This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0295
Commission Delegated Regulation (EU) 2018/295 of 15 December 2017 amending Delegated Regulation (EU) No 44/2014, as regards vehicle construction and general requirements, and Delegated Regulation (EU) No 134/2014, as regards environmental and propulsion unit performance requirements for the approval of two- or three-wheel vehicles and quadricycles
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/295 tal-15 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 44/2014, fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-vetturi u r-rekwiżiti ġenerali, u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 134/2014, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni għall-approvazzjoni ta' vetturi b'żewġ jew bi tliet roti u ta' kwadriċikli
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/295 tal-15 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 44/2014, fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-vetturi u r-rekwiżiti ġenerali, u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 134/2014, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni għall-approvazzjoni ta' vetturi b'żewġ jew bi tliet roti u ta' kwadriċikli
C/2017/8469
ĠU L 56, 28.2.2018, p. 1–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness IV punt 4.1.1.3.1.1.1.1.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness IV punt 4.1.1.3.1.1.1.1.2 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness IV punt 4.1.1.3.1.1.1.1.3 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness XII APP 1 punt 3.11 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness XII APP 1 punt 3.12 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness XII APP 1 punt 3.13 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness XII APP 1 punt 3.2 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness XII APP 1 punt 4.1.4 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Żieda | anness XII APP 1 punt 4.1.4.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness XII APP 1 punt 4.5 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness XII APP 1 punt 4.5.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Żieda | anness XII APP 1 punt 4.6.2.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness XII APP 1 punt 4.7.4 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Tħassir | anness XII APP 2 punt 1 FOOTNOTE | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness XII APP 2 punt 2.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness XII APP 2 punt 2.4 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Żieda | anness XII APP 3 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Żieda | anness XII APP 4 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Żieda | anness XII APP 5 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Żieda | anness XII punt 3.10 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Żieda | anness XII punt 3.2.3 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | anness XII punt 3.3.2.2 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0044 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt 42 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness II APP 6 SECTION 3 punt 4.1.1 TABL Ap6-19 Test | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness II punt 4.5.5.2.1.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness II punt 4.5.5.2.1.2 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness II punt 4.5.6.1.2.2 paragrafu TEXT | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness II punt 6.1.1.6.2.2 TABL 1-10 Test | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness III punt 4.2.2 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness III punt 4.2.5.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness IV punt 2.2.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness IV punt 4.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness IV punt 4.1.4.3 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Żieda | anness IV punt 4.1.8 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness IV punt 4.2 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness IV punt 4.2.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness IV punt 4.2.1.2 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness IV punt 4.2.1.4 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Żieda | anness IV punt 4.2.2.4 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness IV punt 4.2.3 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness V APP 2 punt 1.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness V punt 2.5 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Tħassir | anness V punt 2.6 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness VI APP 1 punt 2.6.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness VI APP 2 punt 1.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness VI APP 2 punt 2.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Żieda | anness VI APP 3 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Żieda | anness VI APP 4 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness VI punt 3.3.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness VI punt 3.4.2 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Żieda | anness VI punt 3.4.3 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Żieda | anness VI punt 3.6 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Żieda | anness VI punt 3.6.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Żieda | anness VI punt 3.6.2 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Żieda | anness VI punt 3.7 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness VIII punt 1.2 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness VIII punt 3.1.2 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Żieda | anness VIII punt 8.1.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Żieda | anness VIII punt 8.2.3 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness VIII punt 8.4.1.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness X APP 1 punt 8.1 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Żieda | anness X APP 4 punt 1.3 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness X APP 4 punt 3.2 | 20/03/2018 | |
