This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0007
Council Regulation (EU) No 7/2010 of 22 December 2009 opening and providing for the management of autonomous tariff quotas of the Union for certain agricultural and industrial products and repealing Regulation (EC) No 2505/96
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96
ĠU L 3, 7.1.2010, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1388
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicit repeal | 31997R1291 | 01/01/2010 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32010R0565 | Emenda | anness | 01/07/2010 | |
Modified by | 32010R1264 | Sostituzzjoni | anness 1 | 31/12/2010 | |
Modified by | 32011R0630 | Emenda | anness | 01/07/2011 | |
Modified by | 32011R1359 | Sostituzzjoni | anness TEXT | 01/01/2012 | |
Modified by | 32012R0551 | Emenda | anness | 01/07/2012 | |
Replaced by | 32012R1231 | TXT | anness | 01/01/2013 | |
Replaced by | 32012R1231 | TXT | anness P.09.2634 | 01/07/2012 | 31/12/2012 |
Replaced by | 32012R1231 | TXT | anness P.09.2929 | 01/07/2012 | |
Replaced by | 32012R1231 | TXT | anness P.09.2628 | 01/07/2012 | |
Modified by | 32013R0627 | Emenda | anness | 01/07/2013 | |
Repealed by | 32013R1388 |
7.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 7/2010
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-produzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti agrikoli u industrijali mhijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet speċifiċi tal-industriji li jagħmlu użu minnhom fl-Unjoni. Bħala konsegwenza, il-provvisti tal-Unjoni ta' dawn il-prodotti jiddipendu konsiderevolament fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Ir-rekwiżiti l-aktar urġenti tal-Unjoni għal dawn il-prodotti kkonċernati għandhom jintlaħħqu immedjatament fuq termini l-aktar favorevoli. Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni b'rati ta’ dazju preferenzjali għandhom għalhekk ikunu miftuħa fi ħdan il-limiti tal-volumi xierqa b’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li ma jkunux imfixxkla s-swieq ta' prodotti bħal dawn jew ikun ostakolat l-istabbiliment jew l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
Huwa neċessarju li jiġi żgurat, għall-impurtaturi kollha tal-Unjoni, l-aċċess ugwali u mingħajr waqfien għal dawk il-kwoti, u li tiġi żgurata l-applikazzjoni mhux interrotta tar-rati stipulati għall-kwoti tal-importazzjonijiet kollha fir-rigward tal-prodotti kkonċernati ġewwa l-Istati Membri kollha sa meta jkunu ġew eżawriti l-kwoti. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (1) jipprevedi sistema ta' ġestjoni għall-kwoti tariffarji li ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Il-kwoti tariffarji miftuħa b'dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri b’konformità ma’ dik is-sistema. |
(4) |
Il-volumi tal-kwoti huma fil-biċċa l-kbira tagħhom espressi f’tunnellati Għal ċerti prodotti li għalihom infetħu kwoti tariffarji awtonomi l-volum tal-kwota ġie stipulat f’unità ta’ kejl oħra. Fil-każ li l-ebda unità ta' kejl supplimentari ma ġiet stipulata għal dawk il-prodotti fin-Nomeklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (2), jista' jkun hemm inċertezza fir-rigward tal-unità ta' kejl li għandha tintuża. Minħabba raġunijiet ta' ċarezza u fl-interess ta' ġestjoni tal-kwoti aħjar, huwa għalhekk neċessarju li jkun provdut li, sabiex jittieħed benefiċċju mill-kwoti tariffarji awtonomi msemmijin, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati tiġi inserita fid-dikjarazzjoni ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bl-użu tal-unità ta' kejl tal-ammont tal-kwota stabbilità għal dawk il-prodotti fl-Anness tar-Regolament. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2505/96 tal-20 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali (3) ġie emendat bosta drabi. Fl-interess tat-trasparenza għandu għalhekk jitħassar u jiġi sostitwit fl-intier tiegħu. |
(6) |
Il-miżuri neċessarji għall-adozzjoni ta' emendi f’dan ir-Regolament derivanti mill-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u fil-kodiċi TARIC għandhom ikunu adottati b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4). |
(7) |
Ladarba l-kwoti tat-tariffi għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2010, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-prodotti elenkati fl-Anness huma b’dan miftuħa kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni li fi ħdanhom se jkunu sospiżi dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għall-perjodi, bir-rati tad-dazju, u sal-volumi indikati fih.
