Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62018CJ0215
Judgment of the Court (First Chamber) of 26 March 2020.#Libuše Králová v Primera Air Scandinavia.#Request for a preliminary ruling from the Obvodní soud pro Prahu 8.#Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Jurisdiction and the enforcement of judgments in civil and commercial matters — Regulation (EC) No 44/2001 — Article 5(1) — Jurisdiction in matters relating to a contract — Articles 15 to 17 — Jurisdiction over consumer contracts — Regulation (EC) No 261/2004 — Articles 6 and 7 — Right to compensation in the case where a flight is subject to a long delay — Contract for carriage combining travel and accommodation concluded between the passenger and a travel agency — Action for compensation brought against the air carrier which is not a party to that contract — Directive 90/314/EEC — Package travel.#Case C-215/18.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020.
Libuše Králová vs Primera Air Scandinavia A/S.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 8.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Punt 1 tal-Artikolu 5 – Ġurisdizzjoni fil-qasam kuntrattwali – Artikoli 15 sa 17 – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikoli 6 u 7 – Dritt ta’ kumpens fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira – Kuntratt ta’ trasport li jikkombina vjaġġ u akkomodazzjoni konkluż bejn il-passiġġier u aġenzija tal-ivvjaġġar – Rikors għal kumpens dirett kontra t-trasportatur tal-ajru mhux parti f’dan il-kuntratt – Direttiva 90/314/KEE – Vjaġġ kollox kompriż.
Kawża C-215/18.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020.
Libuše Králová vs Primera Air Scandinavia A/S.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 8.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Punt 1 tal-Artikolu 5 – Ġurisdizzjoni fil-qasam kuntrattwali – Artikoli 15 sa 17 – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikoli 6 u 7 – Dritt ta’ kumpens fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira – Kuntratt ta’ trasport li jikkombina vjaġġ u akkomodazzjoni konkluż bejn il-passiġġier u aġenzija tal-ivvjaġġar – Rikors għal kumpens dirett kontra t-trasportatur tal-ajru mhux parti f’dan il-kuntratt – Direttiva 90/314/KEE – Vjaġġ kollox kompriż.
Kawża C-215/18.
Rapporti tal-qorti - ġenerali - Taqsima “Informazzjoni dwar deċiżjonijiet mhux ippubblikati”
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2020:235
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
26 ta’ Marzu 2020 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Punt 1 tal-Artikolu 5 – Ġurisdizzjoni fil-qasam kuntrattwali – Artikoli 15 sa 17 – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikoli 6 u 7 – Dritt ta’ kumpens fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira– Kuntratt ta’ trasport li jikkombina vjaġġ u akkomodazzjoni konkluż bejn il-passiġġier u aġenzija tal-ivvjaġġar – Rikors għal kumpens dirett kontra t-trasportatur tal-ajru mhux parti f’dan il-kuntratt – Direttiva 90/314/KEE – Vjaġġ kollox kompriż”
Fil-Kawża C‑215/18,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 8 (il-Qorti tad-Distrett Amministrattiv ta’ Praga 8, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tal‑25 ta’ Jannar 2018, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑26 ta’ Marzu 2018, fil-proċedura
Libuše Králová
vs
Primera Air Scandinavia A/S,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, M. Safjan (Relatur), L. Bay Larsen, C. Toader u N. Jääskinen, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Šimerdová u M. Heller, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑7 ta’ Novembru 2019,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 5 u tal-Artikoli 15 sa 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat‑22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 4, p. 42), kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7 Vol. 8, p. 10). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Libuše Králová u Primera Air Scandinavia A/S, kumpannija kummerċjali ta’ trasport bl-ajru stabbilita fid-Danimarka (iktar ’il quddiem “Primera”), fir-rigward ta’ rikors għal kumpens taħt ir-Regolament Nru 261/2004 minħabba d-dewmien twil fuq titjira minn Praga (ir-Repubblika Ċeka) lejn Keflavík (l-Islanda) operata minn Primera. |
