekonomiku li fuqu jimponi obbligi ta’ ħażna sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, id-dritt li jiddelega mill-inqas parti mill-obbligi ta’ ħażna tiegħu lil CSE jew lil operaturi ekonomiċi oħra li jkollhom ħażniet żejda jew kapaċitajiet ta’ ħażna disponibbli fit-territorju tal-Unjoni. |
64 |
Minn qari flimkien ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jirriżulta mingħajr ekwivoku li, kif barra minn hekk jaqblu l-partijiet u l-persuni kkonċernati kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri jistgħu jissodisfaw l-obbligu tagħhom ta’ żamma ta’ ħażniet ta’ emerġenza billi jimponu obbligi ta’ ħażna fuq operaturi ekonomiċi. |
65 |
Madankollu, la l-imsemmija dispożizzjonijiet u lanqas ebda dispożizzjoni oħra tad-Direttiva 2009/119 ma jiddefinixxu l-kelmiet “operatur ekonomiku”. F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ dawn il-kelmiet għandha għalhekk tiġi stabbilita, skont ġurisprudenza stabbilita, konformement mat-tifsira normali tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li jagħmlu parti minnha (sentenza tat‑12 ta’ Ġunju 2018, Louboutin u Christian Louboutin, C‑163/16, EU:C:2018:423, punt 20 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
66 |
F’dan ir-rigward, qabel kollox, għandu jiġi kkonstatat li l-kelmiet “operatur ekonomiku” jirreferu komunement għal kull persuna fiżika jew ġuridika li teżerċita attività ekonomika. |
67 |
Sussegwentement, fir-rigward tal-kuntest li fih jintużaw dawn il-kelmiet, għandu jiġi osservat li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2009/119 jiddistingwi, essenzjalment, l-operatur ekonomiku, fis-sens ta’ din id-direttiva, miċ-CSE, li, skont il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni “din għandha tieħu l-forma ta’ korp jew servizz mingħajr l-objettiv ta’ profitt u taġixxi fl-interess ġenerali”. |
68 |
Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2009/119, li jikkonsisti f’li jiġi ggarantit livell għoli tal-provvista taż-żejt ta’ emerġenza fl-Unjoni, huwa ġġustifikat li jitqiesu bħala operaturi ekonomiċi, fis-sens ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari l-operaturi li l-attività tagħhom għandha rabta mal-prodotti tal-enerġija li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008. Dawn huma, b’mod partikolari, produtturi, importaturi u kummerċjanti ta’ dawn il-prodotti kif ukoll manifatturi li jużawhom għal finijiet ta’ produzzjoni. |
69 |
Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-risposta għall-ewwel domanda għal kull waħda minn dawn il-kawżi magħquda għandha tkun li l-Artikoli 3 u 8 tad-Direttiva 2009/119 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li obbligu ta’ kostituzzjoni u ta’ żamma ta’ ħażniet ta’ emerġenza jista’ jiġi impost fuq operatur ekonomiku li jkun wettaq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-enerġija li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008. |
Fuq it‑tielet sal‑ħames domanda
70 |
Permezz tat-tielet sal-ħames domanda tagħha f’kull waħda minn dawn il-kawżi magħquda, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/119, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 17 tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-importazzjoni, minn operatur ekonomiku, ta’ prodotti tal-enerġija li jaqgħu taħt kategorija ta’ prodotti msemmija fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008, tagħti lok għall-obbligu, għal dan l-operatur, li jikkostitwixxi u li jżomm ħażna ta’ emerġenza ta’ prodott tal-enerġija li jaqa’ taħt kategorija oħra ta’ prodotti msemmija f’dan il-kapitolu, u dan anki meta l-imsemmi operatur ma jużax dan il-prodott fil-kuntest tal-attività ekonomika tiegħu, li magħha dan il-prodott ma għandu l-ebda rabta, u meta dan l-obbligu jikkostitwixxi piż finanzjarju sinjifikattiv għalih. |
71 |
Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li mir-risposti mogħtija għall-ewwel u għat-tieni domanda f’kull waħda minn dawn il-kawżi magħquda jirriżulta li, skont l-Artikoli 3 u 8 tad-Direttiva 2009/119, l-Istati Membri jgawdu minn marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-ħażniet ta’ emerġenza li huma għandhom iżommu skont dan l-Artikolu 3 u li huma jistgħu jimponu obbligi ta’ ħażna fuq l-operaturi ekonomiċi, bħal operatur li jkun wettaq importazzjonijiet ta’ żjut tal-lubrikazzjoni jew ta’ kokk taż-żejt, fis-sens tal-punti 3.4.20 u 3.4.23 tal-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008, rispettivament. |
72 |
Fl-assenza ta’ kwalunkwe dispożizzjoni espliċita tad-Direttiva 2009/119 u fid-dawl ta’ dan il-marġni ta’ diskrezzjoni, għandu jitqies li din id-direttiva ma tipprekludix, bħala tali, li Stat Membru, li jkun iddeċieda li l-ħażna ta’ emerġenza tiegħu tkun komposta biss minn erba’ kategoriji ta’ prodotti taż-żejt imsemmija f’dan il-Kapitolu 3.4, jimponi fuq operatur ekonomiku, obbligu li jikkostitwixxi u li jżomm ħażna ta’ emerġenza ta’ waħda minn dawn il-kategoriji, minkejja li din ma tkunx tagħmel parti mill-attività ekonomika ta’ dan l-operatur. |
73 |
Madankollu, fid-dawl tad-domandi tal-qorti tar-rinviju, għandu, fit-tieni lok, jiġi vverifikat jekk id-dispożizzjonijiet tal-Karta jipprekludux leġiżlazzjoni li tipprevedi tali obbligu. Għalkemm din il-qorti llimitat id-domandi tagħha għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 17 tal-Karta, li jiggarantixxi d-dritt għall-proprjetà, u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-partijiet u l-persuni kkonċernati ddiskutew ukoll, b’mod partikolari waqt is-seduta li nżammet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-kompatibbiltà ta’ din il-leġiżlazzjoni mal-libertà ta’ intrapriża, fis-sens tal-Artikolu 16 tal-Karta. Għaldaqstant, sabiex il-qorti tar-rinviju tingħata risposta kompleta u utli, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta. |
74 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta huwa ddefinit fl-Artikolu 51(1) tagħha, li jipprovdi li, fir-rigward tal-azzjoni tal-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet tal-Karta japplikaw għalihom biss meta dawn ikunu qegħdin jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni (sentenza tat‑13 ta’ Ġunju 2017, Florescu et, C‑258/14, EU:C:2017:448, punt 44 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata u tas‑27 ta’Jannar2022, Sātiņi-S,C‑234/20, EU:C:2022:56, punt 51). |
75 |
Issa, kif ikkonstata l-Avukat Ġenerali fil-punt 74 tal-konklużjonijiet tiegħu, meta Stat Membru jadotta miżuri fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lilu minn att tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2009/119, u jimponi fuq operaturi ekonomiċi, fis-sens ta’ din id-direttiva, obbligi ta’ ħażna sabiex jiġu ssodisfatti l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, huwa għandu jitqies bħala li jimplimenta d-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta. |
76 |
Skont l-Artikolu 16 tal-Karta, il-libertà ta’ intrapriża hija rrikonoxxuta konformement mad-dritt tal-Unjoni u mal-leġiżlazzjonijiet u l-prassi nazzjonali. Il-protezzjoni mogħtija minn dan l-artikolu tinkludi l-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika jew kummerċjali, il-libertà kuntrattwali u l-kompetizzjoni libera (sentenzi tat‑22 ta’ Jannar 2013, Sky Österreich,C‑283/11, EU:C:2013:28, punt 42; kif ukoll tas‑16 ta’ Lulju 2020, Adusbef et, C‑686/18, EU:C:2020:567, punt 82). |
77 |
Konformement mal-Artikolu 17(1) tal-Karta, kull persuna għandha d-dritt tgawdi mill-proprjetà tal-beni li tkun akkwistat legalment, li tużahom, li tiddisponi minnhom u li tħallihom bħala wirt, u l-ebda persuna ma tista’ tiġi mċaħħda mill-proprjetà tagħha, ħlief fl-interess pubbliku f’każijiet u f’kundizzjonijiet previsti b’liġi, bi ħlas ta’ kumpens xieraq fi żmien utli għal dak li tkun tilfet. L-użu tal-proprjetà jista’ jiġi rregolat bil-liġi sa fejn ikun meħtieġ għall-interess pubbliku. |