Artikolu 2
Il-kwoti tat-tariffi msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
Fejn tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fir-rigward ta’ prodott imsemmi f’dan ir-Regolament, li għalih il-volum tal-kwota huwa espress f’unità ta’ kejl diversa mill-piż f’tunnellati jew f’kilogrammi u diversa mill-valur, għal prodotti li għalihom l-ebda unità supplimentari ma ġiet stabbilità fin-Nomenklatura Magħquda stabbilità fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati għandha tiddaħħal fil-“Kaxxa 41: Unitajiet supplimentari” ta' dik id-dikjarazzjoni bl-użu tal-unità ta' miżura tal-ammont tal-kwota għal dawk il-prodotti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament
Artikolu 4
L-emendi u l-adattazjonijiet tekniċi derivanti mill-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u fil-kodiċi TARIC għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(2).
Artikolu 5
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
2. Fejn isir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
Artikolu 6
Ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 huwa b'dan imħassar.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009
Għall-Kunsill
Il-President
A. CARLGREN
(1) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(3) ĠU L 345, 31.12.1996, p. 1.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
ANNESS
Nru ta’ l-Ordni |
Il-kodiċi tan-NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Il-perjodu tal-kwota |
L-ammont tal-kwota |
Il-kwota tad-dazji (%) |
||||||||
09.2849 |
ex 0710 80 69 |
10 |
Faqqiegħ ta’ l-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni ta’ l-ikliet ippreparati minn qabel (1) (2) |
1.1.-31.12. |
700 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2913 |
ex 2401 10 35 |
91 |
Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00 (1) |
1.1-31.12. |
6 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
ex 2401 10 70 |
10 |
|||||||||||||
ex 2401 10 95 |
11 |
|||||||||||||
ex 2401 10 95 |
21 |
|||||||||||||
ex 2401 10 95 |
91 |
|||||||||||||
ex 2401 20 35 |
91 |
|||||||||||||
ex 2401 20 70 |
10 |
|||||||||||||
ex 2401 20 95 |
11 |
|||||||||||||
ex 2401 20 95 |
21 |
|||||||||||||
ex 2401 20 95 |
91 |
|||||||||||||
09.2841 |
ex 2712 90 99 |
10 |
Taħlita ta’ 1-alkenes li fihom 80 % tal-piż jew aktar ta’ 1-alkenes b’tul tal-katina ta’ 20 u 22 atomu tal-karbonju |
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2703 |
ex 2825 30 00 |
10 |
Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1) |
1.1.-31.12. |
13 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2806 |
ex 2825 90 40 |
30 |
Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu |
1.1.-31.12. |
12 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2611 |
ex 2826 19 90 |
10 |
Fluworidu tal-kalċju li fih kontenut totali ta’ aluminju, manjeżju u sodju ta’ 0,25 mg/kg jew anqas, fil-forma ta’ trab |
1.1.-31.12. |
55 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2837 |
ex 2903 49 80 |
10 |
Bromoklorometanu |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2933 |
ex 2903 69 90 |
30 |
1,3-Dichlorobenzene |
1.1.-31.12. |
2 600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2950 |
ex 2905 59 98 |
10 |
2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-sottointestatura 4002 99 90 (1) |
1.1.-31.12. |
15 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2851 |
ex 2907 12 00 |
10 |
O-Cresol b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % tal-piż |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2767 |
ex 2910 90 00 |
80 |
Allyl glycidyl ether |
1.1.-31.12. |
2 500 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2624 |
2912 42 00 |
|
Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde) |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2972 |
