This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0018
Council Directive 2006/18/EC of 14 February 2006 amending Directive 77/388/EEC with regard to reduced rates of value added tax
Direttiva tal-Kunsill 2006/18/KE ta' l- 14 ta' Frar 2006 li temenda d-Direttiva 77/388/KE fir-rigward tar-rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud
Direttiva tal-Kunsill 2006/18/KE ta' l- 14 ta' Frar 2006 li temenda d-Direttiva 77/388/KE fir-rigward tar-rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud
ĠU L 51, 22.2.2006, p. 12–13
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 243–244
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006L0112
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31977L0388 | Tlestija | artikolu 12.4 | 01/01/2006 | |
Modifies | 31977L0388 | Emenda | artikolu 12.3 | 01/01/2006 | |
Modifies | 31977L0388 | Emenda | artikolu 28.6 | 01/01/2006 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32006L0112 | 01/01/2007 |
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
243 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/18/KE
ta' l-14 ta' Frar 2006
li temenda d-Direttiva 77/388/KE fir-rigward tar-rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Il-possibbiltà ta' l-applikazzjoni ta' rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandha tingħata fir-rigward ta' provvisti ta' tisħin urban, bl-istess mod kif ingħatat għall-provvisti ta' gass naturali u ta' elettriċità, li għalihom il-possibbiltà ta' l-applikazzjoni ta' rata mnaqqsa hija diġà prevista fis-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (3). |
(2) |
Sabiex jiġi apprezzat aħjar l-impatt tar-rati mnaqqsa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tfassal rapport ta' valutazzjoni dwar l-impatt tar-rati mnaqqsa applikati għal servizzi provduti lokalment, b'mod partikolari f'termini ta' ħolqien ta' mpjiegi, ta' tkabbir ekonomiku u tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
(3) |
Konsegwentement, għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2010 l-esperiment tar-rati mnaqqsa għas-servizzi li jirrikjedu l-prestazzjoni ta' kwantità kbira ta' xogħol minn ħaddiema u għandha tkun prevista l-possibbiltà għall-Istati Membri kollha li jieħdu sehem fih taħt l-istess kundizzjonijiet. |
(4) |
Għaldaqstant, l-Istati Membri li jkunu jixtiequ jibbenefikaw, għall-ewwel darba, mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 77/388/KEE u dawk li jkunu jixtiequ jemendaw il-lista ta' servizzi li għalihom huma applikaw l-imsemmija dispożizzjoni fil-passat, għandhom jippreżentaw talba lill-Kummissjoni, flimkien mad-dettalji relevanti għall-fini ta' valutazzjoni. Tali valutazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni ma tidhirx li hija meħtieġa fil-każ fejn l-Istati Membri jkunu preċedentament ibbenefikaw minn awtorizzazzjoni fil-passat u jkunu ppreżentaw rapport dwar dan is-suġġett lill-Kummissjoni. |
(5) |
Sabiex tkun żgurata l-kontinwità legali, din id-Direttiva għandha tkun applikabbli mill-1 ta' Jannar 2006. |
(6) |
L-implementazzjoni ta' din id-Direttiva ma timplika ebda bidla fid-dispożizzjonijiet leġislattivi ta' l-Istati Membri, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 77/388/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2. |
Fl-Artikolu 28, il-paragrafu (6) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandha tkun applikabbli mill-1 ta' Jannar 2006.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar il-14 ta' Frar 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
K.-H. GRASSER
(1) ĠU C 89 E, 14.4.2004, p. 138.
(2) ĠU C 32, 5.2.2004, p. 113.
(3) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/92/KE (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 19).