Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62010CO0273

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-18 ta' Marzu 2011.
    David Montoya Medina vs Fondo de Garantía Salarial u Universidad de Alicante.
    Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana - Spanja.
    Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta' xogħol għal żmien determinat fil-qasam pubbliku - Dritt għall-allowances ta' anzjanità ta' kull tliet snin - Prinċipju ta' nondiskriminazzjoni.
    Kawża C-273/10.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2011:167





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Marzu 2011 – Montoya Medina vs Fondo de Garantía Salarial u Universidad de Alicante

    (Kawża C-273/10)

    “Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura − Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE − Klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat – Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku – Dritt għall-allowances ta’ anzjanità ta’ kull tliet snin – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”

    1.                     Politika soċjali - Ftehim Qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Direttiva 1999/70 - Kundizzjonijiet ta’ impjieg - Kunċett - Allowance ta’ anzjanità - Inklużjoni - Obbligu li jiġi applikat il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżola 4(1)) (ara l-punti 32-34)

    2.                     Politika soċjali - Ftehim Qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Direttiva 1999/70 - Ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol - “L-istess xogħol” - Kunċett - Ħaddiema li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżola 3(2)) (ara l-punti 36-39)

    3.                     Politika soċjali - Ftehim Qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Direttiva 1999/70 - Raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw trattament differenti - Kunċett (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżola 4(1)) (ara l-punti 34, 37, 40-43, 47 u d-dispożittiv)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana - Interpretazzjoni tal-klawżola 4(4) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC [CES], mill-UNICE u miċ-ĊEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 368) - Kuntratti ta’ xogħol ta’ għalliem-riċerkatur konklużi mal-universitajiet pubbliċi - Esklużjoni ta’ ċerti allowances mill-kuntratti għal żmien determinat

    Dispożittiv

    Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC [CES], mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr ebda ġustifikazzjoni oġġettiva, tirriżerva d-dritt għal allowance ta’ anzjanità biss lil-lecturers bid-dottorat b’kuntratt għal perijodu indeterminat, bl-esklużjoni ta’ lecturers bid-dottorat b’kuntratt għal perijodu determinat, meta, fir-rigward tal-fatt li jirċievu din l-allowance, dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli.

    Fuq