Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0650

Kawża T-650/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2023 – Casa International vs EUIPO – Interstyle (casa) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea casa – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

ĠU C 179, 22.5.2023, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2023 – Casa International vs EUIPO – Interstyle (casa)

(Kawża T-650/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea casa - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2023/C 179/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Casa International (Olen, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Cornette u T. Poels-Ryckeboer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Doherty u E. Markakis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Interstyle BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Verbeek, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1280/2020-2).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1280/2020-2) hija annullata peress li din ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Casa International fir-rigward tal-prodotti li ġejjin li jaqgħu taħt il-klassi 16: “Karti, kartunċin u prodotti b’dan il-materjal mhux inklużi fi klassijiet oħra; materjal stampat; kartolerija; adeżivi (sustanza li twaħħal) għal skopijiet ta’ kartolerija jew domestiku; materjal tal-artisti; pniezel taż-żebgħa; tajprajters u oġġetti neċessarji għall-uffiċju (apparti l-għamara); materjal istruttiv u għat-tagħlim (minbarra apparat); tgeżwir tal-plastik għall-ippakkjar (mhux inklużi fi klassijiet oħra); tipi tal-istampar; inċiżjonijiet tal-istampar”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 490, 6.12.2021.


Top