Il-kuntest ġuridiku
Ir-Regolament Nru 44/2001
3 |
Ir-Regolament Nru 44/2001 ġie mħassar bir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1). Madankollu, bis-saħħa tal-Artikolu 81 tiegħu dan l-aħħar Regolament huwa applikabbli biss mill‑10 ta’ Jannar 2015. Konsegwentement, fid-dawl tad-data tal-fatti tal-kawża prinċipali, din tibqa’ rregolata mir-Regolament Nru 44/2001. |
4 |
Il-premessi 11 sa 13 tar-Regolament Nru 44/2001 kienu jiddikjaraw:
|
5 |
Skont l-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament: “Bla preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru.” |
6 |
L-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament kien jagħmel parti mis-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu II tiegħu intitolat “Ġurisdizzjoni speċjali”. Il-punt 1 ta’ dan l-artikolu kien jipprevedi: “Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:
|
7 |
L-Artikolu 15 tal-istess regolament, li kien jagħmel parti mis-Sezzjoni 4 tal-Kapitolu II tiegħu, intitolat “Ġurisdizzjoni fuq kuntratti tal-konsumatur”, kien jipprovdi: “1. F’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt konkluż minn xi persuna, il-konsumatur, għal skop li jista’ jkun meqjus ’l hinn minn negozju jew professjoni tiegħu, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b’din is-Sezzjoni, mingħajr preġudizju għall-Artikolu 5 u punt 5 tal-Artikolu 5, jekk: […]
2. Meta konsumatur jidħol f’kuntratt ma’ parti li ma jkunx domiciljat fi Stat Membru iżda illi jkollu fergħa, aġenzija jew xi stabbiliment ieħor f’wieħed mill-Istati Membri, dik il-parti għandu, fi kwistjonijiet li jinqalgħu mill-operazzjonijiet tal-fergħa, aġenzija jew stabbiliment, ikun meqjus bħala domiċiljat f’dak l-Istat. 3. Din is-Sezzjoni m’għandiex tapplika għal kuntratt ta’ trasport apparti minn kuntratt li, għal prezz inklussiv, jipprovdi għal taħlita ta’ vjaġġar u akkomodazzjoni.” |
8 |
L-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 44/2001, li kien jinsab taħt din is-Sezzjoni 4, kien ifformulat kif ġej fil-paragrafu 1 tiegħu: “Konsumatur jista’ jressaq proċedimenti kontra l-parti l-oħra ta’ kuntratt jew fil-qrati ta’ l-Istat Membru li fih jkun domiċiljat dak il-parti jew fil-qrati tal-post fejn ikun domiċiljat il-konsumatur.” |
9 |
Skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament: “Id-disposizzjonijiet ta’ din is-Sezzjoni jistgħu jitwarrbu biss bi ftehim:
|
Ir-Regolament Nru 261/2004
10 |
L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 261/2004, intitolat “Soġġett”, jiddikjara, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Dan ir-Regolament jistabbilixxi, taħt il-kondizzjonijiet speċifikati hawnhekk, drittijiet minimi għal passiġġieri meta:
|
11 |
L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Definizzjonijiet”, jipprevedi: “Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament: […]
[…]” |
12 |
L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, intitolat “Skop”, jipprovdi: “1. Dan ir-Regolament għandu japplika:
[…] 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika fuq il-kondizzjoni li l-passiġġieri:
5. Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe trasportatur ta’ l-ajru li jopera li jipprovdi trasport għall-passiġġieri koperti mil-paragrafi 1 u 2. Fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera li m’għandu l-ebda kuntratt mal-passiġġier iwettaq obbligazzjonijiet taħt dan ir-Regolament, għandu jiġi meqjus li qed jagħmel dan f’isem il-persuna li għandha kuntratt ma’ dak il-passiġġier. 6. Dan ir-Regolament m’għandux jaffetwa d-drittijiet ta’ passiġġieri taħt id-[Direttiva tal-Kunsill 90/314 tat‑13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132)]. Dan ir-Regolament m’għandux japplika f’każijiet fejn package tour hu kkanċellat għal raġunijiet barra minn kanċellazzjoni tat-titjira.” |
13 |
