Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0068

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEETest b'relevanza EEA

ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321–360 (ES, DA, DE, EN, IT, PT, FI, SV)
ĠU L 139, 30.4.2004, p. 319–359 (NL)
ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320–359 (FR)
ĠU L 139, 30.4.2004, p. 322–361 (EL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/68/oj

32004L0068



Official Journal L 139 , 30/04/2004 P. 0320 - 0359


Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE

tas-26 ta' April 2004

li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE

(Test b'relevanza EEA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkonsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkonsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku w Soċjali [2],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa u l-ispezzjonijiet veterenarji ma l-importazzjoni ta' l-annimali bovini, ovini u kaprini u dwar il-majjali, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [3] tassigura livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa ta' l-annimali billi tistabbilixxi ħtiġiet sanitarji ġenerali dwar ċerta importazzjoni minn pajjiżi terzi.

(2) Huwa meħtieġ li jkunu razzjonbalizzati u aġġornati d-dispożizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jikkonċernaw il-kummerċ fl-annimali li hemm dispożizzjoni dwarhom fid-Direttiva 72/462/KEE minħabba l-evoluzzjoni tan-normi internazzjonali ta' l-uffiċċju Internazzjoni des Epizooties (OIE) u l-adozzjoni minn dan l-Uffiċċju ta' normi ġodda, flimkien ma l-implikazzjonijiet tagħhom fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji (WTO) u l-Ftehim tagħha dwar l-Applikazzjoni ta' Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji.

(3) B'żieda, id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ippreċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti ta' oriġinli mill-annimali għall-konsum uman [4] tibdel il-ħtiġiet tal-laħam u għall-prodotti tal-laħam li hemm dispożizzjoni dwarhom fid-Direttiva 72/462/KEE. Huwa għalhekk meħtieġ u xieraq li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet simili u aġġornati dwar is-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni ta' l-annimali ungulati ħajjin fil-Komunità, permezz ta' din id-Direttiva.

(4) Sabiex tkun imħarsa s-saħħa ta' l-annimali, dawn id-dispożizzjonijiet ġodda għandhom ikunu estiżi sabiex ikopru annimali ungulati oħrajn li jistgħu jippreżentaw riskju simili tat-trasmissjoni tal-mard. B'dana kollu, l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet dwar annimali tali għandha tkun mingħajr preġudizju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' fawna u flora ferjali billi jkun regolat il-kummerċ tagħhom [5].

(5) Bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' equidae [6], l-importazzjoni fil-Komunità ta' equidae hija permissibbli biss mill-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista mħejjija bi qbil mad-Direttiva 72/462/KEE. Id-dispożizzjonijiet sabiex ikunu stabbiliti l-listi ta' pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta' tali equidae għandhom ikunu nklużi fid-Direttiva 90/426/KEE.

(6) It-tgħarrif xjentifiku, li jikkonċerna s-suxxettabbilità u t-testijiet ta' ċerti annimali gġall-mard, jinbidlu regolarment. Proċedura għandha għalhekk tkun stabbilita hekk li l-iskop tal-lista tal-ispċje ta' l-annimali u tal-mard li għalieh huma suxxettibbli tkun tista tiġi aġġornata b'ħeffa b'reazzjoni ta' tali żviluppi.

(7) Fl-interess tal-benessere ta' l-annimali u tal-konsistenza tal-leġislazzjoni tal-Komunità, il-ħtiġiet ġenerali tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport [7], partikolarment f'dak li jirrigwardja l-provvista ta' l-ilma tax-xorb u ta' l-għalf, għandhom ikunu meqjusa f'din id-Direttiva.

(8) Fl-interessi tal-protezzjoni tas-saħħa ta' l-annimali u tal-konsistenza tal-leġislazzjoni tal-Komunità, id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organiuzzazzjoni tal-verifiki veterenarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [8] għandha wkoll tkun ikkonsidrata.

(9) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizju ta' poteri tal-implementazzjoni mgħotija lill-Kummissjoni [9].

(10) Ir-regoli tas-saħħa pubblika u tal-kontrolli uffiċċjali li huma applikabbli għal-laħam u l-prodotti tal-laħam bis-saħħa tad-Direttiva 72/462/KEE kienu ġew mibdula b'dawk tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċċjali fuq il-prodotti ta' oriġini mill-annimali li huma ntiżi għall-konsum uman [10], li għandhom ikunu applikabbli sa mill-1 ta' Jannar 2006. Ir-regoli l-oħrajn ta' l-imsemmija Direttiva kienu ġew mibdula bid-Direttiva 2002/99/KE, li d-dispożizzjonijiet tagħha huma applikabbli sa mill-1 ta' Jannar 2005, jew li sejrin ikunu mibdula b'dawk ta' din id-Direttiva.

(11) Id-Direttiva 72/462/KEE għandha għalhekk tkun imħassra meta t-testi kollha li jieħdu post id-dispożizzjonijiet tagħha jkunu applikabbli.

(12) Huwa meħtieġ, b'dana kollu, fl-interess taċ-ċarezza tal-leġislazzjoni tal-Komunià, li jkunu mħassra ċerti deċiżjonijiet li m'għandhomx aktar applikabbli u li fl-istess waqt li jkun hemm provvediment għal ċerti regoli implementattivi li jibqgħu fis-seħħ sakemm il-miżuri meħtieġa jkunu ġew adottati permezz ta' qafas legali ġdid.

(13) Bi qbil mal-prinċipji tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq għall-akkwist ta' l-objettiv bażiku tal-protezzjoni tas-saħħa ta' l-annimali li jkunu stabbiliti regoli dwar il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' annimali ungulati ħajjin. Din id-Direttiva ma tmurx lill hinn minn dawk li huma meħtieġ sabiex tilħaq l-għanijiet mixtieqa bi qbil mat-tielet paragradu ta' l-Artikolu 5 tat-Trattat.

(14) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 jistabbilixxi prinċipji u ħtiġiet ġenerali dwar il-liġi ta' l-ikel, jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri f'materji tas-sigurtà ta' l-ikel [11], stabbilixxa proceduri u terminoloġija ġdida tal-kumitat. Fl-interessi tal-konsistenza tal-leġislazzjoni tal-Komunità, dawk il-proċeduri u terminoloġija għandhom ikunu meqjusa f'din id-Direttiva.

(15) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi, u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni li ma humiex suġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità referuti fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE [12], tistabbilkixxi l-kondizzjonijiet għall-importazzjoni fil-Komunità ta' l-annimali ungulati apparti milli l-bovini, l-ovini, il-kaprini, il-proċini u l-ekwini domestiċi, u tipprovdi għal-lista li għandha tkun imħejjija sabiex telenka il-pajjiżi terzi ta' minn fejn l-Istati Membri jistgħu jimportaw tali annimali kif ukoll il-ħtiġiet tas-saħħa li għandhom ikunu miulħuqa. Din id-Direttiva għandha tkun emendata sabiex ikunu esklużi mill-iskop tagħha l-ispeċje ta' l-annimali koperti b'dan l-att preżenti.

