Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 62022CJ0356
Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 9 March 2023.#Pro Rauchfrei eV v JS eK.#Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof.#Reference for a preliminary ruling – Manufacture, presentation and sale of tobacco products – Directive 2014/40/EU – Labelling and packaging – Article 2(40) – Concept of ‘placing on the market’ – Article 8(3) – Health warnings to appear on each unit packet of a tobacco product and any outside packaging – Prohibition on hiding – Automatic vending machines for packets of cigarettes – Packets of cigarettes which are not visible from the outside.#Case C-356/22.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023.
Pro Rauchfrei e.V. vs JS e.K.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa minn Bundesgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk – Direttiva 2014/40/UE – Ittikkettjar u ppakkjar – Punt 40 tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ ‘tqegħid fis-suq’ – Artikolu 8(3) – Twissijiet tas-saħħa li għandhom jidhru fuq kull pakkett individwali ta’ prodott tat-tabakk, kif ukoll fuq kull imballaġġ estern – Projbizzjoni ta’ ħabi – Distributur awtomatiku ta’ pakketti tas-sigaretti – Pakketti tas-sigaretti li ma jidhrux minn barra.
Kawża C-356/22.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023.
Pro Rauchfrei e.V. vs JS e.K.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa minn Bundesgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk – Direttiva 2014/40/UE – Ittikkettjar u ppakkjar – Punt 40 tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ ‘tqegħid fis-suq’ – Artikolu 8(3) – Twissijiet tas-saħħa li għandhom jidhru fuq kull pakkett individwali ta’ prodott tat-tabakk, kif ukoll fuq kull imballaġġ estern – Projbizzjoni ta’ ħabi – Distributur awtomatiku ta’ pakketti tas-sigaretti – Pakketti tas-sigaretti li ma jidhrux minn barra.
Kawża C-356/22.
Сборник съдебна практика — общ сборник
Идентификатор ECLI: ECLI:EU:C:2023:174
*A9* Bundesgerichtshof, beschluss vom 24/02/2022 (I ZR 176/19)
*P1* Bundesgerichtshof, I. Zivilsenat, Urteil vom 26/10/2023 (ECLI:DE:BGH:2023:261023UIZR176.19.0)
Publication Flash News "Décisions de suivi" N° 1/24
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
9 ta’ Marzu 2023 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk – Direttiva 2014/40/UE – Ittikkettjar u ppakkjar – Punt 40 tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ ‘tqegħid fis-suq’ – Artikolu 8(3) – Twissijiet tas-saħħa li għandhom jidhru fuq kull pakkett individwali ta’ prodott tat-tabakk, kif ukoll fuq kull imballaġġ estern – Projbizzjoni ta’ ħabi – Distributur awtomatiku ta’ pakketti tas-sigaretti – Pakketti tas-sigaretti li ma jidhrux minn barra”
Fil-Kawża C‑356/22,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑24 ta’ Frar 2022, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑2 ta’ Ġunju 2022, fil-kawża
Pro Rauchfrei eV
vs
JS eK,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn E. Regan, President tal-Awla, D. Gratsias (Relatur), M. Ilešič, I. Jarukaitis u Z. Csehi, Imħallfin,
Avukata Ġenerali: L. Medina,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal JS eK, minn A. Meisterernst, Rechtsanwalt, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Schmidt, F. van Schaik u H. van Vliet, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU 2014, L 127, p. 1). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Pro Rauchfrei eV u JS eK dwar l-użu, minn dan tal-aħħar, ta’ distributuri awtomatiċi ta’ pakketti tas-sigaretti li jaħbu mill-konsumatur it-twissijiet tas-saħħa li jidhru fuq l-imballaġġi tas-sigaretti. |
Il‑kuntest ġuridiku
|
3 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/40, intitolat “Suġġett”, jipprovdi: “L-objettiv ta’ din id-Direttiva hu li tapprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward: […]
[…] sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern għat-tabakk u prodotti relatati, billi jittieħed bħala bażi l-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, speċjalment għaż-żgħażagħ, u biex jintlaħqu l-obbligi tal-Unjoni taħt il-[Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-Kontroll tat-Tabakk].” |
