EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62009CO0459

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tas-16 ta' Settembru 2010.
Dominio de la Vega, SL vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Appell - Trade mark Kommunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 -Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DOMINIO DE LA VEGA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PALACIO DE LA VEGA -Eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni f'parti mit-territorju tal-Unjoni - Evalwazzjoni tax-xebh bejn trade marks - Element dominanti.
Kawża C-459/09 P.

IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2010:533





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Settembru 2010 – Dominio de la Vega vs UASI

(Kawża C-459/09 P)

“Appell – Trade mark Kommunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DOMINIO DE LA VEGA – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PALACIO DE LA VEGA – Eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni f’parti mit-territorju tal-Unjoni – Evalwazzjoni tax-xebh bejn trade marks – Element dominanti”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 31, 32, 51, 64, 65)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Trade mark preċedenti komposta minn trade mark Komunitarja - Rifjut ta’ reġistrazzjoni minħabba raġuni relattiva għal rifjut anki jekk limitata għal parti tal-Komunità (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 30)

3.                     Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 44)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”) (Is-Seba’ Awla), tas-16 ta’ Settembru 2009, Dominio de la Vega vs UASI (T‑458/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1431/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ambrosio Velasco, SA u Dominio de la Vega, SL.

 Dispożittiv

1)         L-appell huwa miċħud.

1)

Dominio de la Vega SL hija kkundannata għall-ispejjeż.

Fuq