This document is an excerpt from the EUR-Lex website
EU budget 2019
Il-baġit tal-UE għall-2019
Il-baġit tal-UE għall-2019
This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.
Il-baġit tal-UE għall-2019
SOMMARJU TA’:
Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2019/333 tal-baġit ġenerali tal-UE għall-2019
X’INHU L-GĦAN TA’ DAN L-ATT?
Dan huwa t-test maqbul mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li jadotta l-baġit tal-UE għall-2019.
Il-baġit:
Għall-2019, dawn jinkludu:
PUNTI EWLENIN
Il-baġit tal-UE għall-2019 jipprevedi EUR 165.795 biljun f’impenji* ta’ nfiq u EUR 148.199 biljun fi krediti ta’ pagament*. L-oqsma ewlenin tan-nefqa (f’EUR miljuni) huma:
L-impenji (EUR miljuni) |
Il-pagamenti (EUR miljuni) |
|
Il-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi (ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, eċċ.) |
23 335 |
20 522 |
Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (fondi reġjonali, soċjali u ta’ investiment, eċċ .) |
57 192 |
47 035 |
It-tkabbir sostenibbli, ir-riżorsi naturali (l-agrikoltura, is-sajd, il-politiki rurali u ambjentali, eċċ.) |
59 642 |
57 400 |
|
43 192 |
43 116 |
Is-sigurtà u ċ-ċittadinanza (il-protezzjoni tal-fruntieri, il-politika dwar l-asil, l-attivitajiet kontra t-terroriżmu, eċċ.) |
3 787 |
3 527 |
Ewropa Globali (l-għajnuna għall-iżvilupp barra mill-UE, l-għajnuna umanitarja, eċċ.) |
11 319 |
9 358 |
Amministrazzjoni (salarji tal-persunal, il-kostijiet tal-pensjonijiet u operazzjonali) |
9 943 |
9 945 |
Strumenti speċjali |
577 |
412 |
MINN META JAPPLIKA L-BAĠIT?
Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2019.
SFOND
Il-baġit annwali jiffinanzja l-firxa sħiħa tal-politiki, l-attivitajiet, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE. Dan jirrappreżenta madwar 1 % tal-introjtu nazzjonali gross tat-28 pajjiż tal-UE (1).
Kull sena, normalment fl-aħħar tar-rebbiegħa, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-abbozz tal-baġit tal-UE għas-sena ta’ wara. Għall-2019, l-abbozz inizjali tal-baġit tal-UE ġie propost fit-23 ta’ Mejju 2018. Din il-proposta inkludiet EUR 166 biljun f’impenji u EUR 149 biljun f’pagamenti (madwar 3 % ogħla miċ-ċifri tal-2018 fiż-żewġ każijiet). Abbażi ta’ dan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ilkoll ħadu pożizzjoni.
Wara li saru negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fl-aħħar intlaħaq ftehim fit-3 ta’ Diċembru 2018. Il-baġit tal-UE għall-2019 ġie approvat b’mod formali mill-Kunsill fil-11 ta’ Diċembru 2018 u ġie adottat b’mod definittiv mill-Parlament Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2018.
Il-baġit għall-2019 huwa s-sitt wieħed taħt il-qafas finanzjarju pluriennali attwali ta’ bejn l-2014 u l-2020.
Għal aktar tagħrif ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2019/333 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (ĠU L 67, 7.3.2019, pp. 1-2350)
l-aħħar aġġornament 04.03.2019
(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.