L-Artikolu 6 tal-istess regolament, intitolat “Dewmien”, jipprevedi: “1. Meta trasportatur ta’ l-ajru li jopera jistenna b’mod raġonevoli li titjira tiġi mdewma lil hin mil-ħin tat-tluq tagħha skedat:
passiġġieri għandhom jiġu offruti mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera:
2. Fi kwalunkwe każ, l-assistenza għandha tiġi offruta fil-limiti tal-ħin stabbiliti hawn fuq fir-rigward ta’ kull parentesi ta’ distanza.” |
14 |
L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, intitolat “Dritt għall-kumpens”, jipprovdi, fil-paragrafu 1(2) tiegħu: “Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal: […]
|
15 |
L-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament, intitolat, “Dritt għar-rimbors jew rotta differenti”, jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “Il-paragrafu 1(a) għandu japplika wkoll għal passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jifformaw parti minn package, ħlief għad-dritt għal rimbors fejn dan id-dritt iqum taħt id-Direttiva 90/314/KEE.” |
Id-Direttiva 90/314
16 |
Id-Direttiva 90/314, li kienet applikabbli fi żmien il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kienet tipprovdi, fl-Artikolu 2(1): “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
It-tqegħid tad-diversi komponenti ta’ l-istess pakkett f’kontijiet differenti ma jeħlisx lill-organizzatur jew lill-bejjiegħ mill-obbligazzjonijiet skond din id-Direttiva”. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
17 |
Libuše Králová, iddomiċiljata fi Praga kkonkludiet mal-aġenzija tal-ivvjaġġar FIRO-tour a.s. kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż li jinkludi, minn naħa, trasport bl-ajru bejn Praga u Keflavík, operat minn Primera, u, min-naħa l-oħra, akkomodazzjoni fl-Islanda. |
18 |
It-titjira bi tluq minn Praga lejn Keflavík tal‑25 ta’ April 2013, li għaliha L. Králová kellha riżervazzjoni kkonfermata, ġarrbet dewmien ta’ iktar minn erba’ sigħat. Minħabba dan il-fatt, L Králová ppreżentat rikors għal kumpens kontra Primera quddiem l-Obvodní soud pro Prahu 8 (il-Qorti tad-Distrett Amministrattiv ta’ Praga 8, ir-Repubblika Ċeka) għal ammont ta’ EUR 400, taħt l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004. |
19 |
Permezz ta’ digriet tal‑1 ta’ April 2014, l-Obvodní soud pro Prahu 8 (il-Qorti tad-Distrett Amministrattiv ta’ Praga 8) iddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tal-imsemmi rikors minħabba li r-Regolament Nru 44/2001 ma kienx japplika għar-Renju tad-Danimarka, l-Istat Membru li fih għandha s-sede tagħha Primera. Din il-qorti riedet tgħid li l-ġurisdizzjoni tagħha lanqas ma kienet tirriżulta mis-Sezzjoni 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament, inkwantu L. Králová ma kkonkludietx il-kuntratt ta’ trasport ma’ Primera, imma mal-aġenzija tal-ivvjaġġar FIRO-tour. Filwaqt li kellha tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ kuntratt bejn il-partijiet fil-kawża, dan, fi kwalunkwe każ, ma jikkonċernax kuntratt li jikkombina vjaġġ u akkomodazzjoni, hekk kif inhu rikjest mill-Artikolu 15(3) tal-imsemmi regolament. |
20 |
L. Králová ppreżentat appell kontra dan id-digriet quddiem il-Městský soud v Praze (il-Qorti Muniċipali ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka), li ċaħditu permezz ta’ digriet tal‑4 ta’ Awwissu 2014. Din l-aħħar qorti kkonstatat li r-Regolament Nru 44/2001 kien japplika għar-Renju tad-Danimarka mill‑1 ta’ Lulju 2007, iżda dan ma kienx jippermetti li tiġi ġġustifikata l-ġuridizzjoni tal-qrati Ċeki fil-kawża prinċipali. |
21 |
Wara rikors fil-kassazzjoni ippreżentat minn L. Králová quddiem in-Nejvyšší soud (il-Qorti Suprema, ir-Repubblika Ċeka), din il-qorti, permezz ta’ deċiżjoni tal‑15 ta’ Settembru 2015, annullat id-digrieti tal-Obvodní soud pro Prahu 8 (il-Qorti tad-Distrett Amministrattiv ta’ Praga 8) u tal-Městský soud v Praze (il-Qorti Muniċipali ta’ Praga) u rrinvjat il-kawża quddiem l-Obvodní soud pro Prahu 8 (il-Qorti tad-Distrett Amministrattiv ta’ Praga 8), billi ddeċidiet li din il-qorti kellha teżamina jekk Primera setgħetx tiġi mħarrka fid-dawl tal-punt 1 tal-Artikolu 5 u tal-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament Nru 44/2001. |