78 |
Madankollu, il-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-proprjetà ma jikkostitwixxux prerogattivi assoluti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, Adusbef et,C‑686/18, EU:C:2020:567, punti 83 u 85). |
79 |
Għaldaqstant, mill-Artikolu 52(1) tal-Karta jirriżulta li jistgħu jiġu introdotti limitazzjonijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet irrikonoxxuti minnha, bħalma huma l-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-proprjetà, kemm-il darba dawn il-limitazzjonijiet ikunu previsti mil-liġi, jirrispettaw il-kontenut essenzjali ta’ dawn id-drittijiet u libertajiet u kemm-il darba, b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ikunu neċessarji u jissodisfaw effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn. |
80 |
Fil-każ ineżami, għandu jiġi rrilevat li l-obbligu, impost fuq operatur ekonomiku, li jikkostitwixxi u li jżomm, għal perijodu ta’ sena, f’ismu stess u bil-mezzi tiegħu stess, ħażna ta’ emerġenza ta’ prodott taż-żejt, jiġifieri ż-żejt tqil, li ma jagħmilx parti mill-attivitajiet ekonomiċi tiegħu, jista’ jirrestrinġi l-libertà ta’ intrapriża tiegħu u d-dritt tiegħu għall-proprjetà. |
81 |
F’dan ir-rigward, sa fejn din ir-restrizzjoni hija prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, f’dan il-każ iż-ZZNN, din għandha titqies li hija prevista mil-liġi, fis-sens tal-Artikolu 52(1) tal-Karta. |
82 |
Fir-rigward tal-kontenut essenzjali tad-dritt għall-proprjetà u tal-libertà ta’ intrapriża, għandu jiġi rrilevat li l-obbligu li tiġi kkostitwita u miżmuma ħażna ta’ emerġenza, li barra minn hekk huwa limitat ratione temporis, ma jwassalx għal ċaħda ta’ proprjetà u għalhekk ma jikkostitwixxix intervent li jippreġudika s-sustanza stess tad-dritt għall-proprjetà. Bl-istess mod, peress li tali obbligu bl-ebda mod ma jipprekludi, bħala prinċipju, l-eżerċizzju tal-attivitajiet tal-operatur ekonomiku kkonċernat, huwa josserva wkoll il-kontenut essenzjali tal-libertà ta’ intrapriża (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, Adusbef et, C‑686/18, EU:C:2020:567, punt 89). |
83 |
Għal dak li jirrigwarda l-għanijiet imfittxija miż-ZZNN u mill-obbligi ta’ ħażna imposti skont din il-liġi fuq ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li dawn huma intiżi li jiggarantixxu s-sigurtà tal-provvisti taż-żejt. |
84 |
Tali għan jikkostitwixxi għan ta’ interess ġenerali rrikonoxxut mill-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 52(1) tal-Karta. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li ż-żamma, fit-territorju nazzjonali, ta’ ħażna ta’ prodotti taż-żejt li tippermetti li tiġi ggarantita l-kontinwità tal-provvista tikkostitwixxi għan ta’ sigurtà pubblika (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑10 ta’ Lulju 1984, Campus Oil et, 72/83, EU:C:1984:256, punt 35, kif ukoll tal‑25 ta’ Ottubru 2001, Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja, C‑398/98, EU:C:2001:565, punt 29), li l-importanza tagħhom hija riflessa, fir-rigward taż-żejt, fid-Direttiva 2009/119 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑10 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall, C‑212/09, EU:C:2011:717, punt 82). |
85 |
Issa, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-possibbiltà li jiġu imposti fuq l-operaturi ekonomiċi obbligi ta’ ħażna sabiex jiġi ssodifatt l-obbligu li jinżammu ħażniet ta’ emerġenza impost, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/119, fuq l-Istat Membru kkonċernat, u, għaldaqstant, l-impożizzjoni ta’ tali obbligi fuq dawn l-operaturi jidhru adatti sabiex jintlaħaq dan l-għan. |