(16) Huwa wkoll xieraq li jkun hemm provvediment li l-ħtiġet tat-testijiet ma l-importazzjoni ta' annimali ħajjin koperti bid-Direttiva 92/65/KEE għandhom ikunu aġġornati jew stabbiliti bil-proċedura tal-kumitat.

(17) Id-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE għandhom għalhekk ikunu emendati kif xieraq.

ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I IL-MATERJA TAS-SUĠĠETT, L-ISKOP U D-DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Il-materja tas-suġġett u l-iskop

Din id-Direttiva tiustabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni fil-, u t-transitu matul, il-Komunità, ta' ungulati ħajjin.

Artikolu 2

Definizjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, dawn id-definizjonijiet kif ġejjin għandhom ikunu applikabli:

(a) "pajjiżi terzi" għandha tfisser il-pajjiżi apparti milli l-Istati membri, u dawk it-territorji tal-Istati membru li dwarhom id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 li tikkonċerna l-verifiki veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan tat-twettieq tas-suq intern [13] u tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tikkonċerna l-verifiki veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan tat-twettieq tas-suq intern [14] ma humiex applikabbli.

(b) "pajjiż terz awtorizzat" għandu jfisser pajjiż terz, jew parti ta' pajjiż terz, li minnu l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta' annimali ungulati ħajjin elenkati fl-Anness I hija awtorizzata kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 3(1);

(ċ) "veterinarju uffiċċjali" għandha tfisser veterinarju awtorizzat mill-amministrazzjoni veterinarja ta' pajjiż terz sabiex iwettaq l-ispezzjonijiet tas-saħħa fuq annimali ħajjin, u sabiex iwettaq iwettaq iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali;

(d) "ungulati" għandha tfisser dawk l-annimali elenkati fl-Anness 1.

KAPITOLU II ĦTIĠIET TAS-SAĦĦA TA' L-ANNIMALI APPLIKABBLI GĦALL-IMPORTAZZJONI ĠEWWA IL-KOMUNITÁ TA' ĊERTI ANNIMALI UNGULATI

Artikolu 3

Pajjiżi terzi awtorizzati

1. L-importazzjoni ta' l-ungulati ħajjin ġewwa il-, u t-transitu matul il-Komunità għandhom iseħħu biss minn dawk il-pajjiżi terzi awtorizzati li jidhru fil-lista jew fil-listi mħejjija u emendati bi qbil mal-proċeduri referuti fl-Artikolu 14(2).

Meta tkun meqjusa s-sitwazzjoni tas-saħħa u l-garanziji kif ipprovduti mill-pajjiż terz għall-animali elenkati fl-Anness I, jista jkun deċiż bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2) li l-awtorizzazzjoni li hemm provvediment dwarha fis-sub-paragrafu preċedenti għandha tkun applikabbli għat-territorju kollu ta' pajjiż terz awtorizzat jew biss għal parti mit-territorju tiegħu.

Għall-dak l-iskop u fuq il-bażi tan-normi internazzjonali relevanti, akkont għandu jittieħed ta' kif dak il-pajjiż terz awtorizzat ikun japplika u jimplementa dawk in-normi, partikolarment il-prinċipju tar-reġjonalizzazzjoni fi ħdan it-territorju tiegħu stess u b'relazzjoni mal-ħtiġiet sanitarji tiegħu għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn u mill-Komunità.

2. L-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta' ungulati ħajjin ġewwa il-, jew it-transitu matul il-Komunità, kif hemm prevvediment dwar dan fil-paragrafu 1 u l-kondizzjonijiet speċipiċi tas-saħħa ta' l-annimali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 6(3) jistgħu ikunu sospiżi jew imneħħija bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2) meta s-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali f'dak il-pajjiż terz awtorizzat tkun tiġġustifika tali sospenzjoni jew tneħħija.

Artikolu 4

Preparazzjoni tal-listi ta' pajjiżi terzi awtorizzati

Meta l-listi ta' pajjiżi terzi awtorizzati jkunu mħejjija jew emendati, akkont partikolari għandu jittieħed ta':

(a) l-istat tas-saħħa tal-qobla ħajjin, l-annimali domestiċi l-oħrajn u tal-ħajja ferjali fil-pajjiż terz, b'attenzjoni partikolari għall-mard eżotiku ta' l-annimali u ta' xi aspetti tas-saħħa ġenerali u tas-sitwazzjoni ambjentali f'dak il-pajjiż terz li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa u l-istat ambjentali tal-Komunità;

(b) il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz b'relazzjoni mas-saħħa u l-benessere ta' l-annimali;

(ċ) l-organizzazzjoni ta' l-awtorità veterinarja kompetenti u tas-servizzi tagħa tal-ispezzjoni, il-poteri ta' dawk is-servizzi, is-superviżjoni li għaliha huma suġġetti, u l-meżżi fid-dispożizzjoni tagħhom, inklużi l-kapaċità tal-persunall u tal-laboratorji, li japplikaw b'mod effettiv il-leġistazzjoni nazzjonali;

(d) l-assigurazzjonijiet li l-awtorità veterinarja kompetenti tal-pajjiż terz tista tagħti f'dak li jirrigwardja l-konformità u l-ekwivalenza mal-kondizzjonijiet relevanti tas-saħħa ta' l-annimali li huma applikabbli fil-Komunità;

(e) jekk il-pajjiż terz ikunx membru tal-OIE u tar-regolarità u l-ħeffa ta' l-informazzjoni fornuta mill-pajjiż terz fir-rigward ta' l-eżistenza ta' mard infettus u li jittieħed ta' l-annimali fit-territorju tiegħu, partikolarment dak il-mard elenkat mill-OIE;

(f) il-garanziji mogħtija mill-pajjiż terz direttament li jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri;

(i) li fi żmien 24 siegħa tal-konferma tas-seħħ ta' xi mard elenkat fl-Anness II u ta' xi tibdil fl-istrateġija tal-vaċċinazzjoni li tikkonċerna tali mard;

(ii) li matul perijodu xieraq, ta' xi tibdil propost fir-regoli nazzjonali tas-saħħa li jikkonċernaw l-annimali ungulati ħajjin, partikolarment f'dak li jirrigwardja l-importazzjoni;

(iii) matul intervalli regolari, dwar l-istatus tas-saħħa fit-territorju tiegħu;

(g) kwalunkwe esperjenza dwar importazzjoni preċedenti ta' annimali ħajjin mill-pajjiż terz u r-riżultati ta' xi kontrolli ta' l-importazzjoni kif imwettqa;

(h) ir-riżultati tal-ispezzjonijiet mill-Komunità u/jew l-awditjar imwettaq fil-pajjiż terz, partikolarment ir-riżultati tal-istudji mill-awtoritajiet kompetenti jew, meta l-kummissjoni hekk titlob, ir-rapport ippreżentat mill-awtoritajiet kompetenti dwar l-ispezzjonijiet li huma jkunu wettqu;

(i) ir-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard ta' l-annimali, infettus jew li jittieħed, li jkunu fis-seħħ fil-pajjiż terz u l-implementazzjoni tagħhom, inklużi r-regoli dwar l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn.