22 |
Il-qorti tar-rinviju tindika li hija ma tistax tiddetermina prima facie minn dan ir-regolament jekk, fir-relazzjonijiet bejn trasportatur tal-ajru u konsumatur, meta t-trasport bl-ajru jiġi nnegozjat bħala element ta’ vjaġġ kollox kompriż, għandhomx ġurisdizzjoni l-qrati tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu kuntrattwali, fis-sens tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament, jew il-qrati tad-domiċilju tal-konsumatur, fis-sens tal-Artikolu 16(1) tal-istess regolament. |
23 |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju għandha dubji fir-rigward ta’ jekk Primera, li kellha l-obbligu tikkonforma lilha nnifisha mal-obbligi previsti mir-Regolament Nru 261/2004 tistax tiġi mħarrka għall-finijiet tal-eżwerċizzju tad-drittijiet li jirriżultaw minn dan ir-regolament, kif ukoll fir-rigward tar-rabta bejn ir-responsabbiltà li tirriżulta mill-imsemmi regolament u dik li tirriżulta mid-Direttiva 90/314. |
24 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Obvodní soud pro Prahu 8 (il-Qorti tad-Distrett Amministrattiv ta’ Praga 8) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq it-tielet domanda
25 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, li jeħtieġ li tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-Regolament Nru 261/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li passiġġier ta’ titjira li ġarrbet dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar jistax jippreżenta rikors għal kumpens taħt l-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-regolament kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera, anki jekk dan il-passiġġier u dan it-trasportatur bl-ajru ma jkunux ikkonkludew kuntratt bejniethom u li t-titjira inkwistjoni tagħmel parti minn vjaġġ kollox kompriż li jaqa’ taħt id-Direttiva 90/314. |
26 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, din id-domanda tirrigwarda l-punt dwar jekk ir-Regolament Nru 261/2004 japplikax għal trasportatur tal-ajru li jkun wettaq it-titjira mdewma f’isem il-persuna li kkonkludiet il-kuntratt mal-passiġġier u mingħajr ma t-trasportatur tal-ajru nnifsu jkun ikkonkluda kuntratt ma’ dan il-passiġġier. |
27 |
L-Artikolu 2(b) ta’ dan ir-regolament jinkludi definizzjoni tal-kunċett ta’ “trasportatur ta’ l-ajru li jopera”, li tipprovdi li dan huwa trasportatur tal-ajru li jwettaq jew li għandu l-intenzjoni jwettaq titjira fil-kuntest ta’ kuntratt konkluż ma’ passiġġier, jew f’isem persuna oħra, ġuridika jew fiżika, li kkonkludiet kuntratt ma’ dan il-passiġġier. |
28 |
Bis-saħħa tal-Artikolu 3(5) tal-istess regolament, dan tal-aħħar japplika għal kull trasportatur tal-ajru li jopera li jiżgura t-trasport tal-passiġġieri minn jew lejn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru. L-istess dispożizzjoni tispeċifika li, meta trasportatur tal-ajru li jopera li ma jkunx ikkonkluda kuntratt mal-passiġġier jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, huwa jitqies li qiegħed jaġixxi f’isem il-persuna li kkonkludiet il-kuntest mal-passiġġier ikkonċernat (sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2018, flightright et, C‑274/16, C‑447/16 u C‑448/16, EU:C:2018:160, punt 62). |
29 |
Mill-imsemmija dispożizzjonijiet jirriżulta li l-passiġġier ta’ titjira mdewma jista’ jinvoka r-Regolament Nru 261/2004 kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera, anki jekk il-passiġġier u t-trasportatur tal-ajru li jopera ma jkunux ikkonkludew kuntratt bejniethom. |
30 |
It-tieni nett, it-tielet domanda tirrigwarda l-punt dwar jekk iċ-ċirkustanza li l-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxi vjaġġ kollox kompriż, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 90/314, għandhiex effett fuq il-possibbilità għall-passiġġier li jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament Nru 261/2004 minħabba dewmien fit-titjira. |
31 |