Modifies | 32014R0134 | Sostituzzjoni | anness X APP 4 Test | 20/03/2018 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32018R0295R(01) | (BG, SK) | |||
Corrected by | 32018R0295R(02) | (IT) |
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/295
tal-15 ta' Diċembru 2017
li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 44/2014, fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-vetturi u r-rekwiżiti ġenerali, u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 134/2014, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni għall-approvazzjoni ta' vetturi b'żewġ jew bi tliet roti u ta' kwadriċikli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 18(3), 21(5) u 23(12) tiegħu,
Billi:
(1) |
Abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istudju komprensiv dwar l-effetti tal-pass ambjentali tal-Euro 5 għall-vetturi tal-kategorija L (2) skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, u filwaqt li jitqiesu l-problemi li ltaqgħu magħhom l-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-partijiet ikkonċernati fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 44/2014 (3) u tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2014 (4), jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet u kjarifiki fir-Regolamenti Delegati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni bla xkiel tagħhom. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vetturi tal-kategorija L, jenħtieġ li r-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri tat-testijiet stabbiliti fir-Regolamenti Delegati (UE) Nru 44/2014 u (UE) Nru 134/2014 jiġu kontinwament imtejba u adattati għall-progress tekniku. |
(3) |
L-Anness IV tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 44/2014 fih l-ekwazzjoni li trid tintuża biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti u tal-unitajiet tekniċi separati prodotti mat-tip approvat. Jenħtieġ li l-ekwazzjoni tiġi emendata biex tiġi żgurata ċ-ċarezza. Jenħtieġ li l-Anness XII tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 44/2014 jiġi emendat fir-rigward tal-perjodu ta' tħaddim tal-magna għall-individwazzjoni ta' tqabbid irregolari biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti imposti huma teknikament fattibbli. Jenħtieġ li l-Anness XII jiġi emendat ukoll biex jippermetti aġġornament tekniku għal standards ġodda żviluppati għall-interfaċċa bejn l-għodda ġenerika tal-iskennjar u l-vettura fir-rigward tas-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD). Jenħtieġ li l-Appendiċi 2 tal-Anness XII jiġi emendat biex jipprovdi kjarifika dwar diversi oġġetti li jkunu mmonitorjati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-OBD stabbiliti fih. Jenħtieġ li jiġu miżjuda Appendiċijiet ġodda mal-Anness XII biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-proporzjonijiet tal-prestazzjoni waqt l-użu. |
(4) |
Jenħtieġ li ċerti ekwazzjonijiet jiġu adattati fl-Annessi II, III u IV tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 134/2014 biex jipprovdu iktar ċarezza. Jenħtieġ li l-Anness VI ta' dak ir-Regolament Delegat jiġi emendat biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tar-rekwiżiti tat-testijiet fir-rigward tad-durabbiltà tal-apparati tal-kontroll tat-tniġġis. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' klassifikazzjoni taċ-Ċiklu Standard tat-Triq għall-Vetturi tal-Kategorija L (SRC-LeCV) fl-Anness VI jiġu adattati biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta' dawk ir-rekwiżiti waqt l-ittestjar. Jenħtieġ li l-użu taċ-ċiklu tad-Durabbiltà tal-Akkumulazzjoni tal-Kilometraġġ (AMA) stabbilit fl-Anness VI għal vetturi tal-klassi III jitneħħa gradwalment skont il-konklużjonijiet tal-istudju komprensiv dwar l-effett ambjentali. Jenħtieġ li l-Anness VI jiġi emendat ukoll biex l-użu tat-tiqdim fuq il-bank jitħalla bħala alternattiva għall-ittestjar tad-durabbiltà fiżika reali b'akkumulazzjoni sħiħa jew parzjali tal-kilometraġġ. |
(5) |
Waħda mill-miżuri kontra l-emissjonijiet eċċessivi tal-idrokarburi mill-vetturi tal-kategorija L għandha l-għan li tillimita l-emissjonijiet evaporattivi ta' dawk il-vetturi. Għal dak l-għan, l-Anness VI(C) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jistabbilixxi l-limiti tal-massa tal-idrokarburi għall-kategoriji ta' vetturi L3e, L4e, L5e-A, L6e-A u L7e-A. L-emissjonijiet evaporattivi ta' dawk il-vetturi jiġu mkejla waqt l-approvazzjoni tat-tip. Wieħed mir-rekwiżiti tat-test SHED (id-Determinazzjoni tal-Emissjonijiet evaporattivi f'Ambjent Issiġillat) tat-tip IV huwa li jew titwaħħal kaxxetta tal-karbonju li tkun tqaddmet b'mod rapidu jew inkella li jiġi applikat fattur ta' deterjorazzjoni ta' sustanzi addittivi meta titwaħħal kaxxetta tal-karbonju li tkun degreened. L-istudju komprensiv dwar l-effetti ambjentali investiga jekk kienx kosteffiċjenti li jiġi applikat l-ittestjar SHED għall-kategoriji ta' vetturi L1e, L2e, L5e-B, L6e-B, L7e-B u L7e-C. Peress li r-riżultat tal-istudju wera li dak il-metodu ma kienx kosteffiċjenti, jenħtieġ li l-Anness V tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 134/2014 jiġi emendat biex jitħalla l-użu kontinwu tal-ittestjar tal-permeazzjoni fil-pass tal-Euro 5 għall-manifatturi ta' vetturi tal-kategorija L1e, L2e, L5e-B, L6e-B, L7e-B u L7e-C, li huwa metodu li diġà ġie stabbilit u huwa iktar kosteffiċjenti. |