Artikolu 5

Pubblikazzjoni tal-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tirranġa għall-aġġornament tal-verżjonijiet tal-listi kollha imħejjija jew emendati kif hemm provvediment dwar dan fl-artikolu 3(1) li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. Dawk il-listi jistgħu ikunu miġbura flimkien ma listi oħrrajn imħejjija għall-iskopijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tal-pubbliku u jistgħu ukoll jinkludi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa.

Artikolu 6

Il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni u t-transitu minn pajjiżi terzi awtorizzati, ta' ungulati ħajjin għal ġewwa l-Komunità.

1. Kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni u t-transitu ta' ungulati ħajjin minn pajjiżi terzi awtorizzati għal ġewwa l-Komunità għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2).

Dawn jistgħu iqisu dan li ġej:

(a) l-ispeċje ikkonċernata ta' l-annimali;

(b) l-età u s-sess ta' l-annimali;

(ċ) id-destinazzjoni jew l-iskop intiżi ta' l-annimali;

(d) il-miżuri li għandhom ikunu applikati wara l-importazzjoni ta' l-annimali ġewwa l-Komunità;

(e) xi dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fil-qafas tal-kummerċ intra-Komunitarju.

2. Il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta' l-annimali li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ibbażati fuq ir-regoli stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Komunità dwar il-mard li għalieh l-annimali huma suxxettibbli.

3. B'dana kollu, meta l-ekwivalenza tal-garanzija uffiċċjali tas-saħħa kif fornuta mill-pajjiż terz ikkonċernat tista tkun formalment rikonoxxuta mill-Komunità, il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta' l-annimali jistgħu ikunu ibbażati fuq dawk tal-garanziji.

Artikolu 7

Il-garanziji mill-pajjiżi terzi awtorizzati rigward l-importazzjoni ta' l-ungulati ħajjin għal ġewwa il-Komunità.

L-importazzjoni ta' l-ungulati ħajjin għal ġewwa il-Komunità għandom ikunu mħollija biss jekk il-pajjiż terz awtorizzat jipprovdi dawn il-garanziji li ġejjin:

(a) li l-annimali jkunu ġejjin minn territorju ħieles mill-mard, bi qbil mal-kriterja bażika ġenerali elenkati fl-Anness II u li fih id-dħul ta' l-annimali mlaqqma kontra l-mard elenkat f'dak l-Anness għandu jkun ipprojbit;

(b) l-annimali għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta' l-annimali kif hemm dispożizzjoni dwar dan fl-Artikolu 6;

(ċ) qanel il-jum tat-tgħabija għall-konsenja lejn il-Komunità, l-annimali għandhom jibqgħu fit-territorju tal-pajjiż terz awtorizzat għal perijodu ta' żmien kif stabbilit fil-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta' l-annimali referuti fl-Artikolu 6;

(d) qabel il-konsenja lejn il-Komunità, l-annimali jkunu għaddw minn verifika mwettqa minn veterinarju uffiċċjali sabiex jassigura li huma b'saħħithom u li l-kondizzjonijiet tat-traspoirt li hemm provvediment dwarhom fid-Direttiva 91/628/KEE jkun hemm konformità magħhom, partikolarment f'dak li jirrigwardja l-għoti ta' l-ilma tax-xorb u ta' l-għalf;

(e) l-annimali għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat veterinarju li jkun konformi ma l-Artikolu 11 u mal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju stabbilit bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2). Dispożizzjonijiet jistgħu isiru dwar l-użu tad-dokumenti elettroniċi permezz ta' l-istess proċedura;

(f) mall-wasla fil-Komunità, l-annimali għandhom ikunu ivverifikati fil-post ta' fuq il-fruntiera kif mifthiem bi qbil ma l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/496/KEE.

Artikolu 8

Deroga mill-garanziji li għandhom ikunu ipprovduti mill-pajjiżi terzi awtorizzati

Bħala deroga mill-Artikoli 6 u 7, id-dispożizzjonijiet speċifiċi, inkluż il-mudell taċ-ċertifikati veterenarju, jistgħu ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 1492) għall-importazzjoni jew it-transitu ta' l-ungulati ħajjin minn pajjiżi terzi awtorizzati permezz ta' l-Artikolu 3(1), jekk dawn l-annimali:

(a) huma ntiżi esklussivament għall-mgħera jew għall-iskopijiet tax-xogħol, fuq bażi temporanja, fil-viċinanza tal-fruntieri tal-Komunità;

(b) huma relatati ma avveniment ta' sports, kummidji, wirjiet u esebizzjonijiet imma ma humiex relatati ma trażazzjonijiet kummerċjali ta' l-annimali nfushom;

(ċ) huma ntiżi għal ġonna żooloġiċi, oqsma tad-divertiment, laboratorju sperimentali jew, kif definit fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 92/65/KEE, korp approvat, istyitur approvat jew ċentru approvat;

(d) esklussivament iwettqu transitu matul il-Komunità matul postijiet approvati tal-fruntiera tal-Komunità taħt l-ispezzjoni u s-superviżjoni ta' veterinarju uffiċjali u tad-dwana approvat, mingħajr ebda waqfa fil-Komunità apparti milli dawk li huma meħtieġa għall-iskopijiet tal-benessere ta' l-annimali;

(e) ikunu jakkompanjaw lil sidhom bħala annimali personali;

jew

(f) huwa ippreżentati f'post approvat ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera tal-Komunità wara li jkunu telqu mill-Komunità:

- matul perijodu ta' 30 jum għall-wieħed mill-iskopijiet referuti fil-punti (a), (b) u (e),

jew

- ikunu għaddew bħala transitu minn pajjiż terz,

jew

(g) ikunu jappartienu għal speċje fil-perikolu ta' estinzjoni.

Artikolu 9

Deroga mill-Artikolu 7(a) f'dak li jirrigwardja l-importazzjoni jew it-transitu minn pajjiżi terzi awtorizzati meta l-mard elenkat fl-Anness II ikun preżenti u/jew tkun imwattqa il-vaċċinazzjoni.