Fir-rigward tar-rabta tar-Regolament Nru 261/2004 mad-Direttiva 90/314, jeħtieġ, qabel kollox, li jiġi osservat li mill-Artikolu 3(6) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li dan ma jippreġudikax id-drittijiet li l-passiġġieri li jkunu xtraw vjaġġ kollox kompriż jisiltu mill-imsemmija direttiva. |
32 |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 8(2) tal-imsemmi regolament jiddikjara li d-dritt għar-rimbors tal-biljett japplika wkoll għall-passiġġieri li t-titjira tagħhom tagħmel parti minn vjaġġ kollox kompriż, minbarra l-każ fejn tali dritt jirriżulta mid-Direttiva 90/314. |
33 |
F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li minn din il-formulazzjoni ċara tal-imsemmi Artikolu 8(2) jirriżulta li s-sempliċi eżistenza ta’ dritt għar-rimbors, li jirriżulta mid-Direttiva 90/314, hija suffiċjenti għall-esklużjoni ta’ passiġġier li t-titjira tiegħu tagħmel parti minn vjaġġ kollox kompriż jista’ jitlob tali rimbors tal-biljett tiegħu, bis-saħħa tar-Regolament Nru 261/2004, mingħand it-trasportatur tal-ajru li jopera (sentenza tal‑10 ta’ Lulju 2019, Aegean Airlines, C‑163/18, EU:C:2019:585, punt 31). |
34 |
Madankollu, l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament Nru 261/2004, li taħthom il-passiġġier inkwistjoni fil-kawża prinċopali ressaq ir-rikors tiegħu għal kumpens, ma jipprevedux deroga ekwivalenti għal dik prevista għar-rimbors tal-biljett fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament, inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal‑10 ta’ Lulju 2019, Aegean Airlines (C-163/18, EU:C:2019:585). |
35 |
B’hekk, jidher li d-dritt għal kumpens previst fl-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament huwa applikabbli f’sitwazzjoni fejn it-titjira mixtrija minn passiġġier tagħmel parti minn vjaġġ kollox kompriż mingħajr ma dan ikollu effett fuq id-drittijiet eventwali li jirriżultaw mid-Direttiva 90/314. |
36 |
Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-ħidma preparatorja tar-Regolament Nru 261/2004. Fil-fatt, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 72 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-ħidma preparatorja jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jeskludi lill-passiġġieri li t-titjira tagħhom tagħmel parti minn vjaġġ kollox kompriż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, iżda li jagħtihom id-drittijiet mogħtija minnu, bla ħsara għall-protezzjoni mogħtija lilhom mid-Direttiva 90/314. |
37 |
F’dan ir-rigward, fost id-drittijiet essenzjali li ġew ikkonferiti lill-passiġġieri tal-ajru mir-Regolament Nru 261/2004, id-dritt għal kumpens standardizzat u kkalkolat fil-forma ta’ somma f’daqqa, li jirriżulta mill-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, huwa oneru tat-trasportatur tal-ajru li jopera u ma jsibx ekwivalenti fis-sistema stabbilita mid-Direttiva 90/314, li hija oneru tal-organizzatur tal-vjaġġi. |
38 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għat-tielet domanda tkun li r-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier ta’ titjira li ġarrbet dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar jista’ jippreżenta rikors għal kumpens taħt l-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-regolament kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera, anki jekk dan il-passiġġier u dan it-trasportatur tal-ajru ma jkunux ikkonkludew kuntratt bejniethom u t-titjira inkwistjoni tkun tagħmel parti minn vjaġġ kollox kompriż li jaqa’ taħt id-Direttiva 90/314. |
Fuq l-ewwel domanda
39 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li rikors għal kumpens ippreżentat bis-saħħa tar-Regolament Nru 261/2004 minn passiġġier kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera jaqax taħt il-kunċett ta’ “materji kuntrattwali” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk ma jkun ġie konkluż ebda kuntratt bejn il-partijiet u t-titjira operata minn dan it-trasportatur tal-ajru kienet prevista minn kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż konkluż ma’ terzi li jinkludi wkoll akkomodazzjoni. |
40 |