(6) |
Abbażi tal-istudju komprensiv dwar l-effetti ambjentali, il-Kummissjoni kkonkludiet li jenħtieġ li l-proċedura matematika għall-verifika tar-rekwiżiti ta' durabbiltà stabbiliti fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 titneħħa gradwalment sal-2025. L-istudju indika li dik il-proċedura teorika ma kinitx tiżgura li r-rekwiżiti ta' durabbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 jiġu ssodisfati fir-realtà. Sabiex jittaffa l-impatt tat-tneħħija gradwali ta' dak il-metodu, l-istudju ppropona l-introduzzjoni tat-tiqdim fuq il-bank bħala proċedura alternattiva għall-proċedura ta' ttestjar tad-durabbiltà reali b'akkumulazzjoni sħiħa jew parzjali tal-kilometraġġ. It-tiqdim fuq il-bank huwa proċedura stabbilita ferm li ta' sikwit tiġi applikata fuq vetturi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Jenħtieġ li l-Anness VI tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 134/2014 jiġi emendat biex tiġi introdotta l-proċedura ta' tiqdim fuq il-bank idderivata mir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (6) u fir-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE (7) u adattata biex tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa għal vetturi tal-kategorija L. |
(7) |
Jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 44/2014 u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 134/2014 jiġu emendati fl-istess waqt biex jiġi żgurat li l-pass tal-Euro 5 jkun jista' jiġi implimentati b'mod korrett għall-vetturi kollha kkonċernati tal-kategorija L kif stabbilit fit-tabella tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 44/2014 u r-Regolament ta' Delega (KE) Nru 134/2014 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 44/2014
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 44/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, il-punt 42 jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
L-Annessi IV u XII huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 134/2014
L-Annessi II sa VI, l-Anness VIII u l-Anness X tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 134/2014 huma emendati skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-rapport tal-istudju: “Effect study of the environmental step Euro 5 for L-category vehicles”, EU-Books (ET-04-17-619-EN-N).
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 44/2014 tal-21 ta' Novembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-vetturi u r-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 25, 28.1.2014, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2014 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni, u li jemenda l-Anness V tiegħu (ĠU L 53, 21.2.2014, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
(7) Ir-Regolament Nru 83 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu skont ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magna [2015/1038] (ĠU L 172, 3.7.2015, p. 1).
ANNESS I
Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 44/2014
L-Annessi IV u XII tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 44/2014 huma emendati kif ġej:
1. |
Fl-Anness IV, il-punti 4.1.1.3.1.1.1.1.1., 4.1.1.3.1.1.1.1.2. u 4.1.1.3.1.1.1.1.3. jinbidlu b'dan li ġej:
|
2. |
L-Anness XII huwa emendat kif ġej:
|
(1) F'każ biss ta' modalità prestabbilita attivata li twassal għal tnaqqis sinifikanti fit-torque tal-propulsjoni jew jekk tkun imwaħħla sistema ta' throttle bil-wajer.
(2) Jekk ikunu mwaħħla APS jew TPS ridondanti, il-kontroverifika/i tas-sinjali għandha tissodisfa/għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tar-razzjonalità taċ-ċirkwiti. Jekk tkun imwaħħla APS jew TPS waħda biss, il-monitoraġġ tar-razzjonalità taċ-ċirkwiti tal-APS jew tat-TPS mhuwiex obbligatorju.
(3) |
Tħassret. |
(4) OBD tal-istadju II: tnejn minn tlieta mill-ħsarat fir-razzjonalità taċ-ċirkwiti mmarkati b'‘II’ għandhom jiġu mmonitorjati flimkien mal-monitoraġġ tal-kontinwità taċ-ċirkwiti.
(5) F'każ biss li jintuża bħala input għall-ECU/għall-PCU b'rilevanza għall-prestazzjoni ambjentali jew tas-sikurezza funzjonali.
(6) Hija permessa deroga jekk il-manifattur jitlob minflok għal-livell 3, sinjal tal-attwatur preżenti biss mingħajr indikazzjoni ta' sintomu.”;
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 901/2014 tat-18 ta' Lulju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 249, 22.8.2014, p. 1).
ANNESS II
Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 134/2014
L-Annessi II sa VI, VIII u X tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 134/2014 huma emendati kif ġej:
1. |
L-Anness II huwa emendat kif gej:
|
2. |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
4. |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
5. |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej,
|
6. |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
7. |
L-Anness X huwa emendat kif ġej:
|