|
4 |
Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat “Definizzjonijiet”: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: […]
[…]
[…]” |
|
5 |
It-Titolu II tal-imsemmija direttiva, intitolat “Prodotti tat-tabakk”, jinkludi Kapitolu II, intitolat “Ittikkettar u ippakkjar”, li taħtu jaqa’ l-Artikolu 8, intitolat “Dispożizzjonijiet ġenerali”. Dan l-artikolu jipprovdi, fil-paragrafi 1, 3 u 8 tiegħu: “1. Kull pakkett wieħed ta’ prodotti tat-tabakk u kull ippakkjar estern għandu jkollu fuqu t-twissijiet tas-saħħa previsti f’dan il-Kapitolu bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-prodott ikun qed jitqiegħed fis-suq. […] 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twissijiet tas-saħħa fuq pakkett individwali u kull ippakkjar estern jiġu stampati b’mod li ma jkunux jistgħu jitneħħew, b’mod indelibbli u kompletament viżibbli, inkluż li ma jkunux parzjalment jew totalment moħbija jew interrotti permezz ta’ bolol tat-taxxi, marki tal-prezz, karatteristiċi ta’ sigurtà, tqartis, għatjiet, kaxex, jew oġġetti oħrajn meta l-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq. Fuq pakketti individwali tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti u t-tabakk tal-brim fil-borża, it-twissijiet tas-saħħa jistgħu jitwaħħlu permezz ta’ stickers, dment li t-tali stickers ma jkunux jistgħu jitneħħew. It-twissijiet tas-saħħa għandhom jibqgħu sħaħ mal-ftuħ tal-pakkett individwali minbarra l-pakketti b’għatu flip-top fejn it-twissijiet tas-saħħa jistgħu jinkisru mal-ftuħ, iżda b’tali mod li jkunu żgurati l-integrità grafika u l-viżibilità tat-test, ir-ritratti u l-informazzjoni dwar il-waqfien mit-tipjip. […] 8. Stampi ta’ pakketti individwali u xi ppakkjar estern li għandhom fil-mira tagħhom il-konsumaturi fl-Unjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu.” |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
|
6 |
JS, li tieħu ħsieb it-tmexxija ta’ żewġ supermarkets f’München (il-Ġermanja), installat, sa mill‑20 ta’ Mejju 2017, distributuri awtomatiċi ta’ pakketti tas-sigaretti maċ-checkout points ta’ dawn is-supermarkets. Il-pakketti tas-sigaretti kienu jinħażnu ġewwa dawn id-distributuri b’mod li l-klijenti ma setgħux jaraw dawn il-pakketti. Għad li l-buttuni tal-imsemmija distributuri, li bihom wieħed seta’ jagħmel l-għażla tiegħu, kienu jippermettu li, permezz ta’ rappreżentazzjoni grafika, jiġu identifikati marki differenti ta’ sigaretti, dawn ma kinux juru wkoll it-twissijiet tas-saħħa regolamentari. |
|
7 |
Sabiex jixtri pakkett tas-sigaretti, il-klijent kellu jitlob lill-kaxxiera li jiġi żblokkat id-distributur. Huwa stess kellu mbagħad jagħfas fuq il-buttuna li tikkorrispondi għall-pakkett tas-sigaretti li huwa jkun għażel, liema pakkett jintbagħat direttament fuq iċ-checkout belt sabiex il-klijent ikun jista’ jħallas għalih. |
|
8 |
Pro Rauchfrei hija assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru li tiddefendi d-drittijiet tal-vittmi ta’ tipjip passiv. Hija ressqet azzjoni quddiem il-Landgericht München I (il-Qorti Reġjonali ta’ München I, il-Ġermanja) sabiex JS tiġi pprojbita milli toffri li tbigħ prodotti tat-tabakk, b’mod partikolari sigaretti, f’ċirkustanzi fejn, permezz ta’ magna bħal dik deskritta fil-punt 6 ta’ din is-sentenza, jinħbew, fil-mument tal-offerta, it-twissijiet tas-saħħa li jidhru fuq il-pakketti individwali u fuq kull imballaġġ estern tal-prodotti tat-tabakk. Pro Rauchfrei talbet, sussidjarjament, li JS tiġi pprojbita milli toffri li tbigħ tali prodotti permezz ta’ magna li turi biss l-istampa ta’ pakketti individwali tas-sigaretti, mingħajr ma turi wkoll it-twissijiet tas-saħħa li għandhom jidhru fuqhom. |
|
9 |
Il-Landgericht München I (il-Qorti Reġjonali ta’ München I) ċaħdet din l-azzjoni. |
|
10 |
Pro Rauchfrei ppreżentat appell minn din id-deċiżjoni quddiem l‑Oberlandesgericht München (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ München, il-Ġermanja) li din il-qorti ċaħdet ukoll. Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li hija ddeċidiet li tippreżenta azzjoni għal Reviżjoni kontra din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja). |
