Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62011CJ0422
Judgment of the Court (Eighth Chamber), 6 September 2012.#Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej and Republic of Poland v European Commission.#Appeals — Action for annulment — Inadmissibility of the action — Representation before the Courts of the European Union — Lawyer — Independence.#Joined Cases C‑422/11 P and C‑423/11 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012.
Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej u Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appelli — Rikors għal annullament — Inammissibbiltà tar-rikors — Rappreżentazzjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni — Avukat — Indipendenza.
Kawżi magħquda C-422/11 P u C-423/11 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012.
Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej u Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appelli — Rikors għal annullament — Inammissibbiltà tar-rikors — Rappreżentazzjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni — Avukat — Indipendenza.
Kawżi magħquda C-422/11 P u C-423/11 P.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2012:553
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla)
6 ta’ Settembru 2012 ( *1 )
“Appelli — Rikors għal annullament — Inammissibbiltà tar-rikors — Rappreżentazzjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni — Avukat — Indipendenza”
Fil-Kawżi magħquda C-422/11 P u C-423/11 P,
li għandhom bħala suġġett appelli skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentati fil-5 ta’ Awwissu 2011,
Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej, stabbilit f’Varsavja (il-Polonja), irrappreżentat minn D. Dziedzic-Chojnacka u D. Pawłowska, radcowie prawni,
Ir-Repubblika tal-Polonja, irrappreżentata minn M. Szpunar kif ukoll minn A. Kraińska u D. Lutostańska, bħala aġenti,
appellanti,
il-parti l-oħra fil-kawża li hija:
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn G. Braun u A. Stobiecka-Kuik, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,
konvenuta fl-ewwel istanza,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),
komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, K. Schiemann (Relatur) u E. Jarašiūnas, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,
Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-4 ta’ Ġunju 2012,
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
Bl-appelli tagħhom, il-Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej (President tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, iktar ’il quddiem il-“PUKE”) u r-Repubblika tal-Polonja jitolbu l-annullament tad-Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-23 ta’ Mejju 2011, Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej vs Il-Kummissjoni (T-226/10, Ġabra p. II-2467, iktar ’il quddiem id-“digriet ikkontestat”), li bih din ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tal-PUKE intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 1234, tat-3 ta’ Marzu 2010, adottata b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/21/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadru”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349). |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
|
2 |
Skont l-ewwel, it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li japplika għall-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 53 tal-imsemmi Statut: “L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni ikunu rappreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minn aġent maħtur għal kull każ; l-aġent jista’ jkun assistit minn konsulent jew minn avukat. […] […] Partijiet oħra għandhom ikunu rappreżentati minn avukat. Avukat biss, li jkun awtorizzat sabiex jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li huwa parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jista’ jirrappreżenta jew jassisti parti quddiem il-Qorti.” |
|
3 |
Il-verżjoni bil-Pollakk tal-imsemmi Artikolu 19 tirreferi, minflok għat-termini “avukat”, għal “avukat jew konsulent legali [‘radca prawny’]”. |
|
4 |
L-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jipprovdi: “Il-Qorti Ġenerali tista’, f’kull waqt u ex officio, wara li tisma’ lill-partijiet, tiddeċiedu fuq l-inammissibbiltà tar-rikors għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, jew tikkonstata li r-rikors m’għadx għandu skop u li m’għadx hemm lok għal deċiżjoni […]” |
Id-dritt Pollakk
|
5 |
Minbarra l-professjoni ta’ avukat, id-dritt Pollakk jirrikonoxxi l-professjoni ta’ konsulent legali. Il-konsulenti legali jistgħu jitolbu r-reġistrazzjoni tagħhom fil-Kamra tal-Avukati u b’hekk jiġu debitament abilitati sabiex jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom jew lill-persuni li jimpjegawhom quddiem il-qrati Pollakki. |
|
6 |
L-Ordni Professjonali tal-Konsulenti Legali ġie stabbilit abbażi tal-Artikolu 17(1) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja. Il-professjoni ta’ konsulent legali hija rregolata bil-Liġi dwar il-konsulenti legali tas-6 ta’ Lulju 1982, u l-membri tagħha huma marbuta bil-Kodiċi ta’ Deontoloġija tal-Konsulent Legali (Kodeks Etyki Radcy Prawnego). Dawn it-testi fihom numru kbir ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw b’mod speċifiku r-regoli tal-provvista ta’ servizzi ta’ assistenza legali mill-konsulenti legali u huma intiżi sabiex jiżguraw li dawn jistgħu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom b’mod indipendenti skont jekk l-intervent tagħhom isirx jew le abbażi ta’ relazzjoni ta’ impjieg mal-parti li jagħtu l-konsulenza lilha. |
|
7 |
Skont l-Artikolu 193(1) tal-Liġi dwar id-dritt tat-telekomunikazzjonijiet (Ustawa z dnia Prawo telekomunikacyjne) tas-16 ta’ Lulju 2004 (Dz. U Nru 171, pożizzjoni 1800), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti tal-kawża, il-PUKE għandu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu bl-intermedjarju tal-Urzędu Komunikacji Elektronicznej (Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, iktar ’il quddiem l-“UKE”). |
|
8 |
B’mod konformi mal-Artikolu 25(4)(1) u (2) tal-Liġi dwar is-servizz pubbliku (ustawa z dnia o slużbie cywilnej) tal-21 ta’ Novembru 2008 (Dz. U Nru 227, pożizzjoni 1505), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti tal-kawża, huwa d-Direttur Ġenerali tal-UKE, u mhux il-President tiegħu, li għandu jiżgura l-funzjonament u l-kontinwità tax-xogħol ta’ dan l-uffiċċju, il-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tal-attività tiegħu kif ukoll l-organizzazzjoni tax-xogħol tiegħu. Huwa wkoll id-Direttur Ġenerali tal-UKE, u mhux il-President tiegħu, li għandu jiżgura l-amministrazzjoni tal-persunal u li għandu jwettaq l-atti li jiffurmaw parti mid-dritt tax-xogħol fir-rigward tal-persunal tal-Uffiċċju msemmi. |
Ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet ikkontestat
|
9 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-14 ta’ Mejju 2006, il-PUKE ippreżenta rikors li bih talab l-annullament tad-deċiżjoni msemmija fil-punt 1 ta’ din is-sentenza. |
|
10 |
L-att ġie ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali minn H. Gruszecka u D. Pawłowska, konsulenti legali (“radcowie prawni”). |
|
11 |
Fil-kuntest ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-Qorti Ġenerali talbet lill-PUKE sabiex jippreċiża jekk il-konsulenti legali li ffirmaw l-att f’ismu kinux, fil-mument tal-preżentata tar-rikors, marbuta ma’ dan tal-aħħar permezz ta’ relazzjoni ta’ impjieg. |
|
12 |