Bħala deroga mill-Artikolu 1(a), u bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 1492), kondizzjonijiet jistgħu ikunu stabbiliti għall-importazzjoni jew it-transitu ta' ungulati ħajjin għal ġewwa l-Komunità minn pajjiż terz awtorizzat meta ċerti mard elenkati fl-Anness II huma preżenti u/jew imlaqqma kontra dak il-mard ikunu twettqu.

Tali derogi għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta' pajjiż b'pajjiż.

Artikolu 10

Deroga mill-Artikolu 7(a) f'dak li jirrigwardja l-iportazzjoni jew it-transitu minn pajjiżi terzi awtoriuzzati meta l-importazzjoni jew it-transitu jkun ġew sospiżi jew ipprojbiti

Bħala deroga mill-Artikolu 7(a), u bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2), perijodu speċifiku jista jkun determinat wara l-importazzjoni jew it-transitu ta' l-ungulati ħajjin minn għand pajjiż terz awtorizzat jistgħu ikunu mibdija mill-ġdid wara s-sospenzjoni jew il-projbizzjoni ta' l-importazzjoni jew tat-transitu minħabba tibdil fis-sitwazzjoni tas-saħħa, flimkien ma xi kondizzjonijiet addizzjonali li għandhom ikunu mwettqa wara tal-bidu mill-ġdid.

Meta jkun deċiż li terġa tibda mill-ġdid l-importazzjoni jew it-transitu ta' tali annimali, akkont għandu jittieħed ta':

- normi internazzjonim

- jekk l-iskoppjar ta' numru ta' skoppjar epiżootoliġikament mhux relatati ta' wieħed jew aktar mill-mard elenkat fl-Anness II iseħħx f'żona ġeografika limitata f'pajjiż jew reġjun terz awtorizzat.

- jekk l-iskoppjar jew l-iskoppjaturi jkunux ġew eradikati b'suċċess matul perijodu limitat ta' żmien.

Artikolu 11

Ċertifikati veterinarji

1. Ċertifikat veterinarju li jkun konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness III għandu jkun ippreżentat ma kull konsenja ta' l-annimali ma l-importazzjoni jew it-transitu tagħhom fil-Komunità.

2. Iċ-ċertifikat veterinarju għandu jiċċertifika li l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u tal-leġislazzjoni l-oħra tal-Komunità dwar is-saħħa ta' l-annimali, jew meta applikabbli, bi qbil ma l-Artikolu 6(3), dispożizzjonijiet li huma ekwivalenti għal dawk il-ħtiġiet, ikunu ġew imwettqa.

3. Iċ-ċertifikat veterinarju jista jinkludi stqarrijiet taċ-ċertifikazzjoni meħtieġa permezz tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar is-saħħa pubblika, is-saħħa ta' l-annimali u l-benessere ta' l-annimali.

4. L-użu taċ-ċertifikat veterinarju li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 1 jista jkun sospiż jew imneħħi bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 1492) meta s-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali fil-pajjiż terz awtorizzat tkun tiġġustifika tali sospenzjoni jew tneħħija.

Artikolu 12

Spezzjonijiet u awditjar f'pajjiżi terzi

1. L-ispezzjonijiet u/jew l-awditjar jistgħu jittwettqu fil-pajjiżi terzi minn esperti tal-Kummissjoni sabiex tkun verifikata l-konformità jew l-ekwivalenza tar-regoli tal-Komunità dwar is-saħħa ta' l-annimali.

L-esperti mill-Kummissjoni jistgħu ikunu akkumpanjati minn esperti mill-Istati Membri awtorizzati mill-Kummissjoni sabiex iwettqu tali spezzjonijiet u/jew awditjar.

2. L-ispezzjonijiet u/jew l-awditjar li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu1 għandhom ikunu mwettqa f'isem il-Komunità, u l-Kummissjoni għandha tħallas l-ispejjeż involuti.

3. Il-proċedura għat-twettieq ta' l-sipezzjonijiet u/jew l-awditjar fil-pajjiżi terzi, skon ma hemm providement dwar dan fil-paragrafu 1, tista tkun stabbilita jew emendata bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2).

4. Jekk riskju serju għas-saħħa ta' l-annimali jkun identifikat matul spezzjoni u/jew awditjar skond il-provvediment fil-paragrafu 1, anki jekk dan ma jkun direttament relatat ma l-objettivi ta' l-sipezzjoni/awditjar, il-Kummissjoni għandha immedjetament, tieħu l-miżuri meħtieġa dwar is-salvagward tas-saħħa ta' l-annimali, kif stabbilit fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 91/496/KEE, inkluża s-sospenzjoni jew it-tneħħoja ta' l-awtorizzazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet li jagħtu s-segħta

1. Dan li ġej jista jkun stabbilit b'mod konformi mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2).

(a) taddotta regoli detaljati għall-applikar ta' din id-Direttiva;

(b) regolu rigward l-oriġini ta' l-annimali;

(ċ) il-kriterja għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom f'dak li jirrigwardja l-mard ta' l-annimali;

(d) dispożizzjonijiet għall-użu ta' dokumenti elettroniċi li jirrigwardjaw il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji kif hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 7(e);

(e) mudelli taċ-ċertifikati veterinarji kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 11(1).

2. L-Annessi ta' din id-Direttiva listgħu ikunu emendati bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2) sabiex ikun meqjus, partikolarment ta':

(a) opinjonijiet xtentifiċ u tgħarif xjentifiku, partikolarment f'dak li jikkonċerna studju ta' riskji ġodda;

(b) żviluppi tekniċi u/jew emendi għan-normi internazzjonali;

(ċ) l-istabbilar ta' miri tas-sigurtà għas-saħħa ta' l-annimali.

Artikolu 14

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2. Meta ssir refernza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal 15 il-jum.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.

Artikolu 15

Emenda għad-Direttiva 90/426/KEE

Id-Direttiva 90/426/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 12 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 12

1. L-importazzjoni ta' l-ekwidi ġewwa il-Komunità għandha tkun awtorizzata biss minn dawk il-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista jew fil-listi mħejjija u emendati bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 24(2).

Meta tkun meqjusa s-sitwazzjoni tas-saħħa u l-garanziji kif ipprovduti mill-pajjiż terz għall-ekwidi, jista jkun deċiż bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 24(2) li l-awtorizzazzjoni li hemm provvediment dwarha fis-sub-paragrafu preċedenti għandha tkun applikabbli għat-territorju kollu ta' pajjiż terz jew biss għal parti mit-territorju tiegħu.

Għall-dak l-iskop u fuq il-bażi tan-normi internazzjonali relevanti, akkont għandu jittieħed ta' kif dak il-pajjiż terz ikun japplika u jimplementa dawk in-normi, partikolarment il-prinċipju tar-reġjonalizzazzjoni fi ħdan it-territorju tiegħu stess u b'relazzjoni mal-ħtiġiet sanitarji tiegħu għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn u mill-Komunità.