Jeħtieġ li jiġi osservat, preliminarjament, li l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 kien jipprevedi, fil-punt 1 tiegħu, li persuna ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru tista’ tiġi mħarrka, fi Stat Membru ieħor, f’materji kuntrattwali, quddiem il-qorti tal-post fejn l-obbligu jservi bħala bażi għat-talba, ġie jew għandu jiġi eżegwit. |
41 |
Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kunċett ta’ “materji kuntrattwali” għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu fl-Istati Membri kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2018, flightright et, C‑274/16, C‑447/16 u C‑448/16, EU:C:2018:160, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
42 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-konklużjoni ta’ kuntratt ma tikkostitwixxix kundizzjoni għall-applikazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 (sentenza tal‑21 ta’ April 2016, Austro-Mechana, C‑572/14, EU:C:2016:286, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
43 |
Għalkemm l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 ma jirrikjedix il-konklużjoni ta’ kuntratt, hija ġurisprudenza stabbilita li l-identifikazzjoni ta’ obbligu hija xorta waħda indispensabbli għall-applikazzjoni tiegħu peress li l-ġurisdizzjoni tal-qorti bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni hija stabbilita skont il-post fejn l-obbligu li jservi bħala bażi għat-talba ġie jew għandu jiġi eżegwit. B’hekk, il-kunċett ta’ “materji kuntrattwali”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, ma jistax jinftiehem fis-sens li jirrigwarda sitwazzjoni li fiha ma jeżisti ebda impenn meħud liberament minn parti lejn oħra (sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2013, Česká spořitelna, C‑419/11, EU:C:2013:165, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
44 |
Għaldaqstsnt ir-regola ta’ ġurisdizzjoni speċjali f’materji kuntrattwali prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 tistrieħ fuq il-kawża tal-azzjoni u mhux fuq l-identità tal-partijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2018, flightright et, C‑274/16, C‑447/16 u C‑448/16, EU:C:2018:160, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
45 |
F’dan il-każ, għaldaqstant hemm lok li jiġi eżaminat, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, jekk jistax jitqies li trasportatur tal-ajru, li ma kkonkludiex kuntratt ta’ trasport mal-passiġġier u li opera titjira prevista minn kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż konkluż minn terzi, jimpenja lilu nnifsu għal obbligu li fir-rigward tiegħu kien hemm kunsens liberu fil-konfront ta’ parti oħra u li fuqu hija bbażata l-azzjoni tal-persuna li talbet is-servizz. |
46 |
Fl-ewwel lok, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li trasportatur tal-ajru, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jista’ jiġi kkwalifikat bħala “trasportatur ta’ l-ajru li jopera” fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 261/2004, peress li dan wettaq titjira f’isem persuna, ġuridika jew fiżika, li kkonkludiet kuntratt mal-passiġġier ikkonċernat, jiġifieri, f’dan il-każ, l-aġenzija tal-ivvjaġġar. |
47 |
Fit-tieni lok, mit-tieni sentenza tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004 jirriżulta li, meta trasportatur tal-ajru li jopera li ma kkonkludiex kuntratt mal-passiġġier iwettaq obbligi li jirriżultaw minn dan ir-regolament, huwa jitqies li qiegħed jaġixxi f’isem il-persuna li kkonkludiet il-kuntratt mal-passiġġier ikkonċernat (digriet tat‑13 ta’ Frar 2020, flightright, C‑606/19, EU:C:2020:101, punt 34). |
48 |
B’hekk, dan it-trasportatur għandu jitqies li jwettaq obbligi li għalihom ingħata kunsens liberu fil-konfront tal-parti l-oħra tal-kuntratt tal-passiġġier ikkonċernat. Dawn l-obbligi jsibu l-oriġini tagħhom fil-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż li l-passiġġier ikkonkluda mal-aġenzija tal-ivvjaġġar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2018, flightright et, C‑274/16, C‑447/16 u C‑448/16, EU:C:2018:160, punt 63). |
49 |