2915 24 00 |
|
Anidride aċetiku |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2769 |
ex 2917 13 90 |
10 |
Dimethyl sebacate |
1.1.-31.12. |
1 300 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2634 |
ex 2917 19 90 |
40 |
Aċidu dodekanedjojku, ta’ purezza b’piż ta’ aktar minn 98,5 % |
1.1.-31.12. |
4 600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2808 |
ex 2918 22 00 |
10 |
Aċtu o-aċetisaliċiliku |
1.1.-31.12. |
120 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2975 |
ex 2918 30 00 |
10 |
Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2632 |
ex 2921 22 00 |
10 |
Eksametilenediammina |
1.1.-31.12. |
35 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2602 |
ex 2921 51 19 |
10 |
o-Phenylenediamine |
1.1.-31.12. |
1 800 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2977 |
2926 10 00 |
|
Akrilonitrile |
1.1.-31.12. |
30 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2002 |
ex 2928 00 90 |
30 |
Phenylhydrazine |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2917 |
ex 2930 90 13 |
90 |
Ċistina |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2603 |
ex 2930 90 99 |
79 |
Bis(3-triethoxysilylpropyl)tetrasulfide |
1.1.-31.12. |
9 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2810 |
2932 11 00 |
|
Tetraidrofuran |
1.1-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2955 |
ex 2932 19 00 |
60 |
Flurtamone (ISO) |
1.1.-31.12. |
300 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2812 |
ex 2932 29 85 |
77 |
Hexan-6-olide |
1.1.-31.12. |
4 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2615 |
ex 2934 99 90 |
70 |
Aċidu ribonuklejku |
1.1.-31.12. |
110 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2945 |
ex 2940 00 00 |
20 |
D-Xylose |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2908 |
ex 3804 00 00 |
10 |
Linjosulfonat tas-sodju |
1.1.-31.12. |
40 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2889 |
3805 10 90 |
|
Termentina tas-sulfat |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2935 |
ex 3806 10 00 |
10 |
Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski |
1.1.-31.12. |
280 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2814 |
ex 3815 90 90 |
76 |
Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju |
1.1.-31.12. |
1 600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2829 |
ex 3824 90 97 |
19 |
Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
1.1.-31.12. |
1 600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2914 |
ex 3824 90 97 |
26 |
Soluzzjoni ta’ l-ilma li fiha mhux inqas minn 40 % tal-piż ta’ estratt niexef tal-betaina u bejn 5 % u 30 % tal-piż ta’ mluħ organiċi jew inorganiċi |
1.1.-31.12. |
5 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2986 |
ex 3824 90 97 |
76 |
Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom:
għall-użu fil-produzzjoni ta’ ossidi amini (1) |
1.1.-31.12. |
14 315 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2907 |
ex 3824 90 97 |
86 |
Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:
użati bħala materja prima għall-esteri ta’ l-istanoli/steroli (1) |
1.1.-31.12. |
2 500 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2140 |
ex 3824 90 97 |
98 |
Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom, skond il-piż:
|
1.1.-31.12. |
4 500 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2992 |
ex 3902 30 00 |
93 |
Propylene-butylene copolymer, b’kontenut fil-piż ta’ mhux anqas ta’ 60 % iżda mhux aktar minn 68 % ta’ propylene u mhux anqas minn 32 % iżda mhux aktar minn 40 % ta’ butylene, b’viskożità tat-tidwib li ma taqbiżx it-3 000 mPa f’190 °C, kif determinat mill-metodu ASTM D 3236, għall-użu bħala adeżiv fil-manifattura ta’ prodotti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 4818 40 (1) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2947 |
