This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1157
Commission Regulation (EC) No 1157/2009 of 27 November 2009 derogating from Regulations (EC) Nos 2402/96, 2058/2096, 2305/2003, 955/2005, 969/2006, 1918/2006, 1964/2006, 1002/2007, 27/2008, 1067/2008 and 828/2009 as regards the dates for lodging applications and the issuing of import licences in 2010 under the tariff quotas for sweet potatoes, manioc starch, manioc, cereals, rice, sugar and olive oil and derogating from Regulations (EC) Nos 382/2008, 1518/2003, 596/2004 and 633/2004 as regards the dates of issuing of export licences in 2010 in the beef and veal, pigmeat, eggs and poultrymeat sectors
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1157/2009 tas- 27 ta’ Novembru 2009 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 1002/2007, (KE) Nru 27/2008, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tat-talbiet u l-ħruġ ta’ ċertifikati tal-importazzjoni fl-2010 skont il-kwoti tariffarji li jikkonċernaw il-patata ħelwa, il-karboidrat tal-manjoka, il-manjoka, iċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004 u (KE) Nru 633/2004 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq taċ-ċertifikati tal-esportazzjoni fl-2010 fl-oqsma tal-laħam taċ-ċanga, tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1157/2009 tas- 27 ta’ Novembru 2009 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 1002/2007, (KE) Nru 27/2008, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tat-talbiet u l-ħruġ ta’ ċertifikati tal-importazzjoni fl-2010 skont il-kwoti tariffarji li jikkonċernaw il-patata ħelwa, il-karboidrat tal-manjoka, il-manjoka, iċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004 u (KE) Nru 633/2004 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq taċ-ċertifikati tal-esportazzjoni fl-2010 fl-oqsma tal-laħam taċ-ċanga, tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur
ĠU L 313, 28.11.2009, p. 60–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 09/11/2010; Imħassar b' 32010R1000
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 31996R2058 | Deroga | artikolu 2.1L3 | 01/12/2009 | |
Derogation | 31996R2402 | Deroga | artikolu 3 | 01/12/2009 | |
Derogation | 31996R2402 | Deroga | artikolu 9L1 | 01/12/2009 | |
Derogation | 31996R2402 | Deroga | artikolu 13.1 | 01/12/2009 | |
Derogation | 31996R2402 | Deroga | artikolu 8.1 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32003R1518 | Deroga | artikolu 3.3 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32003R2305 | Deroga | artikolu 3.1 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32004R0596 | Deroga | artikolu 3.3 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32004R0633 | Deroga | artikolu 3.3 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32005R0955 | Deroga | artikolu 4.1 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32006R0969 | Deroga | artikolu 4.1 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32006R1918 | Deroga | artikolu 3.3 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32006R1964 | Deroga | artikolu 4.3L1 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32007R1002 | Deroga | artikolu 2.3 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32008R0027 | Deroga | artikolu 8L1 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32008R0027 | Deroga | artikolu 8.4 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32008R0382 | Deroga | artikolu 12.1L2 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32008R1067 | Deroga | artikolu 4.1 | 01/12/2009 | |
Derogation | 32009R0828 | Deroga | artikolu 4.1 | 01/12/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32009R1157R(01) | (CS) | |||
Repealed by | 32010R1000 | ||||
Modified by | 32010R1178 | Revoka parzjali | |||
Modified by | 32011R0090 | Revoka parzjali | |||
Modified by | 32013R1373 | Revoka parzjali |
28.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/60 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1157/2009
tas-27 ta’ Novembru 2009
li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 1002/2007, (KE) Nru 27/2008, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tat-talbiet u l-ħruġ ta’ ċertifikati tal-importazzjoni fl-2010 skont il-kwoti tariffarji li jikkonċernaw il-patata ħelwa, il-karboidrat tal-manjoka, il-manjoka, iċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004 u (KE) Nru 633/2004 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq taċ-ċertifikati tal-esportazzjoni fl-2010 fl-oqsma tal-laħam taċ-ċanga, tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/317/KE tat-13 ta’ Mejju 1996 dwar il-konklużjoni tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja skont l-Artikolu XXIII tal-GATT (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali],
