This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011AE0069
Opinion of the European Economic and Social Committee on the Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Council Regulation (EC) No 1288/2009 establishing transitional technical measures from 1 January 2010 to 30 June 2011 COM(2010) 488 final — 2010/0255(COD)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill- 1 ta’ Jannar 2010 sat- 30 ta’ Ġunju 2011 COM(2010) 488 finali – 2010/0255 (COD)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill- 1 ta’ Jannar 2010 sat- 30 ta’ Ġunju 2011 COM(2010) 488 finali – 2010/0255 (COD)
ĠU C 84, 17.3.2011, p. 47–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 84/47 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011
COM(2010) 488 finali – 2010/0255 (COD)
2011/C 84/10
Relatur uniku: is-Sur SARRÓ IPARRAGUIRRE
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, nhar is-7 u t-8 ta' Ottubru 2010 rispettivament, iddeċidew, b'konformità mal-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta' Jannar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2011
COM(2010) 488 finali – 2010/0255 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-15 ta' Diċembru 2010.
Matul l-468 sessjoni plenarja tiegħu li saret fid-19 u l-20 ta' Jannar 2011 (seduta tad-19 ta' Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni bi 82 vot favur, l-ebda vot kontra u astensjoni waħda.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Fid-dawl tal-fatt li l-applikabbiltà tal-miżuri tekniċi temporanji stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 tagħlaq fit-30 ta' Ġunju 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jikkunsidra li dan ir-Regolament għandu jiġi mmodifikat biex il-validità tiegħu tiġi estiża sal-1 ta' Jannar 2013, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tinsab fil-COM(2010) 488 finali tat-23 ta' Settembru 2010. |
1.2 |
L-adozzjoni ta' din il-Proposta għal Regolament tiggarantixxi, fl-assenza ta' standards li jistabbilixxu miżuri tekniċi permanenti, sigurtà legali u l-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi sal-1 ta' Jannar 2013, data li fiha għandha tidħol fis-seħħ il-Politika Komuni tas-Sajd il-ġdida li ser tiġbor fiha l-prinċipji fundamentali tal-miżuri tekniċi. |
1.3 |
Il-Kumitat jixtieq iressaq għall-konsiderazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tat-test tal-Proposta għal Regolament, il-punt 1 b) i) tal-Artikolu uniku ta' dan, li jirreferi għall-punt 2 a) i) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1288/2009, li fil-punti 9.3, 9.6 u 9.8 id-data “2010” tinbidel f'“2011”. |
2. Kuntest
2.1 |
Fl-4 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni ressqet Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi (1). |
2.2 |
Fir-rigward ta' din il-Proposta għal Regolament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħareġ opinjoni korrispondenti li wara l-proċedura regolamentarja, ġiet approvata fl-451 sessjoni plenarja tal-Kumitat tal-25 ta' Frar 2009 (2). |
2.3 |
L-ipproċessar ta' din il-Proposta għal Regolament min-naħa tal-Kummissjoni tar-Regolament ġie ostakolat fl-2009 min-negozjati għall-approvazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona. |
2.4 |
Sadattant, u minħabba fl-urġenza tiegħu, ġie approvat ir-Regolament (KE) Nru 43/2009 li stabbilixxa, għall-2009, il-possibbiltajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet korrispondenti għal popolazzjonijiet speċifiċi u gruppi ta' popolazzjonijiet ta' ħut (3). |
2.5 |
Sadattant, filwaqt li tkompla l-ipproċessar tar-Regolament tal-Kunsill dwar il-miżuri tekniċi matul l-2009, il-miżuri previsti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 43/2009 ma baqgħux validi, billi l-perjodu ta' applikazzjoni tagħhom intemm. |
2.6 |
Minħabba f'hekk u għal raġunijiet ta' ċertezza legali kif ukoll biex tinżamm konservazzjoni u ġestjoni adatta tar-riżorsi tal-baħar, ġie adottat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta' Jannar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2011 (4); dan jiggarantixxi l-kontinwazzjoni tal-miżuri tekniċi temporanji li kienu ġew inklużi fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 għal perjodu ta' tranżizzjoni ta' 18-il xahar. |
2.7 |
Fil-kuntest tar-rekwiżiti l-ġodda tat-Trattat ta' Lisbona, fl-2010 l-Kummissjoni rtirat il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi. |
2.8 |
Il-prinċipji bażiċi tal-miżuri tekniċi ser jinġabru fir-regolament bażiku l-ġdid dwar ir-riforma attwali tal-Politika Komuni tas-Sajd, li għaliha hija prevista proposta li għandha tiġi ppreżentata matul it-tielet kwart tal-2011 u li għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013. |
2.9 |
Fid-dawl tal-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1288/2009 ser jintemm fit-30 ta' Ġunju 2011 u li bħalissa ma jeżistix att legali li jistabbilixxi l-miżuri tekniċi permanenti, ikun tajjeb li l-validità ta' dan ir-Regolament tiġi estiża għal 18-il xahar, sal-1 ta' Jannar 2013. |
2.10 |
Il-konsegwenza ta' dan kollu hija l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, is-suġġett ta' din l-opinjoni tal-KESE, li jimmodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 billi jestendih għal 18-il xahar sal-1 ta' Jannar 2013. |
3. Kummenti tal-KESE
3.1 |
Il-KESE japprova t-test tal-Proposta għal Regolament, billi l-kontenut tagħha jirreferi għall-adattament tar-Regolament (KE) Nru 1288/2009 għad-dati l-ġodda estiżi sal-1 ta' Jannar 2013, ħaġa li tiggarantixxi s-sigurtà legali u l-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi sal-adozzjoni tal-miżuri tekniċi permanenti. |
3.2 |
Madankollu, fir-rigward tal-punt 1 b) i) tal-Artikolu uniku, il-Kumitat iqis li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jikkunsidraw l-estensjoni sal-1 ta' Ottubru 2011 tal-iskadenza mogħtija lill-Istati Membri fir-Regolament (KE) Nru 1288/2009, bil-għan li l-istituti xjentifiċi interessati jkunu jistgħu jippreżentaw ir-rapporti xjentifiċi tagħhom dwar is-sajd f'ilmijiet iktar fondi minn 600 metri fiż-żoni ICES VIII, IX u X. |
3.3 |
Din it-talba hija bbażata fuq l-għadd ta' inċidenti li seħħew fl-ipproċessar ta' din il-leġislazzjoni, deskritti fil-punt 2 ta' din l-opinjoni, li ma ħallewx lill-Istati Membri jwettqu l-kampanji xjentifiċi neċessarji fil-ħin sabiex ikunu jistgħu jippreżentaw rapport dettaljat biżżejjed dwar dan it-tip ta' sajd lill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku tas-Sajd. |
Brussell, 19 ta’ Jannar 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) COM(2008) 324 finali.
(4) ĠU L 347, 24.12.2009, p. 6.