ex 3904 69 90 |
95 |
Poly(vinylidene fluoride), fil-forma ta’ trab, għall-preparazzjoni ta’ żebgħa jew verniċ għall-kisi tal-metall (1) |
1.1.-31.12. |
1 300 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2604 |
ex 3905 30 00 |
10 |
Poly(vinyl alcohol) parzjalment aċetalizzat b’ 5-(4-azido-2-sulfobenzylidene)-3-(formylpropyl)-rhodanine, melħ tas-sodju |
1.1.-31.12. |
100 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2616 |
ex 3910 00 00 |
30 |
Polydimethylsiloxane b’livell ta’ polimerizzazzjoni ta’ 2 800 monomer unit (± 100) |
1.1.-31.12. |
1 300 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2816 |
ex 3912 11 00 |
20 |
Frak ta’ l-aċetat taċ-ċellulożju għall-użu fil-manifattura ta’ fjokki ta’ l-aċetat taċ-ċellulożju (1) |
1.1.-31.12. |
37 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2807 |
ex 3913 90 00 |
86 |
Sodju jaluronat mhux sterili |
1.1.-31.12. |
110 000 g |
0 % |
||||||||
09.2813 |
ex 3920 91 00 |
94 |
Film koestruż bi tliet saffi magħmul minn butiral tal-polivinil mingħajr faxx ta’ kulur sfumat li fih bħala kontenut bil-piż 29 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx il-31 % ta’ 2,2’-ethylenedioxydiethyl bis(2-ethylhexanoate) li jintuża bħala plastifikant |
1.1.-31.12. |
2 000 000 m2 |
0 % |
||||||||
09.2818 |
ex 6902 90 00 |
10 |
Briks li jirreżistu s-sħana:
|
1.1.-31.12. |
75 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2815 |
ex 6909 19 00 |
70 |
Irfid għal katalizzaturi jew filtri, li jikkonsistu f’biċċiet porużi taċ-ċeramika, minn taħlita ta’ ossidu ta’ aluminju u titanju, b’volum totali ta’ mhux aktar minn 65 litru u mill-inqas kanal wieħed (miftuħ fuq naħa waħda jew tnejn) f’kull cm2 tal-wiċċ tas-sezzjoni trasversali |
1.1.-31.12. |
380 000 unitajiet |
0 % |
||||||||
09.2628 |
ex 7019 52 00 |
10 |
Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2 (± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss |
1.1.-31.12. |
350 000 m2 |
0 % |
||||||||
09.2799 |
ex 7202 49 90 |
10 |
Ferro-kromju li fih 1,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju |
1.1.-31.12. |
50 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2629 |
ex 7616 99 90 |
85 |
Manku teleskopiku ta’ l-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1) |
1.1.-31.12. |
240 000 unitajiet |
0 % |
||||||||
09.2763 |
ex 8501 40 80 |
30 |
Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600 W imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1) |
1.1.-31.12. |
2 000 000 unitajiet |
0 % |
||||||||
09.2633 |
ex 8504 40 81 |
30 |
Adapter tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, biex jintuża fil-manifattura ta’ apparat li jneħħi x-xagħar (1) |
1.1.-31.12. |
4 500 000 unitajiet |
0 % |
||||||||
09.2620 |
ex 8526 91 20 |
20 |
Assemblaġġ għal sistemi GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni |
1.1.-31.12. |
3 000 000 unitajiet |
0 % |
||||||||
09.2003 |
ex 8543 70 90 |
63 |
Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 x 30 mm |
1.1.-31.12. |
1 400 000 unitajiet |
0 % |
||||||||
09.2631 |
ex 9001 90 00 |
80 |
Lentijiet, priżmi u elementi inkullati għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-kodiċijiet NM 9005 , 9013 u 9015 (1) |
1.1.-31.12. |
5 000 000 unitajiet |
0 % |
(1) L-eżenzjoni minn jew tnaqqis fid-dazji tad-dwana għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-disposizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni bil-ħsieb ta ’kontroll tad-dwana ta’ l-użu ta ’oġġetti bħal dawn (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 ( ĠU L 253, 11. 10. 1993, p. 1)).
(2) Madankollu, il-miżura mhijiex permessa fejn l-ipproċessar isir mill-istabbilimenti li jbiegħu bl-imnut jew tal-catering.