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV:6 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (3), u partikolarment l-Artikoli 144(1), 148, 156 u 161(3), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97 u (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2402/96 tas-17 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli amministrattivi għal ċerti kwoti annwali ta’ tariffi għal patata ħelwa u karboidrat tal-manjoka (6) jipprovdi d-dispożizzjonijiiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tal-patata ħelwa skont il-kwoti 09.4013 u 09.4014, minn naħa, u tal-karboidrat tal-manjoka skont il-kwoti 09. 4064 u 09. 4065, min-naħa l-oħra. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2008 tal-15 ta’ Jannar 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi annwali għall-prodotti regolati b’kodiċi NM 0714 10 91, 0714 10 99, u 0714 90 11 u 0714 90 19 li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi minbarra t-Tajlandja (7) jipprovdi d-dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, għall-prodotti kkonċernati, skont il-kwoti 09.4009, 09.4010, 09.4011, 09.4012 u 09.4021. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (8), Nru 2305/2003 (KE) tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (9), u Nru 969/2006 (KE) tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja Komunitarja għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (10), jipprovdu d-dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri skont il-kwoti 09.4123, 09.4124 u 09.4125, għax-xgħir skont il-kwota 09.4126 u għall-qamħirrum skont il-kwota 09.4131. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2058/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwota ta’ tariffa għal ross miksur (broken rice) ta’ kodiċi NM 1006 40 00 għal produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 1901 10 (11), tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Bangladexx, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (12), tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2007 tad-29 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu (13) u tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/2005 tat-23 ta’ Ġunju 2005 li jiftaħ kwota ta’ importazzjoni tal-Komunità għal ross li joriġina mill-Eġittu (14) jipprovdu d-dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal ross miksur skont il-kwota 09.4079, tar-ross li joriġina mill-Bangladexx skont il-kwota 09.4517, tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu skont il-kwota 09.4094 u tar-ross li joriġina mill-Eġittu skont il-kwota 09.4097. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 (15) jipprovdi, għas-snin tas-suq 2009/2010 sa 2014/2015, il-modalitajiet tal-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar tal-prodotti tas-settur taz-zokkor rilevanti għall-pożizzjoni tariffarja 1701 fil-qafas tal-ftehimiet preferenzjali, previsti midd-dispożizzjonijiet partikulari għat-tressiq tal-talbiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti 09.4221, 09.4231, 09.4241 sa 09.4247. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (16) jipprovdi għal dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa skont il-kwota 09.4032. |
(7) |
Minħabba l-btajjel għas-sena 2010, għandha ssir deroga, f’ċertu żmien, mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 1002/2007, (KE) Nru 1067/2008, (KE) Nru 828/2009 dwar id-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, sabiex tkun assigurata l-konformità mal-volumi tal-kwoti konċernati. |
(8) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (17), l-Artikolu 3(3), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2003 tat-28 ta’ Awwissu 2003 li jniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal (18), l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 596/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fis-settur tal-bajd (19) u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (20), jipprovdu li l-liċenzji tal-esportazzjoni jinħarġu nhar l-Erbgħa li jiġi wara l-ġimgħa li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, bil-kundizzjoni li l-ebda miżura partikolari ma tkun ittieħdet mill-Kummissjoni sa dakinhar. |
(9) |
Minħabba l-btajjel għas-sena 2010, u l-effetti fuq il-pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-perjodu minn meta jitressqu l-applikazzjonijiet u l-jum meta jinħarġu l-liċenzji jkun qasir wisq biex jiżgura ġestjoni tajba tas-suq. Għalhekk jeħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż. |
(10) |
Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Patata ħelwa
1. B’deroga mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-patata ħelwa skont il-kwoti 09.4013 u 09.4014 ma jistgħux jitressqu, għas-sena 2010, qabel it-Tlieta 5 ta’ Jannar 2010 jew wara t-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010.