|
11 |
Peress li qieset li l-eżitu ta’ dan l-appell kien jiddependi mill-interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3), kif ukoll tal-Artikolu 8(8) tad-Direttiva 2014/40, dik il-qorti adixxiet lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari, irreġistrata bin-Numru C‑370/20, li biha hija għamlet erba’ domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
12 |
Fis-sentenza tagħha tad‑9 ta’ Diċembru 2021, Pro Rauchfrei (C‑370/20, EU:C:2021:988), il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet għat-tielet u għar-raba’ domanda. Hija ddeċidiet, minn naħa, li l-Artikolu 8(8) tad-Direttiva 2014/40 għandu jiġi interpretat fis-sens li, skont din id-dispożizzjoni, “stampa ta’ pakkett individwali” tfisser stampa li ma tirriproduċix pakkett tas-sigaretti b’mod fidil, iżda li l-konsumatur jassoċja ma’ tali pakkett individwali minħabba d-dehra tiegħu, jiġifieri l-kontorni tiegħu, il-proporzjonijiet tiegħu, il-kuluri tiegħu, kif ukoll il-logo tat-trade mark u, min-naħa l-oħra, li din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li stampa ta’ pakkett individwali, li taqa’ taħt din l-imsemmija dispożizzjoni, iżda li ma jkollhiex it-twissijiet ta’ saħħa previsti fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta’ din id-direttiva, ma hijiex konformi mal-istess dispożizzjoni, anki jekk, qabel jixtrih, il-konsumatur ikun jista’ jara dawn it-twissijiet fuq il-pakkett tas-sigaretti li jikkorrispondi għal tali stampa. |
|
13 |
Mill-banda l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, fid-dawl tar-risposta mogħtija lit-tielet u lir-raba’ domanda, ma hemmx għalfejn tingħata risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda. |
|
14 |
Issa, fit-talba għal deċiżjoni preliminari li wasslet għal din il-kawża, il-qorti tar-rinviju ssostni li r-regoli tal-proċedura li jirregolaw il-kawża prinċipali jobbligawha tosserva l-ordni ta’ prijorità bejn it-talba prinċipali u t-talba sussidjarja. Sa fejn il-fondatezza tal-kap tat-talbiet imressqa prinċipalment minn Pro Rauchfrei tiddependi mir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda li, fis-sentenza tad‑9 ta’ Diċembru 2021, Pro Rauchfrei (C‑370/20, EU:C:2021:988), il-Qorti tal-Ġustizzja ma rrispondietx u sa fejn ir-risposta għat-tielet u għar-raba’ domanda hija rilevanti biss sabiex tkun evalwata l-fondatezza tal-kap tat-talbiet imressqa sussidjarjament minn din il-parti, risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda tibqa’ dejjem meħtieġa. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tiddubita t-tifsira tal-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq”, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40, kif ukoll tal-portata tal-projbizzjoni li jinħbew it-twissijiet permezz ta’ “kull element ieħor”, previst minn din id-dispożizzjoni. |
|
15 |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id‑domandi preliminari
|
16 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-awtorità li għandha sentenza mogħtija fi proċedura għal deċiżjoni preliminari ma żżommx lill-qorti nazzjonali, li għaliha hija indirizzata din is-sentenza, milli tqis li, qabel ma tiddeċiedi l-kawża prinċipali, ikun hemm bżonn li tadixxi mill-ġdid lill-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari meta hija ġġib elementi ta’ evalwazzjoni ġodda quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li jistgħu jwassluha li tirrispondi b’mod differenti għal domanda diġà magħmula (sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2003, Kaba, C‑466/00, EU:C:2003:127, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
17 |
Minn dan isegwi a fortiori li l-qorti nazzjonali, li lilha tkun indirizzata sentenza preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja, tista’ tressaq quddiem din tal-aħħar talba ġdida għal deċiżjoni preliminari li permezz tagħha hija tagħmlilha mill-ġdid id-domandi li l-Qorti tal-Ġustizzja qieset, permezz ta’ din is-sentenza, li, fid-dawl tar-risposta mogħtija għal domandi oħra, hija ma kellhiex għalfejn tirrispondi, sakemm din il-qorti, fit-talba l-ġdida tagħha, iġġib elementi, bħal dawk imsemmija fil-punt 14 ta’ din is-sentenza, li minnhom jirriżulta li, għall-finijiet tas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali, hemm effettivament bżonn li tingħata risposta għad-domandi mhux eżaminati. |
