This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1255
Commission Delegated Regulation (EU) No 1255/2014 of 17 July 2014 supplementing Regulation (EU) No 223/2014 of the European Parliament and of the Council on the Fund for European Aid to the Most Deprived by laying down the content of the annual and final implementation reports, including the list of common indicators
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2014 tas- 17 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn billi jistabbilixxi l-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, inkluża l-lista ta' indikaturi komuni
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2014 tas- 17 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn billi jistabbilixxi l-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, inkluża l-lista ta' indikaturi komuni
ĠU L 337, 25.11.2014, p. 46–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/04/2021
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014R1255R(01) | (EL, PL) | |||
Corrected by | 32014R1255R(02) | (BG, ES, DE, ET, HR, LT, LV, HU, NL, PL, SL, FI) | |||
Modified by | 32021R0629 | Sostituzzjoni | anness | 20/04/2021 |
25.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 337/46 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1255/2014
tas-17 ta' Lulju 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn billi jistabbilixxi l-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, inkluża l-lista ta' indikaturi komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 jeżiġi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jissupplimentaw l-elementi mhux essenzjali fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 jeżiġi li l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni r-rapporti annwali u finali li fihom informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' Programmi Operazzjonali (PO), inkluża d-dejta marbuta ma' indikaturi komuni u, fejn applikabbli, indikaturi speċifiċi tal-programm. |
(3) |
Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tal-PO u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-objettivi speċifiċi tal-FEAD, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet rigward il-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, kif ukoll il-lista ta' indikaturi komuni li jridu jiġu rrappurtati. |
(4) |
Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament iridu jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ, b'kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014, kif ukoll il-liġi tal-Unjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(5) |
Sabiex titqies in-natura differenti tal-operazzjonijiet appoġġjati mill-PO I u l-PO II u skont id-dispożizzjonijiet differenti li japplikaw għal kull PO kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 223/2014, għandhom japplikaw rekwiżiti differenti rigward il-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, kif ukoll il-lista ta' indikaturi komuni li għandhom jiġu rrapportati għal kull PO. Sabiex titqies il-ħtieġa speċifika li titħares id-dinjità tal-individwi appoġġjati mill-FEAD u bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji għall-minimu meħtieġ b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 223/2014, il-valuri ta' ċerti indikaturi jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta' stima informata tal-organizzazzjonijiet imsieħba minflok fuq l-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri aħħarija. Sabiex il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu applikati mill-aktar fis, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 rigward il-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, inkluża l-lista ta' indikaturi komuni.
Artikolu 2
Il-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni u l-lista ta' indikaturi
(l-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)
1. Ir-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu l-elementi li ġejjin:
(a) |
L-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm b'referenza għall-indikaturi komuni għall-operazzjonijiet li tlestew parzjalment jew kompletament. |
(b) |
Informazzjoni dwar l-azzjonijiet li jqisu l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 5(6), 5(11) u, fejn xieraq, l-Artikolu 5(13) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, kif ukoll valutazzjoni ta' dawk l-istess azzjonijiet. |
Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, ir-rapporti annwali u finali tal-implimentazzjoni dwar il-PO II għandhom jipprovdu informazzjoni dwar id-dejta fir-rigward ta' indikaturi speċifiċi tal-programm u l-valuri kwantifikati tal-miri u dwar il-bidliet fl-indikaturi tar-riżultati, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-programm operazzjonali u l-valutazzjoni ta' dan il-progress.
2. L-indikaturi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 huma elenkati fl-Anness.
3. Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ir-rapport ta' implimentazzjoni finali u, fl-2017 u fl-2022, ir-rapport annwali ta' implimentazzjoni għandu jistabbilixxi informazzjoni dwar u valutazzjoni tal-kontribuzzjoni biex jintlaħqu l-objettivi globali u speċifiċi tal-FEAD, speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
ANNESS
L-INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO I U L-PO II
L-indikaturi ta' input
(1) |
L-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli approvata fid-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjonijiet |
(2) |
L-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet Li minnu, fejn rilevanti:
|
(3) |
L-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni |
Din id-dejta trid tkun espressa f'Euro.
L-INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO I
L-indikaturi ta' output fuq id-distribuzzjoni tal-għajnuna alimentari (1)
(4) |
Kwantità ta' frott u ħaxix |
(5) |
Kwantità ta' laħam, bajd, ħut, frott tal-baħar |
(6) |
Kwantità ta' dqiq, ħobż, patata, ross u prodotti oħra li fihom il-lamtu |
(7) |
Kwantità ta' zokkor |
(8) |
Kwantità ta' prodotti tal-ħalib |
(9) |
Kwantità ta' xaħam, żejt |
(10) |
Kwantità ta' ikel konvenjenti, oġġetti tal-ikel oħrajn (li ma jaqgħux taħt il-kategoriji msemmija qabel) |
(11) |
Kwantità totali ta' għajnuna alimentari distribwita li minnha:
|
(12) |
In-numru totali ta' ikliet distribwiti u ffinanzjati parzjalment jew totalment mill-PO (3) |
(13) |
In-numru totali ta' pakketti tal-ikel distribwiti u ffinanzjati parzjalment jew totalment mill-PO (4) |
L-indikaturi tar-riżultat dwar id-distribuzzjoni tal-għajnuna alimentari (5)
(14) |
In-numru totali ta' persuni li jirċievu l-għajnuna alimentari
li minnhom:
|
L-indikaturi ta' output dwar id-distribuzzjoni tal-assistenza materjali bażika
(15) |
Il-valur monetarju totali tal-beni distribwiti li minnhom:
|
(16) |
Lista tal-aktar kategoriji rilevanti ta' beni distribwiti lit-tfal (6)
|
(17) |
Lista tal-aktar kategoriji rilevanti ta' beni distribwiti lil persuni mingħajr dar (6)
|
(18) |
Lista tal-aktar kategoriji rilevanti ta' beni distribwiti lil gruppi oħra fil-mira (6)
|
L-indikaturi tar-riżultat dwar id-distribuzzjoni tal-assistenza materjali bażika (5)
(19) |
In-numru totali ta' persuni li jirċievu assistenza materjali bażika
li minnhom:
|
INDIKATURI KOMUNI GĦALL-PO II
Indikaturi tal-output dwar l-assistenza għall-inklużjoni soċjali
(20) |
In-numru totali ta' persuni li jirċievu assistenza għall-inklużjoni soċjali
li minnhom:
|
Din id-dejta għall-PO II hija dejta personali skont l-Artikolu 7 tad- Direttiva 95/46/KE. L-ipproċessar tagħha jkun meħtieġ għall-konformità mal-obbligu legali li għalih il-kontrollur huwa soġġett (l-Artikolu 7(c) tad-Direttiva 95/46/KE). Għad-definizzjoni ta' kontrollur, ara l-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.
(1) L-indikaturi (4) sa (11) jinkludu kull forma ta' dawn il-prodotti eż. oġġetti tal-ikel friski, fil-laned u ffriżati u għandhom jiġu espressi f'tunnellati.
(2) Il-valuri għal dan l-indikatur għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' stima informata tal-organizzazzjonijiet imsieħba.
(3) Id-definizzjoni ta' x'għandu jiġi mifhum bħala ikla tista' tingħata fil-livell tal-organizzazzjoni msieħba/l-operazzjoni/l-awtorità ta' ġestjoni. Il-valuri għal dan l-indikatur għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' stima mill-organizzazzjonijiet imsieħba.
(4) Id-definizzjoni ta' x'għandu jiġi mifhum bħala pakkett tal-ikla tista' tingħata fil-livell tal-organizzazzjoni msieħba/l-operazzjoni/l-awtorità ta' ġestjoni. Il-pakketti ma għandhomx bżonn ikunu standardizzati fid-daqs jew fil-kontenut. Il-valuri għal dan l-indikatur għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' stima mill-organizzazzjonijiet imsieħba.
(5) Il-valuri għal dawn l-indikaturi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-istima informata tal-organizzazzjonijiet imsieħba. La huwa mistenni u lanqas meħtieġ li jkunu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri aħħarija.
(6) Il-lista għandha tinkludi l-kategoriji kollha rilevanti li jkopru mill-inqas 75 % tal-beni distribwiti.