Fit-tweġiba tiegħu għal din id-domanda, il-PUKE indika li H. Gruszecka u D. Pawłowska kienu marbuta permezz ta’ relazzjoni ta’ impjieg mal-UKE, u mhux mal-PUKE. Barra minn hekk, dan tal-aħħar indika, l-ewwel nett, li, skont il-leġiżlazzjoni Pollakka, huwa d-direttur ġenerali tal-UKE, u mhux il-president tiegħu, li huwa kompetenti f’dak li jikkonċerna l-istabbilment, it-tul u ż-żamma tar-relazzjoni ta’ impjieg ta’ dawn il-konsulenti legali, it-tieni nett, li dawn jaqgħu taħt kategorija ta’ karigi indipendenti direttament suġġetti għad-direttur ġenerali tal-UKE u, it-tielet nett, li, skont il-leġiżlazzjoni Pollakka dwar il-konsulenti legali, konsulent legali li jeżerċita l-professjoni tiegħu fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg jokkupa kariga awtonoma li tkun tiddependi direttament mid-direttur tal-entità organizzattiva. |
|
13 |
B’hekk, il-Qorti Ġenerali eżaminat l-ammissibbiltà tal-att fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-rekwiżiti għar-rappreżentazzjoni tal-partijiet quddiemha u ddeċidiet skont it-termini segwenti fil-punti 16 sa 23 tad-digriet ikkontestat:
|
|
14 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li peress li r-rikors promotur kien ġie ffirmat minn H. Gruszecka u D. Pawłowska biss, dan ir-rikors ma ġiex ippreżentat skont it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 19, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u li, b’hekk, ir-rikors kien inammissibbli. |
It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
15 |
Il-PUKE jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
|
16 |
Ir-Repubblika tal-Polonja titlob l-annullament tad-digriet ikkontestat. |
|
17 |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
|
18 |
Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Diċembru 2011, il-Kawżi C-422/11 P u C-423/11 P ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza. |
|
19 |
B’digriet tas-16 ta’ April 2012, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ċaħad it-talbiet tal-Krajowa Izba Radcόw Prawnych (Kamra nazzjonali tal-konsulenti legali), tal-Association européenne des juristes d’entreprise u tal-Law Society of England and Wales, ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-ewwel tnejn, fid-29 ta’ Novembru 2011 u, għall-aħħar waħda, fit-2 ta’ Diċembru 2011, intiżi sabiex jiġu awtorizzati jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-PUKE u tar-Repubblika tal-Polonja. |
Fuq l-appelli
|
20 |
Mingħajr ma hemm għalfejn tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tal-appell ippreżentat mill-PUKE fir-rigward tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-kwistjoni legali dwar din l-ammissibbiltà tikkostitwixxi preċiżament is-suġġett stess ta’ dan l-appell, għandu jiġi rrilevat li dan iqajjem ħames aggravji insostenn tal-appell tiegħu, li minnhom, l-ewwel, it-tieni, ir-raba’ u l-ħames jikkorrispondu rispettivament maż-żewġ partijiet tal-ewwel aggravju kif ukoll mat-tieni u mat-tielet aggravji invokati mir-Repubblika tal-Polonja insostenn tal-appell tagħha. |
Fuq l-ewwel aggravju tal-PUKE u fuq l-ewwel parti tal-ewwel aggravju tar-Repubblika tal-Polonja, ibbażati fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
21 |
L-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li din ikkunsidrat li din id-dispożizzjoni teħtieġ li l-konsulent li jirrappreżenta lil parti quddiem il-Qrati tal-Unjoni jkun igawdi, fir-rigward ta’ din il-parti, minn livell ta’ indipendenza li hija nieqsa f’dak li jirrigwarda l-konsulenti legali li ppreżenta r-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
22 |
F’dan ir-rigward, dawn josservaw li ż-żewġ konsulenti legali inkwistjoni kienu marbuta minn relazzjoni ta’ impjieg mal-UKE u mhux mal-PUKE. Barra minn hekk, fi ħdan l-UKE, huma kienu jiddependu mid-Direttur Ġenerali, li huwa unikament responsabbli mill-funzjonament ta’ dan l-Uffiċċju u, b’mod partikolari, mit-tmexxija tal-persunal. F’kull każ, il-kuntest regolatorju li jirregola l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ konsulent legali jiżgura l-indipendenza kompleta tax-xogħol legali tagħhom, anki fir-rigward tal-persuna li timpjeghom. |