2. B’deroga mill-Artikolu 8(1), tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, il-liċenzji tal-importazzjoni tal-patata ħelwa li għalihom tressqu applikazzjonijiet fid-data indikata fl-Anness I għal dan ir-Regolament, skont il-kwoti 09.4013 u 09.4014, għandhom jinħarġu fid-data indikata fl-Anness I imsemmi, soġġett għall-miżuri adottati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (21).
Artikolu 2
Il-karboidrat tal-manjoka
1. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-karboidrat tal-manjoka skont il-kwoti 09.4064 u 09.4065 ma jistgħux jitressqu, għas-sena 2010, qabel it-Tlieta 5 ta’ Jannar 2010 jew wara t-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010.
2. B’deroga mill-Artikolu 13(1), tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, il-liċenzji tal-importazzjoni tal-karboidrat tal-manjoka li għalihom tressqu applikazzjonijiet fid-data indikata fl-Anness II għal dan ir-Regolament, skont il-kwoti 09.4064 u 09.4065, għandhom jinħarġu fid-data indikata f’dan l-Anness II, soġġett għall-miżuri adottati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
Artikolu 3
Manjoka
1. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 27/2008, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-manjoka skont il-kwoti 09.4009, 09.4010, 09.4011, 09.4012 u 09.4021 ma jistgħux jitressqu, għas-sena 2010, qabel it-Tnejn 4 ta’ Jannar 2010 jew wara l-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
2. B’deroga mill-Artikolu 8(4), tar-Regolament (KE) Nru 27/2008, il-liċenzji tal-importazzjoni tal-manjoka li għalihom tressqu applikazzjonijiet fid-data indikata fl-Anness III, skont il-kwoti 09.4009, 09.4010, 09.4011, 09.4012 u 09.4021, għandhom jinħarġu fid-dati indikati f’dan l-Anness III, soġġett għall-miżuri adottati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
Artikolu 4
Ċereali
1. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2010, l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta’ qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri skont il-kwoti 09.4123, 09.4124 u 09.4125 ma għandux jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2010, fis-13:00 ħin ta’ Brussell. Applikazzjonijiet bħal dawn ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara nhar il-Ġimgħa s-17 ta’ Diċembru 2010, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
2. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2010, l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta’ xgħir skont il-kwota 09.4126, ma għandux jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2010 fis-13:00 ħin ta’ Brussell. Applikazzjonijiet bħal dawn ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara nhar il-ġimgħa t- 17 ta’ Diċembru 2010, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
3. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2010, l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta’ xgħir skont il-kwota 09.4131, ma għandux jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2010 fis-13:00 ħin ta’ Brussell. Applikazzjonijiet bħal dawn ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara nhar il-Ġimgħa s-17 ta’ Diċembru 2010, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
Artikolu 5
Ross
1. B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2058/96, għas-sena 2010, l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta’ xgħir skont il-kwota 09.4079 ma għandux jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2010 fis-13:00, ħin ta’ Brussell. Dawn l-applikazzjonijiet ma jistgħux jitressqu wara l-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru 2010, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
2. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2010, l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta’ xgħir li joriġina mill-Bangladexx skont il-kwota 09.4517, ma għandux jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2010 fis-13:00, ħin ta’ Brussell. Dawn l-applikazzjonijiet ma jistgħux jitressqu wara l-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru 2010, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
3. B’deroga mill-Artikolu 2(3), tar-Regolament (KE) Nru 1002/2007, għas-sena 2010, l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta’ ross li joriġina u li ġej mill-Eġittu, skont il-kwota 09.4094, ma għandux jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2010 fis-13:00, ħin ta’ Brussell. Dawn l-applikazzjonijiet ma jistgħux jitressqu wara l-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru 2010, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
4. B’deroga mill-Artikolu 4(1), tar-Regolament (KE) Nru 955/2005, għas-sena 2010, l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Eġittu, skont il-kwota 09.4097, ma għandux jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2010 fis-13:00, ħin ta’ Brussell. Dawn l-applikazzjonijiet ma jistgħux jitressqu wara l-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru 2010, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
Artikolu 6
Zokkor
B’deroga mill-Artikolu 4(1), tar-Regolament (KE) Nru 828/2009, ma jistgħux jitressqu applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni ta’ prodotti mis-settur taz-zokkor skont il-kwoti 09.4221 u 09.4231, 09.4241 sa 09.4247 wara l-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru 2010 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, u sal-Ġimgħa 31 ta’ Diċembru 2010 fis-13:00, ħin ta’ Brussell.
