EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0030
Case T-30/20: Action brought on 20 January 2020 – Promed v EUIPO – Centrumelektroniki (Promed)
Kawża T-30/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 –Promed vs EUIPO – Centrumelektroniki (Promed)
Kawża T-30/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 –Promed vs EUIPO – Centrumelektroniki (Promed)
ĠU C 68, 2.3.2020, p. 69–70
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/69 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 –Promed vs EUIPO – Centrumelektroniki (Promed)
(Kawża T-30/20)
(2020/C 68/77)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Promed GmbH kosmetische Erzeugnisse (Farchant, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Reinisch u B. Sorg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Centrumelektroniki sp.j. (Tarnowskie Góry, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Promed”
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 614/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
fir-rigward tat-talba tar-rikorrenti għal rimbors tal-ispejjeż tal-appell, tibdel id-deċiżjoni kkontestata sabiex l-ispejjeż tal-appell jiġu rrimborsati; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO tat-22 ta’ Frar 2019 (Proċedimenti ta’ Kanċellazzjoni 2017 Nru 15 428 C) sa fejn l-imsemmija deċiżjoni tiddikjara invalida t-trade mark Ewropea Nru No 6 206 718 għall-prodotti:
|
— |
tiċħad it-talba għar-revoka tat-trade mark Ewropea Nru No 6 206 718 Promed kollha kemm hi; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż (inklużi dawk tar-rikorrenti, l-ispejjeż tal- EUIPO u, kif il-parti l-oħra tintervjeni, dawk tal-intervenjent). |
Motivi invokati
— |
Ksur tat-tielet sentenza tal-Artikolu 95(1) flimkien mal-Artikolu 59(1)(a), u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |