This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1024
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1024 of 24 June 2016 amending Regulation (EC) No 669/2009 implementing Regulation (EC) No 882/2004 of the European Parliament and of the Council as regards the increased level of official controls on imports of certain feed and food of non-animal origin (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1024 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1024 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/3731
ĠU L 168, 25.6.2016, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32009R0669 | Sostituzzjoni | anness I | 28/06/2016 | |
Modifies | 32009R0669 | Sostituzzjoni | artikolu 15 paragrafu 1 L 2 | 28/06/2016 | |
Modifies | 32009R0669 | Sostituzzjoni | artikolu 2 L 2 | 28/06/2016 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32019R1793 | 14/12/2019 |
25.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1024
tal-24 ta' Ġunju 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(5) u 63(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar iż-żieda fil-livell ta' kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali elenkat fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta fuq bażi regolari, u tal-anqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu mill-inqas is-sorsi tal-informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu. |
(3) |
L-esperjenza li nkisbet matul dawn l-aħħar sitt (6) snin uriet li huwa xieraq li jiġi stipulat tnaqqis fil-frekwenza tal-inadempjenza tar-reviżjonijiet tal-Anness I għal skeda ta' darbtejn fis-sena, filwaqt li tinżamm il-possibbiltà li l-Kummissjoni tirrevedi l-lista aktar spiss fejn dan huwa meħtieġ. Din is-simplifikazzjoni hija mistennija li ttejjeb l-effiċjenza, filwaqt li żżomm il-karatteristiċi ewlenin u l-għanijiet tar-Regolament. It-tnaqqis fil-frekwenza tal-inadempjenza tar-reviżjonijiet tal-Anness I għal skeda ta' darbtejn fis-sena għandu jiġi kkumplementat minn bidla korrispondenti fil-frekwenza tar-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jissottomettu r-rapporti tagħhom darbtejn fis-sena. |
(4) |
L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti riċenti dwar l-ikel li ġew innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi mwettqa f'pajjiżi terzi mid-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, kif ukoll ir-rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-konsenji tal-għalf u tal-ikel mhux ta' oriġini mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista trid tiġi emendata. |
(5) |
B'mod partikolari, għal konsenji ta' ġellewż li joriġina mill-Georgia, is-sorsi rilevanti ta' informazzjoni jindikaw l-emerġenza ta' riskji ġodda li jirrikjedu l-introduzzjoni ta' livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, fl-elenku għandha tiddaħħal entrata rigward dawn il-konsenji. |
(6) |
Il-lista tenħtieġ li tiġi emendata wkoll billi jitħassru l-entrati tal-prodotti li dwarhom l-informazzjoni disponibbli turi grad sodisfaċenti ġenerali ta' konformità mar-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali fuqhom ma għadux ġustifikat. Għaldaqstant, l-entrati fil-lista dwar l-għeneb imnixxef mill-Afganistan u l-lewż mill-Awstralja jenħtieġ li jitħassru. |
(7) |
Sabiex ikunu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(8) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Il-lista tal-Anness I għandha tiġi riveduta regolarment, u mill-inqas darbtejn fis-sena.” |
(2) |
Fl-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Huma għandhom jissottomettu rapport darbtejn fis-sena sa tmiem ix-xahar ta' wara kull semestru.” |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta' Lulju 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
ANNESS
“ANNESS I
Għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali soġġetti għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
Subdiviżjoni TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
|
|
10 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
ex 0710 22 00 |
10 |
||||||||
|
|
|
|||||||
ex 0710 80 95 |
72 |
||||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
Karfus Ċiniż (Apium graveolens) (Ikel — ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ) |
ex 0709 40 00 |
20 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
Brassica oleracea (Brassika oħra li tittiekel, “Brokkoli Ċiniż”) (5) (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
ex 0704 90 90 |
40 |
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
50 |
||||
Te, kemm jekk imħawwar jew le (Ikel) |
0902 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
10 |
|||||
|
|
10 |
Ir-Repubblika Dominicana (DO) |
20 |
|||||
ex 0710 22 00 |
10 |
||||||||
|
|
|
|||||||
0710 80 51 |
|||||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
20 |
|||||||
ex 0710 80 59 |
20 |
||||||||
Frawli (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
0810 10 00 |
|
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||
Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.) |
|
|
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||
0710 80 51 |
|||||||||
(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
20 |
|||||||
ex 0710 80 59 |
20 |
||||||||
|
|
|
Il-Gambja (GM) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
2008 11 96 ; |
|||||||||
2008 11 98 |
|||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
|
|
Il-Georgia (GE) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
Żejt tal-palm (Ikel) |
1511 10 90 ; |
|
Il-Ghana (GH) |
Żebgħat tas-Suda (10) |
50 |
||||
1511 90 11 ; |
|
||||||||
ex 1511 90 19 ; |
90 |
||||||||
1511 90 99 |
|
||||||||
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
L-Indja (IN) |
Salmonella (11) |
20 |
||||
Enzimi; enzimi ppreparati (Għalf u ikel) |
3507 |
|
L-Indja (IN) |
Kloramfenikol |
50 |
||||
Piżelli fil-miżwed (mhux imfosdqa) (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
ex 0708 10 00 |
40 |
Il-Kenja (KE) |
10 |
|||||
|
|
|
Il-Madagaskar (MG) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
2008 11 96 ; |
|||||||||
2008 11 98 |
|||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
Lampun (Ikel — iffriżat) |
0811 20 31 ; |
|
Is-Serbja (RS) |
Norovajrus |
10 |
||||
ex 0811 20 11 ; |
10 |
||||||||
ex 0811 20 19 |
10 |
||||||||
Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.) u l-prodotti li ġejjin minnhom |
ex 1207 70 00 ; |
10 |
Sierra Leone (SL) |
Aflatossini |
50 |
||||
ex 1106 30 90 ; |
30 |
||||||||
ex 2008 99 99 |
50 |
||||||||
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
Is-Sudan (SD) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
2008 11 96 ; |
|||||||||
2008 11 98 |
|||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
Bżar (minbarra dak ħelu)(Capsicum spp.) (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
ex 0709 60 99 |
20 |
It-Tajlandja (TH) |
10 |
|||||
|
|
10 |
It-Tajlandja (TH) |
20 |
|||||
ex 0710 22 00 |
10 |
||||||||
|
|
|
|||||||
ex 0710 80 95 |
72 |
||||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Sulfiti (15) |
10 |
||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
Lumi (Citrus limon, Citrus limonum) (Ikel — frisk, imkessaħ jew imnixxef) |
0805 50 10 |
|
It-Turkija (TR) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
10 |
||||
Bżar Ħelu (Capsicum annuum) |
0709 60 10 ; |
|
It-Turkija (TR) |
10 |
|||||
0710 80 51 |
|||||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
||||||||
Weraq tad-dielja (Ikel) |
ex 2008 99 99 |
11; 19 |
It-Turkija (TR) |
50 |
|||||
|
|
|
L-Istati Uniti (US) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
L-Użbekistan (UZ) |
Sulfiti (15) |
50 |
||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
72 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
|
20 |
|||||||
ex 2008 99 99 |
75 |
||||||||
|
|
30 |
|||||||
ex 2008 99 99 |
70 |
||||||||
|
|
40 |
|||||||
(Ikel — ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
|
20 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
|
20 |
|||||||
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
10 |
Il-Vjetnam (VN) |
20 |
(1) Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma tkun teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.
(2) Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa (GC-MS), u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (LC-MS)(il-pestiċidi jridu jiġu ssorveljati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).
(3) Ir-residwi tal-Klorbufam.
(4) Ir-residwi tal-Fentoat.
(5) Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var.Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala “Kai Lan”, “Gai Lan”, “Gailan”, “Kailan”, “kejl Ċiniż”, “Jie Lan”.
(6) Ir-residwi tat-Trifluralin.
(7) Ir-residwi tal-Aċefat, tal-Aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), tal-Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), tad-Diafentjuron, tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).
(8) Ir-residwi tal-Eżaflumuron, tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb), tal-Fentoat u tat-Tijofanat metil.
(9) Ir-residwi tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Dinotefuran, tal-Folpet, tal-Prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), tat-Tijofanat metil u tat-Triforina.
(10) Għall-fini ta' dan l-Anness, “Żebgħat tas-Sudan” tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin: (i) Is-Sudan I (Numru CAS 842-07-9); (ii) Is-Sudan II (Numru CAS 3118-97-6); (iii) Is-Sudan III (Numru CAS 85-86-9); (iv) L-Aħmar Skarlat; jew is-Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).
(11) Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu mqabbel miegħu biex jiġi vvalidat, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(12) Ir-residwi tal-Aċefat u tad-Diafentjuron.
(13) Ir-residwi tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), tal-Protijofos u tat-Triforina.
(14) Ir-residwi tal-Aċefat, tad-Dikrotofos, tal-Protijofos, tal-Kwinalfos u tat-Triforina.
(15) Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.
(16) Ir-residwi tad-Diafentjuron, tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), u tat-Tijofanat metil.
(17) Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metrafenon.
(18) Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), tal-Fentoat u tal-Kwinalfos.”