|
23 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar, hekk kif iddeċidiet ġustament il-Qorti Ġenerali fil-punt 17 tad-digriet ikkontestat, li l-kunċett tar-rwol tal-avukat fis-sistema legali tal-Unjoni, li jirriżulta mit-tradizzjonijiet legali komuni għall-Istati Membri, u li fuqu huwa bbażat l-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa dak ta’ kollaboratur tal-ġustizzja mitlub sabiex jagħti, b’mod indipendenti u fl-interess superjuri tagħha, l-assistenza legali li għandu bżonn il-klijent (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-18 ta’ Mejju 1982, AM & S Europe vs Il-Kummissjoni, 155/79, Ġabra p. 1575, punt 24, u Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42, u d-digriet tad-29 ta’ Settembru 2010, EREF vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, punt 52). |
|
24 |
B’hekk, ir-rekwiżit tal-indipendenza tal-avukat jimplika n-nuqqas ta’ kull relazzjoni ta’ impjieg bejn dan tal-aħħar u l-klijent tiegħu (ara d-digriet tad-29 ta’ Settembru 2010, EREF vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-fatt, hekk kif iddeċidiet ġustament il-Qorti Ġenerali fil-punt 18 tad-digriet ikkontestat, il-kunċett ta’ indipendenza tal-avukat huwa ddefinit mhux biss b’mod pożittiv, jiġifieri b’riferiment għad-dixxiplina professjonali, iżda anki b’mod negattiv, jiġifieri bin-nuqqas ta’ relazzjoni ta’ impjieg (sentenza Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 45). |
|
25 |
Dan ir-raġunament japplika bl-istess mod f’sitwazzjoni, bħal dik tal-konsulenti legali inkwistjoni f’din il-kawża, fejn l-avukati jkunu impjegati minn entità marbuta mal-parti rrappreżentata minnhom. Fil-fatt, ir-relazzjoni ta’ impjieg tal-konsulenti legali mal-UKE, anki jekk dan huwa sseparat b’mod formali mill-PUKE, tista’ tkun influwenti fuq l-indipendenza tagħhom, peress li l-interessi tal-UKE huma komuni ħafna ma’ dawk tal-PUKE. Fil-fatt, jeżisti riskju li l-opinjoni professjonali ta’ dawn il-konsulenti tkun, għall-inqas parzjalment, influwenzata mill-ambjent professjonali tagħhom. |
|
26 |
Barra minn hekk, għar-raġunijiet imsemmija fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, l-argumenti tal-appellanti li jipprovaw juru li avukat li huwa impjegat mill-klijent irrappreżentat minnu jgawdi mill-istess livell ta’ indipendenza fir-rigward ta’ dan tal-aħħar daqs avukat li jeżerċita b’mod indipendenti huma irrilevanti f’dan il-każ. |
|
27 |
Finalment, għandha tiġi miċħuda l-argumentazzjoni tar-Repubblika tal-Polonja fir-rigward tal-allegati diffikultajiet prattiċi li tinvolvi n-neċessità li jintużaw is-servizzi ta’ avukat. Ma humiex biss awtoritajiet pubbliċi, bħall-UKE, li huma esposti għal spejjeż addizzjonali minħabba l-obbligu li jgħamlu użu minn avukat estern, iżda dan huwa wkoll il-każ għal kull persuna privata. Barra minn hekk, bl-ebda mod ma ġie stabbilit li problemi marbuta mal-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali fi ħdan l-awtoritajiet pubbliċi jew dwar id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kuntratti pubbliċi jikkostitwixxu ostakolu sinifikanti għar-rappreżentazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi quddiem il-Qrati tal-Unjoni. |
|
28 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-ewwel aggravju invokat mill-PUKE u l-ewwel parti tal-ewwel aggravju invokat mir-Repubblika tal-Polonja insostenn tal-appell tagħhom għandhom jiġu miċħuda bħala infondati. |
Fuq it-tieni aggravju tal-PUKE u t-tieni parti tal-ewwel aggravju tar-Repubblika tal-Polonja, ibbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-partikolaritajiet u tal-indipendenza tal-professjoni ta’ konsulent legali fil-Polonja
|
29 |