Fuq l‑ewwel domanda
|
18 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-offerta għall-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk permezz ta’ distributuri awtomatiċi li fihom il-pakketti individwali ta’ dawn il-prodotti jinħażnu b’mod li wieħed ma jkunx jista’ jarahom minn barra taqa’ taħt il-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
19 |
Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li, skont il-punt 40 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40, il-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq” ifisser “li l-prodotti, irrispettivament mill-post tal-manifattura tagħhom, isiru disponibbli għall-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, bi ħlas jew mingħajr ħlas, inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod […]”. |
|
20 |
Skont is-sens komuni tal-kliem “isiru disponibbli”, prodott tat-tabakk għandu jitqies li kien is-suġġett ta’ “tqegħid fis-suq”, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40, fejn il-konsumaturi jistgħu jiksbuh. B’hekk, malli prodott tat-tabakk ikun disponibbli għall-bejgħ, għandu jitqies li jkun tqiegħed fis-suq anki qabel ma jkun inxtara u sar ħlas għalih. |
|
21 |
Barra minn hekk, għandu jiġi ppreċiżat li, kif jirriżulta mill-kliem tal-punt 40 tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 8(3) ta’ din id-direttiva, il-mezzi li bihom il-prodotti tat-tabakk jiġu offruti lill-konsumaturi ma jaffettwawx it-tifsira tal-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq”, fis-sens tal-imsemmija direttiva. |
|
22 |
Għaldaqstant, f’dan il-każ, il-fatt li l-prodotti tat-tabakk ma jistgħux jidhru minn ġewwa d-distributur awtomatiku, li permezz tiegħu dawn il-prodotti jsiru disponibbli għall-bejgħ, ma jżommx milli jitqies li l-imsemmija prodotti kienu s-suġġett ta’ “tqegħid fis-suq”, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40. |
|
23 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet premessi, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40 għandha tiġi interpretata fis-sens li t-tqegħid għall-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk, permezz ta’ distributuri awtomatiċi li fihom il-pakketti individwali ta’ dawn il-prodotti jinħażnu b’mod li ma jkunux jistgħu jidhru minn barra, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
Fuq it‑tieni domanda
|
24 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li t-twissijiet tas-saħħa fuq pakkett individwali jew kull imballaġġ estern ta’ prodott tat-tabakk huma “moħbija”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sempliċement għaliex, billi dan il-prodott jitqiegħed f’distributur awtomatiku, dan ma jkun jista’ bl-ebda mod jidher minn barra. |
|
25 |
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40 tipprevedi l-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li t-twissijiet tas-saħħa fuq pakkett individwali u kull ippakkjar estern jiġu stampati b’mod li ma jkunux parzjalment jew totalment moħbija jew interrotti permezz ta’ bolol tat-taxxi, marki tal-prezz, karatteristiċi ta’ sigurtà, tqartis, għatjiet, kaxex, jew oġġetti oħrajn meta l-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq. |
|
26 |
Għalhekk, is-sitwazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk li, għad li għandhom twissijiet tas-saħħa fuq il-pakketti individwali tagħhom jew fuq l-ippakkjar tagħhom, jitqiegħdu f’unità ta’ ħżin, bħall-magna inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’tali mod li ma jkunux jistgħu jidhru minn barra, ma hijiex espressament imsemmija f’din id-dispożizzjoni. |
|
27 |
Madankollu, għandu jiġi ddeterminat jekk, f’sitwazzjoni bħal din, it-twissijiet tas-saħħa għandhomx jitqiesu li ġew moħbija minn xi “element ieħor”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni. |
|