2. Meta l-listi li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1 jkunu mħejjija jew emendati, akkont partikolari għandu jittieħed ta':

(a) l-istat tas-saħħa ta' l-ekwidi, l-annimali domestiċi l-oħrajn u tal-ħajja ferjali fil-pajjiż terz, b'attenzjoni partikolari għall-mard eżotiku ta' l-annimali u ta' xi aspetti tas-saħħa ġenerali u tas-sitwazzjoni ambjentali f'dak il-pajjiż terz li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa u l-istat ambjentali tal-Komunità;

(b) il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz b'relazzjoni mas-saħħa u l-benessere ta' l-annimali;

(ċ) l-organizzazzjoni ta' l-awtorità veterinarja kompetenti u tas-servizzi tagħa tal-ispezzjoni, il-poteri ta' dawk is-servizzi, is-superviżjoni li għaliha huma suġġetti, u l-meżżi fid-dispożizzjoni tagħhom, inklużi l-kapaċità tal-persunall u tal-laboratorji, li japplikaw b'mod effettiv il-leġistazzjoni nazzjonali;

(d) l-assigurazzjonijiet li l-awtorità veterinarja kompetenti tal-pajjiż terz tista tagħti f'dak li jirrigwardja l-konformità u l-ekwivalenza mal-kondizzjonijiet relevanti tas-saħħa ta' l-annimali li huma applikabbli fil-Komunità;

(e) jekk il-pajjiż terz ikunx membru tal-Office International des Epizooties OIE u tar-regolarità u l-ħeffa ta' l-informazzjoni fornuta mill-pajjiż terz fir-rigward ta' l-eżistenza ta' mard infettus jew li jittieħed ta' l-annimali fit-territorju tiegħu, partikolarment dak il-mard elenkat mill-OIE u fgl-Anness A ta' din id-Direttiva;

(f) il-garanziji mogħtija mill-pajjiż terz li direttament li jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri:

(i) li fi żmien 24 siegħa tal-konferma tas-seħħ ta' xi mard infettus ta' l-ekwidi elenkat fl-Anness A u ta' xi tibdil fl-istrateġija tal-vaċċinazzjoni li tikkonċerna tali mard;

(ii) li matul perijodu xieraq, ta' xi tibdil propost fir-regoli sanitarji nazzjonali li jikkonċernaw l-annimali ewkidi, partikolarment f'dak li jirrigwardja l-importazzjoni ta' l-ekwidi;

(iii) matul intervalli regolari, dwar l-istatus tas-saħħa fit-territorju tiegħu f'dak li jikkonċerna l-ekwidi;

(g) kwalunkwe esperjenza dwar importazzjoni preċedenti ta' l-ekwidi ħajjin mill-pajjiż terz u r-riżultati ta' xi kontrolli ta' l-importazzjoni kif imwettqa;

(h) ir-riżultati tal-ispezzjonijiet mill-Komunità u/jew l-awditjar imwettaq fil-pajjiż terz, partikolarment ir-riżultati tal-istudji mill-awtoritajiet kompetenti jew, meta l-kummissjoni hekk titlob, ir-rapport ippreżentat mill-awtoritajiet kompetenti dwar l-ispezzjonijiet li huma jkunu wettqu;

(i) ir-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard ta' l-annimali, infettus jew li jittieħed, li jkunu fis-seħħ fil-pajjiż terz u l-implementazzjoni tagħhom, inklużi r-regoli dwar l-importazzjoni ta' l-ekwidi minn pajjiżi terzi oħrajn.

3. Il-Kummissjoni għandha tirranġa għall-aġġornament tal-verżjonijiet tal-listi kollha imħejjija jew emendati kif hemm provvediment dwar dan fil-paragrafu 1 li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Dawk il-listi jistgħu ikunu miġbura flimkien ma' listi oħrajn imħejjija għall-iskopijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tal-pubbliku u jistgħu ukoll jinkludi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa.

4. Kondizzjonijiet speċjali ta' l-importazzjoni għal kull pajjiż terz jew grupp ta' pajjiżi terzi, li jqisu s-siwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali li tikkonċerna l-ekwidi fil-pajjiż jew il-pajjiżi terzi ikkonċernati għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 24(2).

5. Regolati dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u l-kriterja sabiex ikunu nklużi pajjiżi terzi jew partijiet tal-pajjiżi terzi, fil-listi li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1 jistgħu ikunu adottat bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 24(2)."

2. il-punt li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 19:

"(iv) tista tiddelega laboratorju ta' referenza tal-Komunità dwar wieħed jew aktar mill-mard ta' l-ekwidi elenkati fl-Anness A u għandha tistipula l-funzjonijiet, id-doveri u l-proċeduri fir-rigward tal-kollaborazzjoni mal-laboratorji responsabbli għad-dianjożi tal-mard infettus ta' l-ekwidi fl-Istati Membri."

Artikolu 16

Emenda għad-Direttiva 92/65/KEE

Id-Direttiva 92/65/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-ewwel sup-paragrafu ta' l-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Din id-Direttiva tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ lejn u l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta' l-annimali, s-semen, l-ova u l-embrijuni li ma humiex suġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fl-atti speċifiċi tal-Komunità referuti fl-Anness F."

2. L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a) fi A(1), il-punt (e) huwa mibdul bi:

"(e) għandhom ikunu akkompanjati b'ċertifikat li jkun jikkorrespondi mal-kampjun muri fl-Anness E, il-parti 1, li jkollu fuq din id-dikjarazzjoni kif ġejja:"

+++++ TIFF +++++

(b) fi A(1), il-punt (f) huwa mħassar;

(ċ) fi A(2), il-punt (b) huwa mibdul bi:

"(b) meta dawn ma jkunux ġejjin minn merħla li tilħaq il-kondizzjonijiet stabbiliti fi (a), dawn għandhom jiġu minn qasam li fih l-ebda każ ta' bruċellożi jew tuberkolożi ma jkunu ġew reġistrati matul l-aħħar 42 jum preċedenti tat-tgħabija ta' l-annimali u li r-ruminanti kienu għat-3° jum preċedenti tal-konsenja għaddew b'riżultati negattivi minn test għall-bruċellożi u t-tuberkolożi."

(d) fi A(3), il-punti (e), (f) u (g) huma mħassra;

(e) il-punt li ġej huwa miżjud ma' (A):

"4. 4. Il-ħtiġiet tat-testijiet riferuti f'dan l-Artikolu u l-kriterja tagħhom jistgħu ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom iqisu l-każ ta' ruminati mkabbra f'reġjuni arktiċi tal-Komunità.

Sa kemm ikun hemm id-deċiżjonijiet li hemm provvediment dwarhom fis-sub-paragrafu preċedenti, ir-regoli nazzjoni għandhom jibqgħu li jkunu applikabbli."