L-appellanti jirrilevaw li r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jagħmel riferiment għad-dritt nazzjonali u li għalhekk, l-interpretazzjoni ta’ dan l-Istatut ma tistax tinjora l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, kuntrarjament għal dak li tissuġġerixxi l-Qorti Ġenerali fil-punt 22 tad-digriet ikkontestat. Huwa preċiżament id-dritt nazzjonali, u f’dan il-każ id-dritt Pollakk, li jiddefinixxi d-dritt tal-avukati sabiex jintervjenu quddiem il-qrati nazzjonali u, b’hekk, quddiem il-qrati tal-Unjoni. |
|
30 |
Il-PUKE jirreferi għall-ġurisprudenza li tgħid li, fin-nuqqas ta’ regoli tal-Unjoni speċifiċi f’dan il-qasam, kull Stat Membru jibqa’ ħieles li jirregola l-mod kif il-professjoni ta’ avukat tiġi eżerċitata fit-territorju tiegħu u, minħabba dan, jista’ jkun hemm differenza kbira fir-regoli applikabbli għal din il-professjoni minn Stat Membru għall-ieħor. |
|
31 |
F’dan il-kuntest, l-appellanti jirrilevaw li d-dispożizzjonijiet tad-dritt derivat tal-Unjoni fil-qasam tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tal-avukati ma jimponu ebda distinzjoni f’dak li jikkonċerna d-dritt tal-avukati li jirrappreżentaw lil klijent fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja skont jekk jintervjenux jew le abbażi ta’ relazzjoni ta’ impjieg mal-parti li jaġixxu f’isimha. Dawn it-testi jipprevedu biss il-fakultà għall-Istati Membri li jistabbilixxu tali distinzjoni jekk id-dritt nazzjonali tagħhom jipprekludi lill-avukati marbuta b’relazzjoni ta’ impjieg milli jirrappreżentaw lill-persuna li timpjeghom quddiem qorti. |
|
32 |
B’hekk, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tiżgura lil avukat l-indipendenza tas-sitwazzjoni tiegħu sal-punt li tippermettilu li jirrappreżenta lill-persuna li timpjegah quddiem il-qrati nazzjonali, xejn ma jiġġustifika, skont l-appellanti, li jiġi rrifjutat lilu d-dritt li jirrappreżenta lil partijiet quddiem il-Qrati tal-Unjoni. Għalhekk, il-kuntest legali u deontoloġiku Pollakk ma jagħmel ebda distinzjoni bejn il-konsulenti legali skont jekk dawn jintervjenux jew le abbażi ta’ relazzjoni ta’ impjieg mal-parti li jirrappreżentaw u jiggarantixxi biżżejjed l-indipendenza tagħhom. Id-distinzjoni mwettqa fid-digriet ikkontestat twassal, skont ir-Repubblika tal-Polonja, sabiex tiġi stabbilita diskriminazzjoni għad-detriment ta’ waħda mill-forom ta’ provvista tas-servizzi ta’ konsulent legali u ta’ dawk li jagħmlu użu minnhom. |
|
33 |
F’dan ir-rigward, għandu qabel kollox jiġi kkonstatat li r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, billi jistabbilixxi li huwa biss avukat abilitat sabiex jeżerċita quddiem qorti ta’ Stat Membru li jista’ jirrappreżenta lil parti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jimponi kundizzjoni neċessarja li għandha tiġi sodisfatta minn kull avukat li jaġixxi f’isem parti li ma tkunx Stat Membru jew istituzzjoni tal-Unjoni quddiem il-Qrati ta’ din tal-aħħar. Madankollu, il-kundizzjoni msemmija ma tistax tiġi interpretata li tikkostitwixxi kundizzjoni suffiċjenti, fis-sens li kull avukat abilitat biex jeżerċita quddiem qorti ta’ Stat Membru jkun awtomatikament ammess sabiex jeżerċita quddiem il-Qrati tal-Unjoni. |
|
34 |
Għalkemm, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, il-kunċett tar-rwol tal-avukat fis-sistema legali tal-Unjoni jirriżulta mit-tradizzjonijiet legali komuni għall-Istati Membri, madankollu, dan il-kunċett, fil-kuntest tal-kwistjonijiet imressqa quddiem il-Qrati tal-Unjoni, huwa s-suġġett ta’ implementazzjoni oġġettiva, li hija neċessarjament indipendenti mis-sistemi legali nazzjonali. |
|
35 |
Għalhekk, kien ġustament li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 22 tad-digriet ikkontestat, iddeċidiet li d-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentazzjoni tal-partijiet mhux ipprivileġġati quddiem il-Qrati tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati, sa fejn ikun possibbli, b’mod awtonomu, mingħajr ma ssir referenza għad-dritt nazzjonali. |
|
36 |