Konsegwentement, rikors għal kumpens minħabba dewmien twil ta’ titjira ppreżentat minn dan il-passiġġier kontra l-imsemmi trasportatur tal-ajru li jopera, li ma huwiex il-parti l-oħra fil-kuntratt mal-imsemmi passiġġier, għandu xorta waħda jitqies li ġie ppreżentat għal materji kuntrattwali, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001. |
50 |
Iċ-ċirkustanza li kuntratt ta’ trasport bl-ajru jagħmel parti minn vjaġġ kollox kompriż, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/314, li jinkludi akkomodazzjoni, ma hijiex tali li tinvalida din il-konstatazzjoni. |
51 |
Fil-fatt, din il-partikolarità ma tbiddel la n-natura kuntrattwali tal-obbligi ġuridiċi li jinvoka l-passiġġier, la l-kawża tal-azzjoni tiegħu, li tista’, għalhekk titressaq quddiem qorti jew oħra tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2018, flightright et, C‑274/16, C‑447/16 u C‑448/16, EU:C:2018:160, punti 68 u 69, kif ukoll id-digriet tat‑13 ta’ Frar 2020, flightright, C‑606/19, EU:C:2020:101, punti 26 u 27). |
52 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jeħtieġ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li rikors għal kumpens ippreżentat bis-saħħa tar-Regolament Nru 261/2004 minn passiġġier kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji kuntrattwali” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk ma jkun ġie konkluż ebda kuntratt bejn il-partijiet u t-titjira operata minn dan it-trasportatur tal-ajru kienet prevista minn kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż konkluż ma’ terzi li jinkludi wkoll akkomodazzjoni. |
Fuq it-tieni domanda
53 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 15 sa 17 tar-Regolament Nru 44/2001 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li rikors għal kumpens ippreżentat minn passiġġier kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera, li miegħu dan il-passiġġier ma kkonkluda ebda kuntratt, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-artikoli relatati mal-ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi. |
54 |
Preliminarjament, jeħtieġ li jitfakkar li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni msemmija fis-Sezzjoni 4 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 44/2001, li jinkludi l-Artikoli 15 sa 17 ta’ dan ir-regolament, jippermettu lil konsumatur jagħżel li jippreżenta l-azzjoni tiegħu jew quddiem il-qorti tad-domiċilju tiegħu, jew quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija ddomiċiljata l-parti l-oħra fil-kuntratt. |
55 |
Dawn ir-regoli jikkostitwixxu deroga kemm mir-regola ġenerali ta’ ġurisdizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1) tal-imsemmi regolament, li jattribwixxi l-ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-konvenut huwa ddomiċiljat, kif ukoll ir-regola ta’ ġurisdizzjoni speċjali f’materji kuntrattwali, iddikjarata fil-punt 1 tal-Artikolu 5 tal-istess regolament. B’hekk, l-imsemmija regoli li jinsabu f’din is-Sezzjoni 4 għandhom neċessarjament ikunu suġġetti għal interpretazzjoni stretta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2013, Česká spořitelna, C-419/11, EU:C:2013:165, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
56 |
Il-ġurisdizzjoni tal-qrati hija ddeterminata mill-imsemmija Sezzjoni 4 fil-każ fejn it-tliet kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jiġu ssodisfatti, jiġifieri, l-ewwel nett, li parti kuntrattwali jkollha l-kwalità ta’ konsumatur li jaġixxi f’kuntest li jista’ jitqies bħala estraneu għall-attività professjonali tiegħu, it-tieni nett, il-kuntratt bejn tali konsumatur u professjonist ikun effettivament ġie konkluż u, it-tielet nett, tali kuntratt ikun jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 15(1)(a) sa (c). Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ssodisfatti b’mod kumulattiv, b’tali mod li, jekk waħda mit-tliet kundizzjonijiet ma tiġix issodisfatta, il-ġurisdizzjoni ma tistax tiġi ddeterminata skont ir-regoli f’materji kuntrattwali konklużi mill-konsumaturi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Jannar 2015, Kolassa, C‑375/13, EU:C:2015:37, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
57 |