3. L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) huma mibdula b'dawn li ġejjin:

"(a) lista ta' pajjiżi terzi jew tal-partijiet ta' pajjiżi terzi li jistgħu jipprovdu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b'garanziji ekwivalenti għal dawk li hemm provvediment dwarhom fil-Kapitolu 11 b'relazzjoni ma l-annimali, semen, ova u embrijuni,

u

(b) mingħajr preġudizju għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/63/KE tal-31 ta' Jannat 1994 li tħejji lista ta' pajjiżi terzi li minn għandhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ispeċje ta' l-ovini u l-kaprini u ta' l-ova u l-embrijuni tal-ispeċje tal-porċini [15], lista ta' ċentri tal-ġbir minn fejn dawn il-pajjiżi terzi jkunu jistgħu jagħatu l-garanziji li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 11.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bi emendi proponuti għal-listi taċ-ċentri u l-Istati membru għandhom ikollhom 10 tijiem utili, mid-data tal-wasla ta' l-emendi proponuti, sabiex jingħatu l-kummenti bil-miktub tagħhom lejn il-Kummissjoni.

Meta l-ebda kummen ti bil-miktub ma jkunu waslu minn għand l-Istati Membri matul il-perijodu ta' 10 ijiem utili, l-emendi proponuti għandhom ikunu meqjusa bħala li kienu ġew aċċettati mill-Istati Membri u l-importazzjoni għandha tkun awtorizzata bi qbil mal-listi emendati meta l-Kummissjoni tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati membri u tal-pajjiż terz ikkonċernat li l-emendi huma ippubblikati fuq il-website tal-Kummissjoni.

Meta l-kummenti bil-miktub ikunu waslu mingħand mil-anqas Stat membru wieħed matul il-perijodu ta' 10 ijiem utili, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-annimali fil-laqgħa segwenti tiegħu għal deċiżjoni sabiex ikunu adottati bi qbil mal-proċedura riferuta fit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 26."

4. Fl-Artikolu 23, "mill-Artikolu 6(A)(1)(e) u d" huma imħassra;

5. L-Artikolu 26 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 26

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [*] ĠU L 31, tal-01.02.02, p. 1.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE [**] ĠU L 184, tas-17.07.99, p. 23. għandu jkun stabbilit għal tlett xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu."

6. It-test fl-Anness IV ta' din id-Direttiva huwa miżjud bħala l-Anness F.

KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Miżuri transizzjonali

Miżuri transizzjonali jistgħu jkunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 18

Transposizzjoni fil-liġi nazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtiġa sabiex ikunu konformi ma din id-Direttiva qabel l-20 ta' Novembru 2005. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta Stat Membru jadotta dawn il-miżuri, (dawn il-miżuri) għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva, flimkien ma' tabella li turi kif id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu jikkorrespondu mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati.

Artikolu 19

Tħassir tad-Direttiva 71/462/KEE

Id-Direttiva 72/462/KEE hija b'hekk imħassra b'effett mid-data tal-applikabilità tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 20

Regoli implementattivi stabbiliti bi qbil mad-deċiżjonijiet adottati għall-importazzjoni ta' l-annimali ħajjin, laħam u prodotti tal-laħam bis-saħħa tad-Direttiva 72/462/KEE, kif elenkati fl-Anness V ta' din id-Direttiva, għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm mibdula b'miżuri adottati permezz tal-qafas regolatorju ġdid.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ u l-applikabbilità

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta' April 2004.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. Walsh

[1] L-Opinjoni tat-30 ta’ Marzu 2004 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] L-Opinjoni tal-25 ta’ Frar 2004 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 302, tal-31.12.72, p. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

[4] ĠU L 18, tat-23.01.03, p. 11.

[5] ĠU L 61, tat-03.03.97, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[6] ĠU L 224, tat-18.08.90, p. 42. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[7] ĠU L 340, tal-11.12.91, p. 17. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[8] ĠU L 268, tal-24.09.91, p. 56. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/43/KE.

[9] ĠU L 184, tas-17.07.99, p. 23.

[10] Ara l-paġna 83 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[11] ĠU L 31, 01.02.02, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4).

[12] ĠU L 268, 14.09.92, p. 54. Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2003 (ĠU L 198, 06.08.03, p. 3)

[13] ĠU L 395, 30.12.89, p. 13. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[14] ĠU L 224, 18.08.90, p. 29. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.02, p. 14).

[15] ĠU L 28, tat-02.02.94, p. 47. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/211/KE.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Speċje ta' l-annimali kif referuti fl-Artikolu 1

Taxon |

Ordni | Familja | Ġeneral/Speċje |

Artiodactyla | Antilocapridae | Antilocapra ssp. |

Bovidae | Addax ssp., Aepyceros ssp., Alcelaphus ssp., Ammodorcas ssp., Ammotragus ssp., Antidorcas ssp., Antilope ssp., Bison ssp., Bos ssp. (beleértve Bibos, Novibos, Poephagus), Boselaphus ssp., Bubalus ssp. (beleértve Anoa), Budorcas ssp., Capra ssp., Cephalophus ssp., Connochaetes ssp., Damaliscus ssp. (beleértve Beatragus), Dorcatragus ssp., Gazella ssp., Hemitragus ssp., Hippotragus ssp., Kobus ssp., Litocranius ssp., Madogua ssp., Naemorhedus ssp. (beleértve Nemorhaedus és Capricornis), Neotragus ssp., Oreamuos ssp., Oreotragus ssp., Oryx ssp., Ourebia ssp., Ovibos ssp., Ovis ssp., Patholops ssp., Pelea ssp., Procapra ssp., Pseudois ssp., Pseudoryx ssp., Raphicerus ssp., Redunca ssp., Rupicapra ssp., Saiga ssp., Sigmoceros-Alecelaphus ssp., Sylvicapra ssp., Syncerus ssp., Taurotragus ssp., Tetracerus ssp., Tragelaphus ssp. (beleértve Boocerus). |

Camelidae | Camelus ssp., Lama ssp., Vicugna ssp. |

Cervidae | Alces ssp., Axis-Hyelaphus ssp., Blastocerus ssp., Capreolus ssp., Cervus-Rucervus ssp., Dama ssp., Elaphurus ssp., Hippocamelus ssp., Hydropotes ssp., Mazama ssp., Megamuntiacus ssp., Muntiacus ssp., Odocoileus ssp., Ozotoceros ssp., Pudu ssp., Rangifer ssp. |

Giraffidae | Giraffa ssp., Okapia ssp. |

Hippopotamidae | Hexaprotodon-Choeropsis ssp., Hippopotamus ssp. |

Moschidae | Moschus ssp. |

Suidae | Babyrousa ssp., Hylochoerus ssp., Phacochoerus ssp., Potamochoerus ssp., Sus ssp. |