Għall-istess raġunijiet, l-Artikolu 67(1) TFUE, invokat mill-PUKE sabiex jinvoka ksur tal-osservanza tad-diversi sistemi u tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri, huwa rrilevanti f’dan il-kuntest, peress li l-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, li huwa rilevanti f’dan il-każ, jirregola r-rappreżentazzjoni tal-partijiet mhux quddiem il-qrati nazzjonali, iżda quddiem il-Qrati tal-Unjoni. |
|
37 |
Konsegwentement, it-tieni aggravju invokat mill-PUKE u t-tieni parti tal-ewwel aggravju invokat mir-Repubblika tal-Polonja insostenn tal-appelli tagħhom, għandhom jiġu miċħuda bħala infondati. |
Fuq it-tielet aggravju tal-PUKE, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-kompetenzi ta’ attribuzzjoni u tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà
|
38 |
Il-PUKE jinvoka ksur tal-prinċipju tal-kompetenzi ta’ attribuzzjoni li jirriżultaw mill-Artikolu 5(1) u (2) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) TUE. Dan josserva li, meta limitat l-applikazzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-avukati li ma jeżerċitawx fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ impjieg, il-Qorti Ġenerali interferixxiet fuq il-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeterminaw jekk persuna għandhiex il-kwalità ta’ avukat u, b’dan il-fatt, hija kisret il-prinċipju tal-kompetenzi ta’ attribuzzjoni. Id-dritt tal-Unjoni ma jistax ikollu l-għan li jiddetermina liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta’ avukat. |
|
39 |
Il-PUKE josserva wkoll li d-digriet ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ sussidjarjetà peress li xejn ma jippermetti li tiġi ġġustifikata l-allegazzjoni li tgħid li huwa impossibbli li jiġi milħuq l-għan ta’ indipendenza tal-avukati jew tal-konsulenti legali fuq livell nazzjonali. |
|
40 |
F’dan ir-rigward, biżżejjed li jitfakkar li dawn l-appelli jirrigwardaw mhux l-organizzazzjoni tal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat fuq it-territorju ta’ Stat Membru, iżda r-rappreżentazzjoni tal-partijiet quddiem il-Qrati tal-Unjoni, kif stabbilit mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Qabel kollox, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ avukat fil-kuntest tal-Artikolu 19 ta’ dan l-Istatut ma għandha l-ebda effett fuq ir-rappreżentazzjoni tal-partijiet quddiem il-qrati ta’ Stat Membru, u għalhekk, ma tista’ tikser la l-prinċipju tal-kompetenzi ta’ attribuzzjoni u lanqas il-prinċipju ta’ sussidjarjetà. |
|
41 |
Konsegwentement, it-tielet aggravju invokat mill-PUKE insostenn tal-appell tagħha għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
Fuq ir-raba’ aggravju tal-PUKE u fuq is-sitt aggravju tar-Repubblika tal-Polonja, ibbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
|
42 |
L-appellanti josservaw li l-interpretazzjoni tat-tielet u tar-raba’ paragrafi tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tgħid li l-konsulenti legali marbuta b’relazzjoni ta’ impjieg ma parti ma jistgħux jirrappreżentawha quddiem il-Qrati tal-Unjoni, ma hijiex iġġustifikata min-neċessità li tiġi protetta l-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni jew inkella li jiġi żgurat li l-partijiet jibbenefikaw mis-servizzi pprovduti minn konsulent legali indipendenti. B’hekk, tali interpretazzjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit mill-Artikolu 5(4) TUE. |
|
43 |
Huma josservaw li jeżistu miżuri materjali u formali inqas restrittivi, li jippermettu b’hekk li jinkiseb l-istess għan ta’ indipendenza tar-rappreżentant tal-parti fi proċedura quddiem il-Qrati tal-Unjoni, mingħajr ma jkun neċessarju li tiġi eskluża kompletament il-kategorija professjonali tal-konsulenti legali li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħol. Tali miżuri ġew implementati fil-Polonja mid-diversi dispożittivi leġiżlattivi u deontoloġiċi li jirregolaw l-eżerċizzju tal-professjoni tal-konsulenti legali. |