28 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiġi interpretata dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem użat minn din tal-aħħar, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li l-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha tfittex li tilħaq (sentenza tat‑28 ta’ Ottubru 2022, Generalstaatsanwaltschaft München (Estradizzjoni u ne bis in idem), C‑435/22 PPU, EU:C:2022:852, punt 67 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
29 |
F’dak li jirrigwarda l-kliem tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40, dawn jirreferu għall-ħabi, b’mod parzjali jew sħiħ, tat-twissijiet tas-saħħa fuq il-pakketti individwali tal-prodotti tat-tabakk jew fuq kull imballaġġ estern u mhux għall-ħabi tal-pakketti individwali bħala tali. |
|
30 |
Barra minn hekk, għal dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, ir-riferiment, fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40, għal “kull element ieħor” li jista’ jaħbi t-twissijiet tas-saħħa li jidhru fuq pakkett individwali jew fuq l-imballaġġ estern ta’ prodott tat-tabakk, għandu jiġi osservat li l-elementi elenkati b’mod mhux eżawrjenti f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri l-bolol tat-taxxi, il-marki tal-prezz, il-karatteristiċi ta’ sigurtà, it-tqartis, l-għatjiet u l-kaxex kollha jistgħu jew jitwaħħlu direttament fuq il-pakkett individwali ta’ prodott tat-tabakk jew fuq l-imballaġġ estern tiegħu, jew inkella jgħattu dan il-pakkett jew l-imballaġġ tiegħu. Mill-banda l-oħra, ebda wieħed minn dawn l-elementi ma jista’ jkollu l-effett li, minħabba fih, il-pubbliku ma jkun jista’ bl-ebda mod jaċċessa jew jara tali pakkett individwali, bħal fejn dan jitqiegħed f’unità ta’ ħżin bħal, f’dan il-każ, distributur awtomatiku. |
|
31 |
Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-kuntest tal-Artikolu 8(3). Fil-fatt, il-kwistjoni tal-ħabi tat-twissijiet tas-saħħa fuq il-pakketti individwali tal-prodotti tat-tabakk li għaliha hija stabbilita din id-dispożizzjoni, hija differenti minn dik dwar il-possibbiltà li jkunu nieqsa t-twissijiet tas-saħħa fuq stampi ta’ pakketti individwali ta’ prodotti tat-tabakk li jistgħu jidhru fuq in-naħa ta’ barra ta’ magna ta’ bejgħ awtomatiku li fiha jinħażnu tali pakketti. Din il-kwistjoni tal-aħħar taqa’ taħt l-Artikolu 8(8) tad-Direttiva 2014/40, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tad‑9 ta’ Diċembru 2021, Pro Rauchfrei (C‑370/20, EU:C:2021:988). |
|
32 |
Fir-rigward tal-għan imfittex permezz tal-projbizzjoni ta’ ħabi tat-twissijiet tas-saħħa, prevista fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40, din id-direttiva għandha, skont l-Artikolu 1 tagħha, għan doppju, li huwa dak li tiffaċilita l-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati, billi jittieħed, bħala bażi, livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward taż-żgħażagħ (sentenza tad‑9 ta’ Diċembru 2021, Pro Rauchfrei, C‑370/20, EU:C:2021:988, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
33 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà spjegat, fil-punt 30 tas-sentenza tad‑9 ta’ Diċembru 2021, Pro Rauchfrei (C‑370/20, EU:C:2021:988) li, essenzjalment, it-twissijiet tas-saħħa li għandhom jidhru fuq il-pakketti individwali tal-prodotti tat-tabakk jew fuq l-imballaġġ tagħhom iservu sabiex jostakolaw ix-xewqa ta’ xiri li l-konsumatur ikollu meta jara tali pakkett individwali jew stampa tiegħu. |
|
34 |
Issa, dan l-għan jista’ xorta waħda jintlaħaq jekk pakkett individwali jitqiegħed f’unità ta’ ħżin, bħal distributur awtomatiku, b’mod li ma jkunx jista’ jidher minn barra. Sa fejn, f’din l-ipoteżi, il-konsumatur ma jistax jara dan il-pakkett individwali, jiġri li, minħabba f’hekk, dan ma jkollux ix-xewqa ta’ xiri li t-twissijiet tas-saħħa jfittxu li jostakolaw. |
|
35 |
Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40 għandha tiġi interpretata fis-sens li t-twissijiet tas-saħħa fuq pakkett individwali jew kull imballaġġ estern ta’ prodott tat-tabakk ma humiex “moħbija”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sempliċiment għaliex, billi dan il-prodott jitqiegħed f’distributur awtomatiku, dan ma jkun jista’ bl-ebda mod jidher minn barra. |
Fuq l‑ispejjeż
|
36 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.