F’dan il-każ, id-domanda tal-qorti tar-rinviju tirrigwarda l-punt dwar jekk it-tliet kundizzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti jistgħux jitqiesu li ġew issodisfatti fil-konfront tar-relazzjoni ġuridika bejn passiġġier u t-trasportatur tal-ajru, meta dawn ma jkunux ikkonkludew kuntratt bejniethom. |
58 |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ, l-ewwel nett, li jiġi osservat li b’differenza tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali li jirriżultaw mill-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 huwa determinanti għall-applikazzjoni tar-regoli tal-ġurisdizzjoni li jirriżultaw mis-Sezzjoni 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament li l-partijiet fit-tilwima jkunu wkoll il-partijiet fil-kuntratt. |
59 |
Fil-fatt, hekk kif osservaw l-Avukat Ġenerali fil-punt 48 tal-konklużjonijiet tiegħu u l-Gvern Ċek fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, l-artikoli tal-imsemmija Sezzjoni 4 jagħmlu riferiment għall- “kuntratt konkluż minn […] il-konsumatur”, għall-“konsumatur [li] jidħol f’kuntratt ma’ parti”, għall-“parti l-oħra ta’ kuntratt” konkluż mal-konsumatur, jew ukoll għall-ftehimiet dwar ġurisdizzjoni applikabbli magħmula bejn il-“konsumatur u l-parti l-oħra tal-kuntratt”. |
60 |
Dawn ir-riferimenti jissostanzjaw interpretazzjoni li skontha, għall-applikazzjoni tal-istess Sezzjoni 4, rikors ippreżentat minn konsumatur għandu jkun dirett kontra l-parti l-oħra fil-kuntratt miegħu. |
61 |
B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti, f’materji kuntrattwali konklużi mill-konsumaturi, fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001 japplikaw, konformement mal-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, biss mal-azzjoni ppreżentata mill-konsumatur kontra l-parti l-oħra tal-kuntratt, liema fatt jimplika neċessarjament il-konklużjoni ta’ kuntratt mill-konsumatur mal-professjonist li kontrih titressqet l-azzjoni (sentenza tal‑25 ta’ Jannar 2018, Schrems, C‑498/16, EU:C:2018:37, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
62 |
It-tieni nett, interpretazzjoni li skontha r-regoli ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi, stabbiliti fis-Sezzjoni 4 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 44/2001 ma japplikawx f’sitwazzjoni li fiha jinkiser kuntratt bejn il-konsumatur u l-professjonist hija konformi mal-għan, imsemmi fil-premessa 11 ta’ dan ir-regolament, li jiġi żgurat livell għoli ta’ prevedibbiltà fir-rigward tal-attribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni. |
63 |
Fil-fatt, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-possibbiltà għall-konsumatur li jħarrek lill-professjonist quddiem il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tiegħu jinsab id-domiċilju ta’ dan il-konsumatur hija kkontrobilanċjata bir-rekwiżit tal-konklużjoni ta’ kuntratt bejniethom, li minnu tirriżulta l-imsemmija prevedibbiltà għall-konvenut. |
64 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja, ċertament irrilevat li l-kunċett ta’ “parti oħra fil-kuntratt” previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi wkoll il-parti l-oħra fil-kuntratt mal-operatur li miegħul-konsumatur ikkonkluda dan il-kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2013, Maletic, C‑478/12, EU:C:2013:735, punt 32). Madankollu, din l-interpretazzjoni tistrieħ fuq ċirkustanzi speċifiċi, li fihom il-konsumatur kien sa mill-bidu kuntrattwalment marbut, b’mod indissoċjabbli, ma’ żewġ partijiet oħra fil-kuntratt (sentenza tat‑28 ta’ Jannar 2015, Kolassa, C‑375/13, EU:C:2015:37, punt 33). |
65 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li r-risposta għat-tieni domanda tkun li l-Artikoli 15 sa 17 tar-Regolament Nru 44/2001 għandhom jiġu interpretati fis-sens li rikors għal kumpens ippreżentat minn passiġġier kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera, li miegħu dan il-passiġġier ma kkonkluda ebda kuntratt, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-artikoli relatati mal-ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mal-konsumaturi. |
Fuq l-ispejjeż
66 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.