|
44 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, f’kull każ, ma jidhirx li l-miżuri materjali u formali li jirreferu għalihom l-appellanti jippermettu li tiġi żgurata l-indipendenza tal-avukat daqs kemm jippermetti n-nuqqas ta’ kull relazzjoni ta’ impjieg bejn dan tal-aħħar u l-klijent tiegħu. |
|
45 |
Għalhekk, ir-raba’ aggravju invokat mill-PUKE u t-tieni aggravju invokat mir-Repubblika tal-Polonja insostenn tal-appelli tagħhom għandhom jiġu miċħuda bħala infondati. |
Fuq il-ħames aggravju tal-PUKE u t-tielet aggravju tar-Repubblika tal-Polonja, ibbażati fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-digriet ikkontestat
|
46 |
L-appellanti jfakkru l-ġurisprudenza stabbilita li tgħid li l-motivazzjoni ta’ deċiżjoni għandha turi b’mod ċar u preċiż ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali, u b’hekk tippermetti lil dawk ikkonċernati li jkunu jafu r-raġunijiet li għalihom ittieħdu l-miżuri inkwistjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha. |
|
47 |
Huma jqisu li, f’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali ma għamlitx biżżejjed referenza għall-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-PUKE f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet bejn dan tal-aħħar u l-konsulenti legali li kienu jirrappreżentawh. Bl-istess mod, l-argumenti dwar l-indipendenza tal-konsulenti legali ġew kompletament injorati mill-Qorti Ġenerali fil-punt 22 tad-digriet ikkontestat. Il-Qorti Ġenerali ma setgħetx ġustament tadotta dan id-digriet mingħajr ma tagħmel analiżi fil-fond minn qabel tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jirregolaw l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ konsulent legali. |
|
48 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-obbligu ta’ motivazzjoni ma jimponix fuq il-Qorti Ġenerali li tipprovdi osservazzjonijiet li jsegwu, b’mod eżawrjenti u wieħed wieħed, ir-raġunamenti kollha mogħtija mill-partijiet fil-kawża u li l-motivazzjoni tista’ b’hekk tkun impliċita bil-kundizzjoni li tippermetti lill-partijiet interessati li jkunu jafu r-raġunijiet għalfejn il-Qorti Ġenerali ma laqgħatx l-argumenti tagħhom u lill-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha elementi biżżejjed sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha (sentenza tad-9 ta’ Settembru 2008, FIAMM et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, C-120/06 P u C-121/06 P, Ġabra p. I-6513, punt 96 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
49 |
Għaldaqstant, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 39 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ġustament, fil-punt 22 tad-digriet ikkontestat, li d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-rappreżentazzjoni tal-partijiet mhux privileġġati quddiem il-Qrati tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati, sa fejn huwa possibbli, b’mod awtonomu, mingħajr ma ssir riferenza għad-dritt nazzjonali. B’hekk, il-Qorti Ġenerali ma kienet bl-ebda mod marbuta li tanalizza l-forma speċifika tal-impjieg tal-konsulenti legali fil-Polonja, la d-diversi livelli ta’ indipendenza li jgawdu minnha, u lanqas id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jirregolaw l-attivitajiet tagħhom. |
|
50 |
Konsegwentement, il-ħames aggravju invokat mill-PUKE u t-tielet aggravju invokat mir-Repubblika tal-Polonja insostenn tal-appelli tagħhom għandhom jiġu miċħuda bħala infondati. |
|
51 |
Peress li ebda wieħed mill-aggravji invokati mill-appellanti insostenn tal-appelli tagħhom ma jista’ jintlaqa’, dawn l-appelli għandhom jiġu miċħuda fit-totalità tagħhom. |
Fuq l-ispejjeż
|
52 |
Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 118 ta’ dawn l-istess Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-appellanti tilfu, hemm lok li jiġu ordnati jbatu l-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.