Tayassuidae | Catagonus ssp., Pecari-Tayassu ssp. |

Tragulidae | Hyemoschus ssp., Tragulus-Moschiola ssp. |

Perissodactyla | Rhinocerotidae | Ceratotherium ssp., Dicerorhinus ssp., Diceros ssp., Rhinoceros ssp. |

Tapiridae | Tapirus ssp. |

Proboscidae | Elephantidae | Elephas ssp., Loxodonta ssp. |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Il-mard referut fl-Artikolu 4(f)(i) u l-kriterja bażika ġenerali għal territorju sabiex ikun meqjus bħala ħieles mill-mard bi qbil ma l-Artikolu 7(a)

Mard | Kondizzjonijiet | L-annimali kkonċernati |

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer | L-ebda skoppjar ta' mard, l-ebda evidenza ta' inefezzjoni virali u l-ebda vaċċinazzjoni ma kienet imwettqa matul l-aħħar 12 il-xhar | L-ispeċje kollha |

Stomatiti vesikuali | l-ebda każ ta' mard matul l-aħħar sitt xhur | L-ispeċje kollha |

Marda vesikulari tal-majjali | L-ebda skoppjar ta' mard, l-ebda evidenza ta' inefezzjoni virali u l-ebda vaċċinazzjoni ma kienet imwettqa matul dawn l-aħħar 24 xhar | L-ispeċje tal-familja Suidae |

Rinderpest | L-ebda skoppjar ta' mard, l-ebda evidenza ta' inefezzjoni virali u l-ebda vaċċinazzjoni ma kienet imwettqa matul l-aħħar 12 il-xhar | L-ispeċje kollha |

Peste des petits ruminants | L-ebda skoppjar ta' mard, l-ebda evidenza ta' inefezzjoni virali u l-ebda vaċċinazzjoni ma kienet imwettqa matul l-aħħar 12 il-xhar | L-ispeċje tal-genera Ovis u Capra |

Plewropnewmonja bovina li tittieħed | L-ebda skoppjar ta' mard, l-ebda evidenza ta' inefezzjoni virali u l-ebda vaċċinazzjoni ma kienet imwettqa matul l-aħħar 12 il-xhar | L-ispeċje tal-genus Bos |

Marda ta' l-infafet fil-ġilda | L-ebda skoppjar ta' mard, l-ebda evidenza ta' inefezzjoni virali u l-ebda vaċċinazzjoni ma kienet imwettqa matul dawn l-aħħar 36 xhar | L-ispeċje tal-genus Bos. Bisonu Babalus |

Deni tal-wied Rift | L-ebda skoppjar ta' mard, l-ebda evidenza ta' inefezzjoni virali u l-ebda vaċċinazzjoni ma kienet imwettqa matul l-aħħar 12 il-xhar | L-ispeċje l-oħrajn kollha apparti minn dawk talk-familja Suidae |

L-ilsien kaħlani | L-ebda skoppjar ta' mard, l-ebda evidenza ta' inefezzjoni virali u l-ebda vaċċinazzjoni ma kienet imwettqa matul l-aħħar 12 il-xhar bil-kontroll xieraq tal-popolazzjoni Kullikojda | L-ispeċje l-oħrajn kollha apparti minn dawk talk-familja Suidae |

Ġidri tan-nagħag u ġidri tal-mogħoż | L-ebda skoppjar ta' mard, l-ebda evidenza ta' inefezzjoni virali u l-ebda vaċċinazzjoni ma kienet imwettqa matul l-aħħar 12 il-xhar | L-ispeċje tal-genera Ovis u Capra |

Deni Afrikan tal-majjali | l-ebda każ ta' mard matul l-aħħar 12 il-xhar | L-ispeċje tal-familja Suidae |

Deni klassiku tal-majjali | L-ebda skoppjar ta' mard, l-ebda evidenza ta' inefezzjoni virali u l-ebda vaċċinazzjoni ma kienet imwettqa matul l-aħħar 12 il-xhar | L-ispeċje tal-familja Suidae |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Ħtiġiet għaċ-ċertifikati veterinarji kif referuti fl-artikolu 11

1. Ir-rappreżentant ta' l-awtorità kompetenti tal-konsenja li toħroġ iċ-ċertifikat veterinarju li jakkumpanja l-konsenja ta' l-annimali għandu jiffirma ċ-ċertifikat u jassigura li dan ikollu t-timbru uffiċjali. Din il-ħtieġa hija applikabbli għal kull folja taċ-ċertifikat jekk dan ikun jikkonsisti minn aktar minn folja waħda.

2. Iċ-ċertifikati veterinarji għandhom ikunu mħejjija fil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni u ta' dak l-Istat Membru li fih isseħħ l-ispezzjoni ta' fuq il-fruntiera, jew għandu jkun akkumpanjat bi traduzzjoni ċertifikata f'din il-lingwa jew lingwi. B'dana kollu, Stat membru jista' jaċċetta li jutilizza lingwa uffiċjali oħra tal-Komunità apparti minn dik tiegħu.

3. Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat veterinarju għandha takkumpanja il-konsenji mad-dħul fil-Komunità.

4. Iċ-ċertifikati veterinarju għandhom jikkonsistu minn:

(a) folja singola tal-karti;

jew

(b) tnejn jew aktar paġni li huma parti ta' karta singola waħda u li ma tkunx mifruda.

jew

(ċ) sekwenza ta' paġni numerati hekk li jindikaw li kull waħda hija paġna partikolari f'sekwenza finita (per eżempju "paġna 2 minn erba' paġni").

5. Iċ-ċertifikati veterinarji għandhom ikollhom numru uniku ta' l-identifikazzjoni. Meta ċ-ċertifikat veterinarju jkun jikkonsisti minn sekwenza ta' paġni, kull paġna għandha tindika n-numru uniku ta' l-identifikazzjoni.

6. Iċ-ċertifikat veterinarju għandu jkun maħruġ qabel ma l-konsenja, li għaliha jirreferi, titlaq mill-kontroll ta' l-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-forniment.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

"

ANNESS F

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 rigward il-problemi tas-saħħa ta' annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunità fl-annimali bovini u l-majjali

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tesiġi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' annimali applikabbli għal kummerċ intra-Komunità fil u l-importazzjoni ta' semen ffriżata ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċje bovini

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċje tal-bovini

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' l-ekwidi

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għal kummerċ intra-Komunità fil u l-importazzjoni ta' semen ffriżata ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċje porċini

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' tjur u bajt tat-tfaqqis

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/EEC tat-28 ta' Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta' l-annimali u l-prodotti ta' l-akwakoltura

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fl-annimali ovini u kaprini

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas026 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE”

"

--------------------------------------------------

ANNESS V

Lista ta' Deċiżjonijiet

2003/56/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Jannat 2003 dwar iċ-ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni ta' l-annimali ħajjin u l-prodotti mill-annimali minn New Zealand (ĠU L 22, tal-25.1.2003, p. 38)