86 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-proporzjonalità tal-obbligi ta’ ħażna li jistgħu jiġu imposti fuq operaturi ekonomiċi, skont tali leġiżlazzjoni nazzjonali, sa fejn dawn l-obbligi jirrigwardaw prodotti taż-żejt minbarra dawk użati minn dawn l-operaturi fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa din il-proporzjonalità billi twettaq evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-kawżi prinċipali. |
87 |
F’dan ir-rigward, hija għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet li fihom l-imsemmija operaturi jistgħu, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/119, jiddelegaw mill-inqas parti mill-obbligi ta’ ħażna tagħhom lil CSE jew lil operatur ekonomiku ieħor fi ħdan l-Unjoni. F’dan ir-rigward, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 79 tal-konklużjonijiet tiegħu, possibbiltà reali li dawn l-obbligi ta’ ħażna jiġu ddelegati, bi spiża raġonevoli, lil CSE jew lil operatur ekonomiku ieħor għandha titqies li tikkostitwixxi garanzija li l-imsemmija obbligi huma proporzjonati. |
88 |
Il-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll il-portata tal-obbligi kkonċernati, fir-rigward tat-tul tal-ħażna meħtieġa u tal-kwantitajiet ta’ prodotti taż-żejt li għandhom jinħażnu, kif ukoll tal-possibbiltajiet ta’ kiri, jew ta’ akkwist u ta’ bejgħ mill-ġdid, tal-ħażniet fi tmiem il-perijodu ta’ ħażna obbligatorja. Il-fatt li l-obbligu ta’ ħażna impost huwa limitat ratione temporis għal kwantità predeterminata jista’ wkoll jimmilita favur konklużjoni li dawn l-obbligi huma proporzjonati. |
89 |
Din il-qorti għandha wkoll tieħu inkunsiderazzjoni l-effett finanzjarju tal-obbligi ta’ ħażna meta mqabbla mad-daqs tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati u mad-dħul mill-bejgħ iġġenerat minnhom fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom kif ukoll tqabbel dan l-effett mal-piż impost fuq l-operaturi ekonomiċi l-oħra kollha suġġetti għal obbligi ta’ ħażna. F’dan ir-rigward, fid-dawl, barra minn hekk, tal-premessa 11 tad-Direttiva 2009/119, il-fatt li l-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ ħażna tinvolvi riskju serju għas-sopravivenza ekonomika tal-operatur ekonomiku kkonċernat jew tista’ taffettwa b’mod sostanzjali l-pożizzjoni kompetittiva tiegħu jikkostitwixxi indizju tan-natura sproporzjonata ta’ dan l-obbligu, sakemm dan ma jkunx akkumpanjat minn kumpens xieraq. |
90 |
Bla ħsara għall-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tiegħu, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 16 u 17 kif ukoll tal-Artikolu 52(1) tal-Karta ma jipprekludux l-impożizzjoni, fuq operatur ekonomiku, ta’ obbligu ta’ kostituzzjoni u ta’ żamma ta’ ħażniet ta’ emerġenza li jirrigwardaw prodotti li ma jagħmlux parti mill-attività ta’ dan l-operatur, u dan anki meta l-implimentazzjoni ta’ dan l-obbligu toħloq piż finanzjarju sinjifikattiv għall-imsemmi operatur. |
91 |
Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-risposta għat-tielet sal-ħames domanda f’kull waħda minn dawn il-kawżi magħquda għandha tkun li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/119, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 16 u 17 kif ukoll tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-importazzjoni, minn operatur ekonomiku, ta’ prodotti tal-enerġija li jaqgħu taħt kategorija ta’ prodotti msemmija fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008, tagħti lok għall-obbligu, għal dan l-operatur, li jikkostitwixxi u li jżomm ħażna ta’ emerġenza ta’ prodott tal-enerġija li jaqa’ taħt kategorija oħra ta’ prodotti msemmija f’dan il-kapitolu, u dan anki meta l-imsemmi operatur ma jużax dan il-prodott fil-kuntest tal-attività ekonomika tiegħu, li magħha dan il-prodott ma għandu l-ebda rabta, u li dan l-obbligu jikkostitwixxi piż finanzjarju sinjifikattiv għalih, bil-kundizzjoni li l-imsemmi obbligu jkun proporzjonat. |
Fuq l‑ispejjeż
92 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.