Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

It-Trattat ta' Ruma (KEE)

It-Trattat ta' Ruma (KEE)

 

SOMMARJU TA’:

Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (Trattat tal-KEE)

X’INHU L-GĦAN TAT-TRATTAT?

  • Dan stabbilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) li laqqgħet flimkien lil 6 pajjiżi (il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u n-Netherlands) biex jaħdmu favur l-integrazzjoni u t-tkabbir ekonomiku permezz tan-negozju.
  • Dan ħoloq suq komuni bbażat fuq il-moviment liberu ta':
    • oġġetti
    • nies
    • servizzi
    • kapital.
  • Dan ġie ffirmat b'mod parallel ma' trattat ieħor li stabbilixxa l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom).
  • It-trattat ta' Ruma ġie emendat diversi drabi u llum jissejjaħ it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

PUNTI EWLENIN

Objettivi

  • L-objettiv tal-KEE u tas-suq komuni kien li:
    • jittrasformaw il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u l-produzzjoni fuq it-territorju tas-6 membri tagħhom u
    • jservu bħala pass lejn l-unifikazzjoni politika aktar fil-qrib tal-Ewropa.

Għanijiet speċifiċi

Il-firmatarji qablu li:

  • jibnu l-pedamenti ta' “unjoni dejjem eqreb” fost il-popli Ewropej;
  • jiżguraw il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi tagħhom b'azzjoni konġunta biex jiġi eliminat il-kummerċ u ostakoli oħra bejniethom;
  • itejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol taċ-ċittadini tagħhom;
  • jiżguraw kummerċ bilanċjat u kompetizzjoni ġusta;
  • inaqqsu d-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn id-diversi reġjuni tal-KEE;
  • gradwalment jabolixxu r-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali permezz ta' politika ta' kummerċ komuni;
  • jirrispettaw il-prinċipji tal-Karta tan-NU;
  • jgħaqqdu r-riżorsi tagħhom biex jippreservaw u jsaħħu l-paċi u l-libertà u jistiednu lill-popli l-oħra tal-Ewropa li għandhom dan l-ideal biex jissieħbu magħhom f'dawn l-isforzi.

Suq komuni

It-trattat:

L-unjoni doganali

  • It-trattat abolixxa kwoti (jiġifieri limiti fuq l-importazzjonijiet) u dazji doganali bejn is-6 firmatarji tiegħu.
  • Dan stabbilixxa tariffa esterna komuni fuq importazzjonijiet minn barra l-KEE, li tieħu post it-tariffi preċedenti tal-istati differenti.
  • L-unjoni doganali kienet akkumpanjata minn politika kummerċjali komuni. Din il-politika, ġestita fil-livell tal-KEE u li m'għadhiex fil-livell nazzjonali, tiddistingwi l-unjoni doganali minn sempliċiment assoċjazzjoni ta' kummerċ ħieles.

Politiki konġunti

  • It-trattat stabbilixxa ċerti politiki mill-bidu bħala politiki konġunti fost il-pajjiżi membri, inkluż:
  • F'każ ta' bżonn, dan ippermetta l-ħolqien ta' politiki konġunti oħrajn. Wara l-1972, il-KEE stabbilixxiet azzjoni konġunta fl-oqsma tal- politika ambjentali, reġjonali, soċjali u industrijali.
  • Dawn il-politiki ġew akkumpanjati mill-ħolqien ta:

Istituzzjonijiet

META APPLIKA T-TRATTAT?

Iffirmat fil-25 ta' Marzu 1957, dan beda japplika mill-1 ta' Jannar 1958.

SFOND

Għal aktar tagħrif, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (mhux ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali)

L-emendi suċċessivi għat-trattat ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.

l-aħħar aġġornament 14.03.2017

Top