2002/987/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2002 dwar il-lista ta' stabbilimenti fil-Ġżejjer Falkland approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 344, tad-19.12.2002, p. 39)

2002/477/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta; l-20 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa pubblika għal-laħam frisk u l-laħam tat-tjur frisk importat minn pajjiżi terzi u li temenda d-Deċiżjoni 94/984/KE (ĠU L 164, tat-22.6.2002, p. 39)

2001/600/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 2001 li tikkonċerna l-miżuri protettivi f'dak li jirrigwardja l-importazzjoni ta' ċerti annimali mill-Bulgarija minħabba l-iskoppjar tal-marda tal-ilsien kaħlani, tħassar id-Deċiżjoni 1999/542/KE, temenda d-Deċiżjoni 98/372/KE li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' l-annimali ħajjin tal-ispeċje bovini u tal-majjali minn ċerti pajjiżi Ewropej sabiex ikunu meqjusa uħud mill-aspetti b'relazzjoni mal-Burgarija u temenda d-Deċiżjoni 97/232/KE li tħejji listi ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati membri jawtorizzaw l-importazzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż (ĠU L 210, tat-3.8.2001, p, 51)

2000/159/KE: Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Frar 2000 dwar l-approvazzjoni proviżorja ta' pjani residwi ta' pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 51, ta' l-24.2.2000, p. 30)

98/8/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 2, tas-6.1.1998, p. 12)

97/222/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Frar 1997 li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw prodotti tal-laħam (ĠU L 89, ta' l-4.4.1997, p. 39)

97/221/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Frar 1997 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u l-mudell taċ-ċertifikat veterinarju fir-rigward ta' l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi u tħassar id-Deċiżjoni 91/449/KEE (ĠU L 89, ta' l-4.4.1997, p. 32)

95/427/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ottubru 1995 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika ta' Namibja approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 254, ta' l-24.10.1995, p. 28)

95/45/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar il-lista ta' stabbilimenti f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 51, tat-8.3.1995, p. 13)

94/465/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 1994 dwar il-lista ta' stabbilimenti fil-Botswana approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 190, tas-26.7.1994, p. 25)

94/40/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Jannar 1994 dwar il-lista ta' stabbilimenti fiż-Żimbabwe approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 22, tas-27.1.1994, p. 50)

93/158/EEC: Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 1992 li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika rigward l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Komunità għall-pajjiżi terzi, id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE, u l-ħtiġiet regolatorji korrespondenti ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika fir-rigward tal-kummerċ fil-laħam frisk tal-bovini u tal-majjal (ĠU L 68, tad-19.3.1993, p. 1)

93/26/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 1992 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika tal-Kroazja approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 24)

90/432/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Lulju 1990 dwar il-lista ta' stabbilimenti fin-Namibja approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 223, tat-18.8.1990, p. 19)

90/13/EEC: Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Diċembru 1989 dwar il-proċedura li għandha tkun segwita għall-emendi jew għas-suppkementi tal-listi ta' stabbilimenti approvati fl-pajjiżi terzi għall-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità) ĠU L 8, tal-11.1.1990, p. 70)

87/431/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 1987 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Renju ta' Sdważilandja approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 228, tal-15.8.1987, p. 53)

87/424/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 1987 dwar il-lista ta' stabbilimenti fl-Istati Uniti Messikani approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 228, tal-15.8.1987, p. 43)

87/258/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 1987 dwar il-lista ta' stabbilimenti fil-Kanada approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 121, tad-9.5.1987, p. 50)

87/257/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 1997 dwar il-lista ta' stabbilimenti fl-Istati Uniti ta' l-Amerika approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 121, tad-9.5.1987, p. 46)

87/124/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Jannar 1987 dwar il-lista ta' stabbilimenti fiċ-Ċili approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 51, ta' l-20.2.1987, p. 41)

86/474/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Settembru 1986 dwar l-implementazzjoni tal-ispezzjonijiet fuq il-post li għandhom ikunu mwettqa fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' l-annimali bovini u tal-majjali u ta' laħam frisk minn pajjiżi mhux-membri (ĠU L 279, tat-30.9.1986, p. 55)

86/65/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 1986 dwar il-lista ta' stabbilimenti fil-Marokk approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 72, tal-15.3.1986, p. 40)

85/539/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 1985 dwar il-lista ta' stabbilimenti fil-Groenlandja approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 334, tat-12.12.1985, p. 25)

84/24/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 1983 dwar il-lista ta' stabbilimenti fl-Islanda approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 20, tal-25.1.1984, p. 21)

83/423/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 1983 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika tal-Paragwaj approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 238, tas-27.8.1983, p. 39)

83/402/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 1983 dwar il-lista ta' stabbilimenti fi New Zealand approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 233, ta' l-24.8.1983, p. 24)

83/384/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 1983 dwar il-lista ta' stabbilimenti fl-Awstralja approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 222, tat-13.8.1983, p. 36)

83/243/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Mejju 1983 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika tal-Botswana approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 129, tad-19.5.1983, p. 70)

83/218/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' April 1983 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 121, tas-7.5.1983, p. 23)

82/923/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Dicembru 1982 li tikkonċerna l-istabbilimenti fir-Repubblika tal-Gwatemala minn fejn l-Istati membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk (ĠU L 381, 32.12.1982, p. 40)

82/913/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 1982 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel u n-Namibja approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 381, tal-31.12.1982, p. 28)

82/735/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Mejju 1982 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 311, tat-8.11.1982, p. 16)

82/734/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 1982 dwar il-lista ta' stabbilimenti fil-Konfederazzjoni Svizzera approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 311, tat-8.11.1982, p. 13)

81/713/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 1981 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika Federali tal-Brażil approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni taċ-ċanga u l-vitella u tal-laħam minn solipiedi domestiċi fil-Komunità (ĠU L 257, ta' l-10.9.1981, p. 28)

81/92/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 1981 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika ta' l-Urugwaj approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni taċ-ċanga u l-vitella, laħam tan-nagħaġ u tal-laħam minn solipiedi domestiċi fil-Komunità (ĠU L 58, tal-5.3.1981, p. 43)

81/91/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 1981 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika ta' l-Arġentina approvati għall-iskop ta' l-importazzjoni fil-Komunità (ĠU L 58, tal-5.3.1981, p. 39)

79/542/EEC: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1976 li tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom. (ĠU L 146, 14.06.79, p. 15)

78/685/EEC: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Lulju 978 li tistabbilixxi lista ta' mard epiżootiku bi qbil mad-Direttiva 72/462/KEE (ĠU L 227, tat-18.8.1978, p. 32).

--------------------------------------------------

Top