Artikolu 7
Żejt taż-żebbuġa
B’deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li għalihom ikunu tressqu l-applikazzjonijiet it-Tnejn 29 jew it-Tlieta 30 ta’ Marzu 2010, fil-kuntest tal-kwota 09.4032, għandhom jinħarġu l-Ġimgħa fid-9 ta’ April 2010 b’riżerva għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
Artikolu 8
Liċenzji tal-esportazzjoni b’rifużjonijiet għas-setturi taċ-ċanga u l-vitella u l-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur
B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 596/2004 u mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 633/2004, il-liċenzji tal-esportazzjoni li għalihom tressqu applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jissemmew f’dan ir-Regolament.
Id-deroga pprovduta fl-ewwel subparagrafu tapplika biss meta l-ebda miżura partikolari pprovduta fl-Artikolu 12(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, fl-Artikolu 3(4) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, fl-Artikolu 3(4) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 596/2004 u fl-Artikolu 3(4) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 633/2004, ma tkun ittieħdet qabel dawk id-dati ta’ ħruġ.
Artikolu 9
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2009.
Mill-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 122, 22.5.1996, p. 15.
(2) ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.
(3) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(4) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
(6) ĠU L 327, 18.12.1996, p. 14.
(8) ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.
(9) ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7.
(10) ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.
(11) ĠU L 276, 29.10.1996, p. 7.
(12) ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19.
(13) ĠU L 226, 30.8.2007, p. 15.
(14) ĠU L 164, 24.6.2005, p. 5.
(15) ĠU L 240, 11.9.2009, p. 14.
(16) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.
(17) ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.
(18) ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35.
(19) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 33.
(20) ĠU L 100, 6.4.2004, p. 8.
(21) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS I
Ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni tal-patata ħelwa skont il-kwota 09.4013 u 09.4014 għal ċerti perjodi tas-sena 2010
Dati tat-tressiq tal-applikazzjonijiet |
Dati tal-ħruġ tal-liċenzji |
It-Tlieta 30 ta’ Marzu 2010 |
Il-Ġimgħa 9 ta’ April 2010 |
ANNESS II
Ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni tal-karboidrat tal-manjoka skont il-kwota 09.4064 u 09.4065 għal ċerti perjodi tas-sena 2010
Dati tat-tressiq tal-applikazzjonijiet |
Dati tal-ħruġ tal-liċenzji |
It-Tlieta 30 ta’ Marzu 2010 |
Il-Ġimgħa 9 ta’ April 2010 |
ANNESS III
Ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni tal-manjoka skont il-kwoti 09.4009, 09.4010, 09.4011, 09.4012 u 09.4021 għal ċerti perjodi tas-sena 2010
Dati tat-tressiq tal-applikazzjonijiet |
Dati tal-ħruġ tal-liċenzji |
It-Tnejn 29, it-Tlieta 30, u l-Erbgħa 31 ta’ Marzu 2010 |
Il-Ġimgħa 9 ta’ April 2010 |
ANNESS IV
Il-perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur |
Dati tal-ħruġ |
Mid-29 ta’ Marzu sat-2 ta’ April 2010 |
It-8 ta’ April 2010 |
Mis-17 sal-21 ta’ Mejju 2010 |
Is-27 ta’ Mejju 2010 |
Mill-25 sad-29 ta’ Ottubru 2010 |
Il-5 ta’ Novembru 2010 |